The Mosta Archives Banner

Ismijiet godda ghal toroq mhux tant godda

minn J.A.


Il-Mosta: April – Gunju 1986


(p.11) Kien hemm min ilu tnax-il sena u aktar jistenna biex jitghammed. Issa li ghamduhom, kemm kemm mhux qed jiddispjacihom dawn il-povri toroq, ghax wahhlulhom isem li hadd ma jaf la mnejn inqala' u anqas u anqas x'ifisser. U allura xi whud qeghdin jiddiehku bihom.


Biex nikkunslawhom ser nippruvaw – fejn nistghu – naghtu t-tifsira ta' dawn il-kliem. Nippruvaw, ghax ahna m'ahniex esperti bhal min ghazilhom u, ghalhekk, jekk xi hadd jikkoregina, mhux talli ma nihdux fastidju, imma nkunu nafuhulu.

  1. ANTINNI: kull wahda mil-lasti l-kbar li minnhom u bihom jitfassal id-driegh tal-mithna tar-rih u li fuq l-antinjoli hergin minnha jintrama l-qlugh tar-raddiena.
  2. BERGAMOTT: sigra u frotta tixbah il-laring, b'qoxra safranija tfuh hafna li minnha ssir ghamla ta' fwieha. X'aktarx, izda, li ghandha wkoll xi tifsira ohra li ghandha x'taqsam mal-mithna tar-rih.
  3. BONNIJIET: hafna jafu li l-bonn hija huta tixbah lir-rajja, ta' ghamla catta u triangulari u b'denb twil bin-niggieza li taghti xewka velenuza, twila minn pied u nofs sa sitta. Izda fl-intenzjoni ta' dawk li jsemmu t-toroq aktarx mhux il-huta kellhom f'rashom izda dawk il-hbula li jorbtu antenna (ara nru 1) ma ohra.
  4. DAWR: din hija l-inforra tal-ghuda fejn jingastaw u jorbtu b'cirku tal-hadid il-hagra li ddur mal-mithna.
  5. DELU: speci ta' lembut, gej bhal piramida rasha ‘l isfel, aktarx kbir, li jinzamm mimli qamh u li mieghu jorbtu l-mizieb mnejn jitferra l-qamh mithun mill-mithna.
  6. FARINAL: kannol b'toqba fih, fil-mithna tar-rih, mnejn johrog u jitferra' d-dqiq mithun.
  7. GRADILJOLI: kull wahda minn erbatax-il lasta li jorbtu flimkien, tarag tarag, il-lasti t-twal ta' kull wahda mis-sitt antinni (ara nru. 1) ta' mithna tar-rih.
  8. GZARI: ma rnexxielna nsibu xejn. Min jaf, ighidilna!
  9. HTAJRIET: bhan-nru. 8.
  10. ISTRINGELL: ghamla ta' rixtellu maghmul minn maghzel hdejn l-iehor, madwar il-qiegh tal-kuppletta (il-barjol) tal-mithna.
  11. KULTELLAZZ: kull wiehed mill-qlugh iz-zghar li jintrabtu mal-gradiljoli (ara nru. 7) ta' l-antinni (ara nru. 1).
  12. MANWELLA: bicca minn ghodda li tiswa bhala maqbad biex iddawwar; imradd; lieva li tqabbad it-tidwir (f'magna, mithna tar-rih, ecc.). Rimona ta' mithna tar-rih (ara nru. 16).
  13. NASBA: maqghad, sodda fejn titqieghed fis-sod, generalment maghluqa go inforra ta' l-injam u ma ddurx, il-hagra tal-mithna.
  14. PARJAN: (Parjol/Barjol) – kuppletta jew saqaf tal-mithna gej bhal koppla zghira, tal-ghuda infurrata tajjeb, li ddur fuq cirku tal-hadid imqieghed fuq il-bini nnifsu aktar ‘l fuq mit-travu tal-luqqata (ras ta' l-ghuda, forma ta' barmil, imhaffra mad-dawra kollha b'toqob fejn iridu jidhlu s-snien tar-rota l-kbira (id-dawwara) tal-mithna li b'hekk tkun tista' ddur).
  15. PLANEC: ma sibna xejn fuqhom. Min jaf ighidilna.
  16. RIMONA: parti mill-ghodda tal-mithna, ghamla ta' manwella (ara nru.12), qisha balla daqs rummiena li, meta taghfasha ‘l isfel, tgholli l-hagra t-tonda ta' fuq biex ma thokkx mal-hagra ta' taht u b'hekk ma thallix id-dawran jieqaf.
  17. STIRATUR: lasta fil-mithna tar-rih li tasal mimduda sal-hajt biex, waqt id-dawran, il-luqqata (ara nru. 14) ma titharrekx.
  18. TRINCETTA: ghamla ta' lsien tal-metall, li jaghmel sehem mis-salib tal-luqqata (ara nru. 14), fit-travu mimdud tal-mithna, li jkun jista' jinqala', izda li jkun mizmum ma' l-istiratur (ara nru.17) biex ma jkunx jista' jitharrek waqt id-dawran.

Jekk bqajtu ma fhimtux mhux tort taghna u lanqas taghkom. Dawn l-affarijiet la hu facli tispjegahom u lanqas tifimhom. Min jixtieq jifhem xi haga aktar jista' jqalleb ftit il-ktejjeb ta' Joe Mallia, Is-Seher tal-Mithna (Klabb Kotba Maltin)


Ahna wkoll bqajna ma fhimniex xi affarijiet. U mhux qedghin nghidu ghal dawk it-tliet kelmiet li dwarhom ma konna kapaci nghidulkom xejn, imma, per ezempju, ghaliex l-ismijiet li ghandhom x'jaqsmu mal-mithna ma nghatawx lit-toroq madwar l-imtiehen. X'sens taghmel li tifrixhom fuq zewg partijiet tar-rahal?


Biex niffrankaw ftit tax-xoghol lill-Bord ta' l-Ismijiet tat-Toroq, li tant ha zmien biex hareg dawn l-ismijiet, nixtiequ nissuggerulu xi ohrajn, dejjem hwejjeg li ghandhom x'jaqsmu ma l-imtiehen: antinjoli, bawl, buruni, cuplajs (din forsi ahjar naqbzuha), dawwara, fekruna (wiehed irid joqghod attent li ma jhawwadiex ma dak l-annimal artab li tellaq mal-liebru), furkata, kavetta, rewwieha, sorra (wiehed hawn ukoll irid jiddistingwi) u tgham. U la semmejna dawn l-imniefah kollha "it-tahhan" ser inhalluh barra?


Wara li ghamilna dawn is-suggerimenti, xorta jibqghalna l-akbar dubju: imma dawn l-ismijiet x'il-mithna jridu jghidu bihom?