Festi kbar fl-ghaxar anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni
Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1985
(p.5) Inghiduha kif inhi l-Isqof Pollakk Mons. Marian Przykucki seraq il-qlub ta’ kulhadd meta rajnieh diehel ghall-ewwel darba fir-Rotunda nhar it-13 ta’ Awissu, 1985. Kien hemm minn xebbhu mal-Kardinal Corrado Ursi f’dik ix-xehta tieghu li jiftah idejh berah qisu jrid ihaddan lil kulhadd hu u jbierek. Ohrajn xebbhuh mal-Papa, li hu Pollakk bhalu, b’dik is-serjeta tipika ta’ prelat iben nazzjon li stinka biex jibqa’ jezisti minkejja li hu ppressat bejn zewg gganti, il-Germanja w ir-Russja. Serjeta, madanakollu, imhallta u maghguna ma umanita u tjieba li trid tkellem lil kulhadd, tbierek u tieqaf tifrah bic-ckejknin, isir kemm isir hin, l-istess bhal fil-kaz tal-Papa Gwanni Pawlu II, li jintilef qalb iz-zghar, iz-zaghzagh u dawk li jonqoshom xi farag.
Habbejnieh u kienu f’lokhom hafna l-kelmiet li l-Arcipriet indirizzalu biex jurih min kien qed jospitah u lil min l-Isqof kien ghadu kif sellem b’tant hrara.
Ospitalita tal-Mostin
Fl-omelija qasira li ghamel bl-Ingliz l-Isqof semma car u tond li kien intlaqat bl-ospitalita li ra madwaru, haga li tenna nhar Santa Marija kemm fil-panigierku kif ukoll filghaxija wara c-Celebrazzjoni Ewkaristika li mexxa fi tmiem il-quddiesa. Fil-ghaxijanett nhar Santa Marija, Mons. Przykucki, wara l-Barka Sagramentali, rega hareg u qal li baqa’ milqut minn dak kollu li ghamlu mieghu l-Mostin.
Tifkira
Fi tmiem il-quddiesa pontifikali ta’ Santa Marija l-Arcipriet irringrazzja lill-Isqof Mons. Marina Przykucki talli accetta l-istedina li jigi Malta u pprezentalu mudell ta’ dghajsa ta’ Malta tal-fidda bhala tifkira f’isem il-kleru u l-Parrocca. Mons. Isqof min-naha tieghu offra kuruna tar-Ruzarju maghmula minn amber, perli, li jinsabu fl-ibhra ta’ madwar il-Polonja fil-Bahar Baltiku.
Tranzlazzjoni Imponenti
Imponenti wkoll kien is-sehem tieghu fit-Tranzlazzjoni tar-relikwija lejlet Santa Marija.
Meta Mons. Przykucki hareg liebes il-kappa, fost id-daqq tal-qniepen, il-purcissjoni bil-kleru, l-abbatini u xi seminaristi, kienet diga impressjonanti u zdiedet tisbieh bil-figura simpatika tieghu u ghadd ta’ nies li mxew maghha lejn San Anard. Il-pjazza ghexet wahda minn dawk il-mumenti glorjuzi meta mhux il-kliem, ic-capcip jew it-tifqigh tal-murtali jaghtuha atmosfera festiva izda meta titkellem il-vuci mohbija tal-fidi Kattolika.
L-istess il-purcissjoni lura lejn il-Knisja, din id-darba b’ghadd ikbar ta’ nies li kien ilhom jistennew fejn San Anard, bl-Isqof igorr ir-relikwija u zaghzugh Kanadiz ta’ nisel Pollakk igorr il-baklu. Rajna n-nies u t-turisti jharsu b’interess mhux tas-soltu mferrxin kullimkien fil-pjazza. Ghamlet sabih il-kaxxa tal-bomba Roman Candles li telghet minn fuq il-bejt tas-Sala Parrokjali kif ir-relikwija waslet fejn il-funtana.
Pontifikal Sollenni
Nhar Santa Marija it-Tu Es Sacerdos laqa’ lill-Isqof Przykucki hekk kif dahal biex jikkoncelebra l-pontifikal sollenni u l-knisja, mimlija daqs bajda, laqghetu b’entuzjazmu u capcip. Laqtitna l-vuci soda tieghu u l-Latin b’dawk il-fonemi varjati li johorgu minn fomm ta’ Slav u li huma differenti mill-Latin b’accent Talajan kif nafuh ahna. Fil-panigierku qasir ta’ madwar kwarta, hu semma r-rabta kbira li ghandhom Malta u l-Polonja, imqar jekk qeghdin boghod minn xulxin, f’dik li hi mhabba lejn il-Madonna u lejn ir-religjon. Fil-Polonja n-nies dakinhar kienu ser jisimghu l-quddiesa fil-ghaxija ghax habat jum ta’ xoghol. Semma li l-Pollakki kollha li qraw Kapitlu 28 ta’ l-Atti ta’ l-Appostli ta’ San Luqa jafu bl-ospitalita tal-Maltin
Xeni ta’ ferh kbir minn Knisja mimlija nies
Santa Marija Mlibbsa Cintorin tad-Deheb
Fl-ahhar wasal il-mument sollenni li fih l-Isqof Marian Przykucki jlibbes ic-cintorin tad-deheb lill-Madonna. Hekk kif spicca l-osklu u kien ghadha titkanta l-antifona l-Isqof mexa processjonalment mal-koncelebranti, tela’ ma skalapiza mhejjija apposta u wara li rcieva c-cintorin minn idejn l-Arcipriet, libbisulha. Kien mument ta’ sollennita kbira u, jekk barra att bhal dan jintlaqa’ bil-hsejjes tal-murtali, gewwa ntlaqa’ minn kaxxa beraq bla jaqta’ tal-flashes ta’ l-ghexieren ta’ ritratti li ngibdu f’dak il-waqt glorjuz, ic-capcip sostnut ta’ ferh u entuzjazmu tal-kongregazzjoni u mid-daqq ferriehi tal-qniepen huma u jhabbru lid-dinja ta’ barra l-unur li Isqof Pollakk kien qieghed jaghti lill-Madonna f’isem u bl-awtorita kollha tal-Kleru u l-poplu tal-Mosta. Kienu l-10:55am hin tas-Sajf. Rajna u hassejna d-dmugh igelben ma haddejna.
Qima ta’ l-Isqof lill-Madonna
Malli lesta, dan iben il-Polonja devota tal-Madonna inkina sa nofs qaddu fuq l-iskalapiza u dam hekk migbur jitlob ghal madwar nofs minuta. (p.7) Mumenti mill-aktar sollenni fl-istorja tal-Mosta.
Zjajjar
Fl-ghaxija Mons. Przykucki zar il-MUSEUM tas-subien u kien mistieden ghand il-Kan. Dun Pawl Calleja u l-familja Riolo fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Zar ukoll, l-ewwel gurnata li gie, is-Sorijiet Agostinjani ta’ Triq Ponsonby, fejn saret ikla f’giehu. Lejlet Santa Marija fl-10:00a.m. qaddes ghall-anzjani ghand is-Sorijiet Frangiskani tal-Pax et Bonum fi Triq Cassar. Zar ukoll il-Kazin tal-Banda Santa Marija fl-ghaxijanett u nhar Santa Marija lill-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard wara l-pontifikal. L-ghada ta’ Santa Marija ttiehed Ghawdex mill-Arcipriet u hemmhekk riedu jkun jafu x’sar biex il-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta kienet fuq fomm kulhadd.
Fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu
L-Arcipriet ried li l-Isqof Przykucki jiltaqa’ ma l-ghaqdiet u ntghazel l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Kien nhar it-Tnejn, 19 ta’ Awissu. L-Isqof wasal ghall-habta tat-8:00p.m. wara li zar l-Oratorju Marija Immakulata. Intlaqa’ fil-bieb mid-Direttur u membri u ttiehed fis-Sala fejn l-udjenza qamet bil-wieqfa ccapcap bla heda.
Wara kelmtejn ta’ merhba mill-President tal-GAK, is-Sur Angelo Buhagiar, saret il-mima finali mill-pageant Storja ta’ Poplu ta’ Edwin Vassallo, mima li tirraprezenta l-Inkurunazzjoni.
Is-Sinjura Pauline Sammut, f’isem l-ghaqdiet u movimenti pprezentat bukkett fjuri bojod u sofor lill-Isqof bhala rispett lejh u fi kliem is-Sur Buhagiar, “bhala simbolu ta’ l-ghaqda taghhom mal-Knisja.”
Indirizz mill-Arcipriet
F’indirizz qasir l-Arcipriet qal li kien jaf li m’hemmx ghalfejn introduzzjoni lilu nnifsu u lin-nies ghax fiz-zmien li ilu fostna kwazi kulhadd rah u mijiet kellhom ic-cans ikellmuh, jisimghuh, jiehdu l-awtografu u c-ckejknin jitmellsu fuq rashom. L-Isqof seta’ jgarrab l-ospitatlita tal-Maltin, partikolarment tal-Mostin u ra b’ghajnejh l-entuzjazmu u d-devozzjoni taghna lejn il-Madonna. Imbaghad l-Arcipriet semmielu l-ghaqdiet li hawn fil-Mosta.
Iwiegeb l-Isqof
L-Isqof Przykucki wieghgeb li hu kien ferhan li qieghed il-Mosta. Ferhan ghall-ospitalita li biha ntlaqa’, ghall-istedina li saritlu ghall-festi ta’ Santa Marija u l-anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni.
Qal li ahna lkoll Kattolici, membri t’Ommna l-Vergni Mqaddsa. Dan qalu mhux biss f’ismu izda wkoll f’isem il-Pollakki kollha, li huma maghqudin maghna fil-fidi. Xtaqilna f’isem il-Knisja Pollakka u f’isem id-djocezi tieghu kull gid ghall-gejjieni. Xtaq li Kristu jkun fl-ghaqdiet taghna, jaghtina l-hajja, il-ferh, is-serenita u l-qawwa. Il-qawwa hi tant mehtiega fi zmienna. Naghmlu kollox ghas-Saltna ta’ Alla f’din id-dinja, saltna ta’ fidi, hajja, qdusija, grazzja, fiducja, imhabba u paci.
L-Isqof irringrazzja lill-membru li kantalu bil-Pollakk u qal: “Smajt l-ghanja bil-Pollakk. Hsibt li qieghed mhux fis-Santwarju tal-Mosta izda fis-Santwarju ta’ Czestechowa, il-Polonja” fost l-apprezzament tal-membri li mlew is-Sala.
30 sena sacerdot
Wara l-intervista li ghamillu lill-Isqof u li qieghda tidher band’ohra fil-gazzetta, l-Arcipriet talab li terga’ titkanta O Bogostaviona Maria. Il-President tal-GAK, is-Sur Angelo Buhagiar, li ha hsieb jikkomperja s-serata, talab lill-Mons. Przykucki jipprezenta tifkira, midalja tal-fidda ta’ l-Inkurunazzjoni lil Dun Ang. Camilleri, Diretur ta’ l-Oratorju f’gheluq it-tletin sena tas-sacerdozju tieghu.
Regina, is-Sinjura Taghna tal-Mosta - L-E.T. Mons Marian Przykucki
Wara l-prezentazzjoni tal-medalja, Mons. Przykucki qal kelmtejn ta’ l-ahhar: “Nixtieq inghidilkom li f’hajjitna ma nistghux ninsew li Alla hu Missierna. Minnu jigu l-paci u l-qawwa spiritwali. Hobbu dejjem il-Madonna li hi r-Regina tal-Polonja u Omm Malta u r-Regina tal-Mosta. Inberikkhom … kunu dejjem fidili ghas-Santwarju Taghna tal-Mosta.” L-Isqof ghalaq b’ “Ikun Imfahha Gesu Kristu” bil-Malti kif dejjem ghamel fil-funzjonijiet.
Kallotta
Il-familja Micallef gieha l-hsieb li tipprezenta kallotta gdida lill-Isqof biex tircievi tieghu b’tifkira.
Ringrazzjament
Dun Ang Camilleri, Direttur, irringrazzja lill-Arcipriet u lill-Isqof li ghazlu li dik il-laqgha ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu.
Tberik ta’ Ufficju
Mons. Przykucki ghadda ghan-naha tal-Youth Centre u wara li tkellem maz-zaghzagh, bierek u inawgura l-ufficju l-gdid li sar hdejn l-intrata. Iffirma l-Visitors Book u nghata kopji tal-gazzetta Il-Mosta Nru. 115 u traduzzjoni bl-Ingliz ta’ l-artiklu li deher fuqu f’dik il-harga. Inghata wkoll santi bil-kulur bhal tal-faccata tal-gazzetta li hargu ghall-anniversarju.
Intervista ma l-Isqof Marian Przykucki
(p.8) Fil-laqgha li kellu ma’ l-Ghaqdiet ta’ l-Appostolat u Movimenti ta’ Spiritwalita fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu nhar id-19 ta’ Awissu 1985, l-Isqof Mons. Przykucki saritlu intervista mill-Arcipriet Dun Joe Carabott.
L-ewwel staqsieh ghandhomx organizzazzjonijiet tal-lajci fid-djocezi u jekk jiffunzjonawx.
L-Isqof wiegeb li ghandhom, anke movimenti bhal-Neo-Katekumenati u Karizmatici. Ghandhom hafna movimenti izda m’ghandhomx l-ghaqdiet bhal taghna ghax fil-Polonja dawn mhumiex possibli, jigifieri, m’ghandhomx permess jiffunzjonaw liberament u ndividwalment.
L-Arcipriet: Qrajt li f’zghozitek kont mixhut il-habs min-Nazi. Tista’ tghidilna dwar din l-esperjenza?
Mons Marian: Fil-gwerra kont student u qrib fejn kont noqghod kien hemm il-lager (habs) tal-prigunieri Nglizi. U ahna l-istudenti Pollakki konna nghinu biex nehilsu lill-Inglizi. Kont prigunier jien ukoll ghal tliet xhur. Nahseb li f’dan iz-zmien gietni l-vokazzjoni sacerdotali.
L-Arcipriet: Eccellenza, x’inhuma l-impressjonijiet tieghek dwar il-mod kif il-Maltin jesprimu d-devozzjoni u l-fidi, purcisjonijiet, hsejjes fl-ajru …?
Mons Marian: Nahseb li hi sinjal tal-fidi gewwenija. Nahseb li hu necessarju ghal dawn in-nies li dan is-sinjal tal-fidi gewwenija taghhom jidher. U hadt sehem bi pjacir.
L-Arcipriet: Il-Polonja ghandha hafna vokazzjonijiet. X’inhuma r-ragunijiet ghaz-zjieda ta’ dawn il-vokazzjonijiet?
Mons. Marian: Ghandna hafna vokazzjonijiet fil-Polonja. Fid-djocezi tieghi, fis-seminarju ta’ Pelpin, ghandi mitejn u hamsin vokazzjoni. Nahseb li hemm bizzejjed. Nahseb li dan gej mix-xoghol tajjeb pastorali li jaghmlu s-sacerdoti Pollakki. U wkoll l-edukazzjoni tajba hafna fil-familja.
L-Arcipriet: Tahseb li l-Papa nnifsu li hu Pollakk hu raguni ohra ghal din iz-zjieda fil-vokazzjonijiet?
Mons. Marian: Iva. Nahseb li l-fatt li l-Papa hu Pollakk jista’ jkun ir-raguni ghal dawn il-hafna vokazzjonijiet. Per ezempju, fid-djocezi ta’ Krakow (Nota Ed. Fejn kien Isqof il-Papa qabel lahaq Papa), hemm hafna vokazzjonijiet.
L-Arcipriet: L-ahhar mistoqsija. Inti l-President tal-Kummissjoni Episkopali ghall-Familja fil-Polonja. Kif inhi s-sitwazzjoni tal-familji f’artek?
Mons. Marian: Is-sitwazzjoni hi difficli ghax ir-ragel u l-mara jridu jahdmu ghax, jekk jahdem wiehed biss, mhux bizzejjed. Il-familja Pollakka hi b’sahhitha, maghquda mal-Knisja. U l-edukazzjoni Kattolika ghandha pedamenti sodi. Dan hu sewwa ghax l-edukazzjoni taz-zghar ghadha tibda fil-familja. Nixtieq li l-poplu kollu Pollakk, il-familji fil-Polonja jaqraw u jghixu l-ezortazzjoni tal-Papa Gwanni Pawlu II, Familiaris Consortion.
L-Arcipriet: Grazzi.