The Mosta Archives Banner

Intervista mas-Sur Joseph Spiteri, jimmodella bis-sulfarini bhala passatemp


Il-Mosta: Lulju – Awissu 1980


Il-koppla tal-Mosta tas-sulfarini li hadem Joseph Spiteri

Korr: (p.4) Kif bdejt taghmel il-mudelli? Sur Spiteri: Dak passatemp li bdejtu wara li kont rajt kastell mahdum biz-zkuk tas-sulfarini. Kien il-Kastell Sant’Anglu, li rajtu f’esebizzjoni ghall-habta ta’ l-1963.


Korr: X’kien l-ewwel xoghol li ghamilt?


Sur Spiteri: L-ewwel li kont bdejt bih kien kastell, jew ahjar dar f’ghamla ta’ kastell, li rajtu fi stampa go ktieb.


Il-kastell hloqtu mill-immaginazzjoni tieghi. Ix-xoghol kont noqghod nahdem fuqu waqt li kont inkun fil-bar tal-Kazin tal-Banda. Lestejt din l-ewwel bicca xoghol fl-1 ta’ Lulju ta’ l-istess sena. L-ammont ta’ sulfarini li hlejt fuq dan il-kastell kien madwar 16,400.


Korr: Fl-ahhar bdejt tahdem fuq ir-Rotunda.


Sur Spiteri: Kif kont hekk feroci ghal dan ix-xoghol ta’ mudelli tas-sulfarini bdejt biex forsi xi darba llesti l-holma tieghi fuq ix-xoghol tar-Rotunda. Fit-2 ta’ Lulju, l-ghada li lestejt il-kastell, bdejt l-anterna tal-knisja. Din lestejtha fid-29 t’Awissu 1974. Wara l-anterna ghamilt tliet turgien: dak ta’ taht il-weraq u t-tnejn li jinzlu warajhom. Wara li dawn kienu lesti stajt nahdem il-weraq u t-turgien l-ohra kollha. Meta kont qieghed nahdem il-koppla, deherli nserrah ftit billi fis-17 ta’ Novembru bdejt kanun Malti. Spiccajtu fit-23 ta’ Novembru, voldieri kienet bicca xoghol ta’ tmint ijiem biss. Kelli bzonn 300 sulfarina. Imbaghad komplejt fuq il-koppla.


Fl-1975 bqajt sejjer fuq dan l-istess xoghol u, peress li kienu qaluli li ser issir esebizzjoni fis-Sala Parrokjali ghall-okkazjoni ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta, allura ghamilt hilti biex illesti l-koppla kollha, hekk li, ghall-habta ta’ l-ahhar ta’ Mejju, il-koppla kienet lesta kollha u haditli 29,800 sulfarina. Hawn nixtieq inghid li, biex lestejt il-koppla, kelli nerga’ naghmel anterna ohra ghaliex l-ewwel wahda giet zghira wisq.


Korr: X’waslek biex tahdem l-arma tal-Kazin tal-Banda “Nicolo Isouard.”


Sur Spiteri: Wara l-koppla hassejt li l-Kazin tal-Banda, li kien ser ikollu sehem mhux hazin fil-festa unika li kienet qrib sewwa, iddecidejt li fl-esebizzjoni jkun hemm ukoll l-arma ta’ din is-socjeta u ghalhekk, bdejt nahdem biex illestiha. Fl-20 ta’ Gunju, 1975 lestejt l-arma tal-kazin tal-banda “Nicolo Isouard” fuq sfond ta’ bellus blu skur u hlejt 389 sulfarina.


Korr: Ghamilt il-knisja l-qadima ta’ Tumas Dingli.


Sur Spiteri: Issa x-xoghol tar-Rotunda kelli bilfors inkomplih waqt ix-xoghol tal-gurnata fil-bazaar tieghi u, ghalhekk, fil-bar waqaft sakemm f’mohhi beda jhewden il-hsieb li naghmel il-knisja l-qadima tal-Mosta. Kien fil-15 ta’ Settembru, 1975 meta bdejt din il-knisja. Ix-xoghol bdejtu fuq ritratt ta’ J. Vella, mehud fuq il-pjanta li hemm imdendla fuq il-balla fis-sagristija. Peress li din il-pjanta turi biss il-faccata, ma setghetx turini ezattament kif kienet il-knisja li madwarha giet mibnija r-Rotunda, kelli naqbad l-istorja tal-Mosta ta’ E.B. Vella. Fiha sibt taghrif bizzejjed u b’hekk stajt inkompli dan ix-xoghol. Spiccajta fit-3 ta’ Mejju, 1976. Uzajt 18,500 sulfarina.


Korr: Kif ghamilt il-hsieb li taghmel il-bust ta’ Nicolo Isouard?


Sur Spiteri: Fit-2 ta’ Mejju, 1976, meta wasalt biex nispicca l-knisja l-qadima, bdejt nahdem fuq il-bust ta’ Nicolo Isouard, bust li dak iz-zmien kien jinsab fil-bitha tal-Kazin tal-Banda. Din kienet l-ewwel bicca xoghol li kont ser niskopli fis-sulfarini u, ghalkemm il-qisien tal-bust huma ta’ 9cm faccata, 9cm mill-genb u 13cm gholi, kelli nahdem hxuna bizzejjed sabiex inkun nista’ nonqox minghajr ma ntaqqab peress li minn gewwa huwa vojt. Barra minn hekk fil-mudelli tieghi jien nahdem bis-sulfarini biss, voldieri taht is-sulfarini ma naghmilx kartun jew materjal iehor.


Meta lestejt il-bust u rajt li gie jinxtiebah mhux hazin, allura bdejt nahdem il-prospettiva ta’ warajh. Din kienet tikkonsisti f’ghamla ta’ bieb b’zewg pilastri fuq kull naha bil-panew fond tawwali u fuqhom ikompli bit-tond biex jifforma speci ta’ hnejjiet bil-panewwijiet. Ghall-ewwel hsibt li din kienet bicca xoghol semplici, izda malajr indunajt li kienet wahda iebsa u mhux kemm taqbad u taghmilha. Fis-16 ta’ Settembru, 1976 ghamilt tliet armi ta’ Malta Repubblika. Haduli 116-il sulfarina kull wahda. Wara komplejt il-monument ta’ Nicolo Isouard bil-lajma u bi sforz u nofs aptit tant li dan kien lest fil-15 t’ Ottubru, 1977. Fih hlejt 25,000 sulfarina. Wara din il-bicca xoghol iddecidejt li ma naghmel xejn izjed u nibqa’ sejjer biss bix-xoghol tar-Rotunda.


Sadattant kont lestejt ic-cinta tar-Rotunda, ic-cinta l-wiesgha li tigi fuq (p.13) it-tanbur jew ahjar, fuq it-twieqi. Bdejt ukoll it-tanbur li fih sittax-il tieqa. Pero x-xoghol kien qieghed miexi bil-mod wisq ghaliex fil-bazaar dejjem ikun hemm x’taghmel u x-xoghol jigi l-ewwel.


Korr: X’tghidilna dwar il-metodi li tuza biex taghmel il-mudelli tas-sulfarini?


Sur Spiteri: Fix-xogholijiet li hdimt dejjem uzajt kolla ta’ l-istoccijiet u, f’certi kazi, il-kolla bajda. Barra minn hekk is-sulfarini nixtrihom mill-fabbrika meta dawn ikunu ghadhom minghajr kubrit biex b’hekk niffranka li noqghod naqta l-irjus ta’ kull sulfarin. L-ghadd tas-sulfarini naghmlu bil-qies ta’ kemm jesa’ bott li ghandi apposta u ghalhekk inghid dejjem li l-ammont huwa ta’ madwar il-figura li nsemmi u mhux ezattament kemm inkun hlejt.


Illum nista’ nghid li fix-xoghol tar-Rotunda qieghed lura fuq madwar sentejn u, ghalkemm qieghed inkompli bil-mod, dan ix-xoghol xorta wahda nista’ nghid li qieghed lura mhux ghax fih hafna xoghol anzi nista’ nghid li izjed hsibt li fih – imma minhabba delizzji ohra li ghandi.


Korr: Nawgurawlek li tkompli miexi ‘l quddiem b’dan il-passatemp sabih li ghandek u tipproduci xoghlijiet tal-kalibru bhalma rajna fil-mudelli tieghek, specjalment tal-koppla tal-knisja arcipretali taghna. Grazzi.