The Mosta Archives Banner

L-Isqof Tumas Gargallo u l-Parrocca tal-Mosta

minn Dun Pawl Buhagiar


Il-Mosta: Mejju – Lulju 1981


L-Isqof Tumas Gargallo L-Isqof Tumas Gargallo

(p.3) Meta miet l-Isqof Martin Royas, bniedem gharef u prudenti, tant li l-Gran Mastru La Vallette dahhlu fis-senat tieghu u hu nnifsu ghamel figura sabiha fil-Koncilju ta' Trentu, Mons. Leonardu Abela ntghazel bhala Vigarju Kapitulari fid-19 ta' Awissu 1577. Fl-1588 il-Papa Girgor XIII baghtu bhala Nunzju Apostoliku fil-Lvant u wara gie nnominat Vigarju Gerenti tal-Vigarju tal-Papa f'Ruma, fejn miet fit-12 ta' Mejju 1605, fl-eta' ta' 64 sena. Indifen fil-Bazilika tal-Lateran.


Il-Gran Mastru La Cassiere innomina bhala  Isqof ta' Malta lill-Ispanjol Fra Tumas Gargallo mill-Katalonja. Ipprezentah lir-Re Filippu II u gie kkonfermat mill-Papa Girgor XIII. Tul il-veskovat twil tieghu l-aktar xoghol importanti li sar kien il-bini tal-kullegg tal-Gizwiti gol-Belt. Fl-ahhar, fl-eta ta' 78 sena, nhar l-10 ta' Gunju 1614 miet fid-dar tieghu go Bormla. Minn hemm gabuh il-Belt fuq xini tal-Ordni u dahhluh fil-knisja tal-Gizwiti, fejn sarlu l-funeral u d-difna. Hemm il-qabar tieghu fil-kappella tal-Madonna ta' Monserrat u l-Gizwiti b'rikonoxxenza ghamlulu lapida sabiha.


Il-kronisti jghidu li dan l-Isqof ma tantx kien bniedem fabbli, tant li sikwit kien ikollu xi jghid mal-Gran Mastri u mal-Kapitlu tal-Katidral. Ghall-Mostin Tumas Gargallo kien benefattur kbir ghax bis-sahha tieghu l-Mosta minn ftit irziezet u djar qodma saret wiehed mill-isbah u mill-akbar irhula ta' Malta.


Fil-vizta pastorali li kien ghamel, il-Mostin talbuh biex jifred ir-rahal taghhom min-Naxxar minhabba t-triq hazina, il-boghod bejn dawn iz-zewgt irhula u ghax xtaqu jkollhom parrocca ghalihom. L-Isqof accetta t-talba taghhom u hareg id-digriet nhar is-16 ta' Settembru 1608, imma l-erezzjoni tal-parrocca ma saritx qabel il-mewt tal-Kappillan tan-Naxxar, Dun Giljan Borg, jigifieri nhar is-16 ta' Lulju 1610. Erba' snin wara l-Mostin hasbu biex, taht id-direzzjoni u d-disinn ta' Tumas Dingli, jibnu l-knisja parrokkjali taghhom, li llum insejhulha l-knisja l-qadima.


Ghalkemm kulhadd ghandu jhoss rispett u ma jinsa qatt lill-benefatturi tieghu, il-Mostin warrbu u nsew ghal kollox lil dan l-Isqof. Tkun haga xierqa li almenu, kif hemm fil-Knisja tal-Gizwiti u fil-kwadru titulari tal-Kolleggjata ta' San Pawl tal-Belt, ikollna anke ahna, fil-knisja taghna, ritratt ta' Mons. Tumas Gargallo bhala tifkira u bhala rikonoxxenza talli bis-sahha tieghu l-Mosta saret l-ghira ta' rhula ohra.