The Mosta Archives Banner

Il-kaldarun ta' l-Erwieh

minn Francesco Mangion


Il-Mosta: Settembru – Novembru 1980


Cimiterji fil-Mosta, tallum u l-antikL-altar tal-Madonna tal-Grazzja fil-Kappella ta' San Pawl Eremita fejn fil-parti ta' taht hemm raffigurati l-erwieh tal-Purgatorju. Il-frazi L-erwieh jifirxu s-sarvetta kienet tinghad meta jasal it-2 ta’ Novembru, jum l-erwieħ kollha, ghax kienu jemmnu li f’dan il-jum l-erwieħ ikunu qed jistennew il-ħniena u s-sufraġju tal-ħajjin, u għalhekk kienu jifirxu is-sarvetta għall-għotjiet tal-ħajjin. Minhabba f'hekk kien hemm id-drawwa li f'dan il-jum wiehed ikun generuz mal-foqra.

(p.9) Billi fix-xahar ta' Novembru, li huwa ddedikat lill-Erwieh, il-Knisja iktar tiftah it-tezori taghha ta' l-Indulgenzi immeritati mill-opri tajba maghmula mill-hajjin u offruti lill-erwieh, ix-xjuh taghna kienu jghidu li nhar San Anard (is-6 ta' Novembru) l-Erwieh tal-Purgatorju jerfghu s-srievet b'dawk il-merti li huthom f'din id-dinja jkunu offrewlhom.


Nismaghhom ighidu li Xmun Sammut, li kien kuntrattur u jigi n-nannu ta' marti, kien ha l-inizjattiva tal-Kaldarun ta' l-Erwieh. Dan Xmun kien jigbor l-affarijiet mehtiega ghall-borma minghand kull min jista' jghin u fix-xahar ta' l-Erwieh (Novembru) ta' kuljum kien isajjar kaldarun minestra, imbaghad il-foqra tal-Mosta kienu jirrikorru ghal din il-karita billi jiehdu borma zghira u kull persuna tiehu porzjon minestra.


Nismaghhom ighidu li dan ix-xoghol kien isir fil-Pjazza ta' San Anard. Ragel anzjan ta' 90 sena qalli li jiftakar li fil-pjazza tal-knisja, fil-post li ta' bidu ghal Triq il-Kostituzzjoni, kienu jsajru l-kaldarun tal-minestra ta' l-Erwieh. Izda dan l-anzjan qal li hu kien joqghod go razzett u mhux fir-rahal stess, ghalhekk kull m'ghandu f'mohhu hija ideja jew tifkira zghira. Ikolli nghid li x'aktarx li fil-bidu bdew isajru fil-Pjazza izda billi ma kienx wisq xieraq minhabba d-duhhan, marru f'post iktar imgenneb.


Niftakar meta kont zghir kont nidhol fid-dar ta' Xmun ma' wliedu u fis-setah, fost l-imbarazz, kien hemm kaldarun li kienu jsejhulu 'Il-kaldarun ta' l-Erwieh'.


L-Arcipriet Mallia, ghall-habta ta' l-1920, kien beda inizjattiva ohra li b'xi mod tixbah lil din. Nhar l-Ghid l-Imwiet kien jistieden lit-tfal tal-Mosta biex jehodhom f'Pellegrinagg ghac-cimiterju. Dawk it-tfal li jiehdu parti kienu jkunu msejha wkoll biex jattendu ghall-pranzu li jkun gie mhejji ghalihom fil-Palazz ta' Paskwalin li f'dak iz-zmien kien l-Oratorju tas-subien, imbaghad sar residenza tas-Sorijiet Agostinjani u llum toqghod fih familja barraninja. Din l-inizjattiva aktarx li mietet meta l-Arcipriet halla l-Mosta fid-9 ta' Frar, 1930 wara li kien lahaq Monsinjur Metropolitan. Ghadni niftakar lil dan l-Arcipriet jappella lill-poplu minn fuq il-pulptu biex, kull min jista' joffri xi oggetti ta' l-ikel ghal dan il-pranzu biex b'hekk il-pranzu jkun wiehed mill-ahjar. Jiena qatt ma hadt parti f'dan il-pranzu u l-pellegrinagg ghaliex kont inkun nahdem fir-raba' ta' missieri; izda li huma ta' l-eta bejn il-50 u s-60 sena forsi ghadhom jiftakruh.


Id-drawwa tal-kaldarun ta' l-Erwieh hija drawwa helwa hafna u tassew hasra li nqatghet. Forsi ghad iqum xi zaghzugh li jerga' jaghtiha l-hajja jew forsi jivvinta xi haga ohra biex biha r-rahal kollu jkollu cans jiftakar f'dawk l-gheziez li jkunu hallew lil din id-dinja.