Il-knisja ta’ Sant’Anton Abbati
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Dicembru 1965 – Jannar 1966
(p.3) Fis-17 ta’ Jannar, Ommna l-Knisja Mqaddsa taghmel il-festa ta’ Sant’Anton Abbati. Dan il-Qaddis kbir twieled gewwa Lixandra (fl-Egittu), minn familja ghanja u nobbli, fis-sena 251 A.D. Billi minn ckunitu kien ihobb il-gabra u t-talb, meta kellu madwar 35 sena huwa biegh kull ma kellu biex jaghti kollox lill-foqra u nqata’ mid-dinja billi ngabar ghalih wahdu gewwa ghar fid-dezert. Hemm ghadda 20 sena, jghakkes lilu nnifsu bl-ahrax u mgarrab bil-bosta mix-xjaten. War hafna talb li ghamlulu d-dixxipli tieghu, huwa waqqaf l-ewwel monasteru u b’hekk huwa sar il-Missier tal-“Monasticizmu”. Huwa miet fis-sena 356 A.D. fl-ghomor ta’ 105 snin.
Fost il-knejjes iz-zghar li jinsabu mxerrdin madwar u gewwa l-Mosta, hemm dik ta’ Sant’Anton Abbati, knisja qadima li l-bidu taghha huwa mitluf fil-medda twila taz-zmien l-imghoddi. Nafu biss li din il-knisja kienet regghet giet mibnija mill-gdid ghall-habta ta’ 1657 minflok ohra li z-zmien kien qered, bi spejjez ta’ Dr. Dun Salvatore Fenech u tas-Sinjur Florio Borg. Izjed ‘l quddiem l-imsemmi Florio Borg u s-Sinjur Antonio Xerri ghanew lil din il-knisja b’legati ghall-quddies u ghasrien.
Il-knisja ghandha ghamla rettangolari. Minn fuq il-gwarnicun jitla’ s-saqaf nofs tond. Fil-faccata, go prospettiva sabiha, jidher l-kwadru tal-Qaddis b’ilbies monastiku, bil-ktieb tar-regola f’idu l-wahda u mdeffes bejn idu l-ohra li qieghda fuq sidru, hemm il-hatar b’qanpiena mdendla mieghu. Mal-prospettiva hemm artal sabih tal-gebel.
Qrib l-artal hemm zewg nicec, wahda fuq kull naha. F’wahda hemm Gesu Bambin, xoghol tal-kartapesta mahsub li huwa ta' Darmanin. Dan il-Bambin kienu juzawh fil-Knisja Arcipretali ghall-festa tal-Milied, qabel ma sar dak li hemm illum. Fin-nicca l-ohra hemm statwa ta’ l-injam tal-Kuncizzjoni, li jinghad li kient taghmel parti mill-pulptu li kien hemm fil-Knisja parrokjali l-qadima tal-Mosta.
Nhar il-festa tal-Qaddis li ssir fl-ewwel Hadd fuq is-17 ta’ Jannar il-knisja tkun imzejna hafna. Minn xi tliet snin ilu ‘l hawn fil-misrah wiesgha ta’ quddiem din il-knisja qed ta’ kull sena jsir it-tberik tal-bhejjem mill-Arcipriet. Biex izjed din il-festa ssir popolari, is-sena l-ohra saret statwa ta’ Sant’Anton xoghol tal-kartapesta, li hadimha s-Sur Manwel Fenech mill-Mosta. Waqt it-tberik tal-bhejjem, l-istatwa titpogga fuq iz-zuntier, biex quddiem ix-xbieha tieghu jigu mberkin kull xorta ta’ bhejjem u biex ukoll Sant’Anton ihares lil dawk il-hlejjaq t’Alla minn kull deni.