L-incident tal-Karozza fir-Rotunda
mill-Arcipriet Dun Joe Carabott
L-ewwel parti – Il-Mosta: Mejju – Gunju 1983
F'din il-harga l-Arcipriet tana fid-dettal dak li gara fit-2 ta' Mejju, meta karozza Mercedes dahlet gol-knisja.
(p.12) Habta ta' karozza tinhass u tingharaf. Ghalhekk gara li n-nies li joqoghdu madwar il-pjazza u dawk li nzertaw fil-hwienet u fil-kazini hargu jigru barra malli semghu hoss qawwi nhar it-Tnejn, 2 ta' Mejju 1983 fid-9:40pm. X'kien gara? Tassew haga stramba li hadd ma jiftakar li qatt grat qabel. Karozza Mercedes telghet b'certa facilita t-tmien targiet taz-zuntier, ghal darbtejn is-sewwieq ipprova jitla' t-tliet targiet tal-portiku bla ma rnexxielu, imma t-tielet darba l-karozza obdiet u bi precizjoni ghaddiet bejn il-kolonni tal-portiku, waqt li b'sahha tal-makna rnexxielha tiftah il-bieb il-kbir, li f'dak il-hin kien imsakkar tajjeb.
Dan gara ghax l-erba' ferrolli tal-hadid ma felhux ghal dik id-daqqa kollha u ghalhekk it-tnejn ta' fuq tqacctu u t-tnejn t'isfel tghawgu u ngastaw fil-bieb stess.
Issa li l-bieb infetah, il-Mercedes faqghet l-antiporta u jidher li baqghet tiskiddja fuq il-paviment ta' l-irham. Minhabba li hemm id-drawwa li fin-nofs tal-knisja jithalla passagg wiesa vojt, il-karozza ma sabitx xkiel. U ma komplietx taghmel hsara sa ma waqfet taht it-tarag tal-presbiterju bil-lights mixghulin 'bright' ghal fuq l-altar maggur u b'casette idoqq. B'xorti tajba membri tal-Pulizija lahqu mill-ewwel u s-sewwieq gie mehud l-Ghassa tal-Pulizija ghall-interrogazzjoni.
Cempila qawwija fil-pront hasditni u minnufih mort fil-knisja u rajt li ebda profanazzjoni ohra ma saret fuq il-presbiterju minbarra li gew imwaqqgha xi fjuri mill-altar-mejda. Minnufih beda l-access, li beda mill-Avukat Joseph Micallef Stafrace, meghjun minn membri tal-Pulizija. In-nies kompliet tingabar malli l-ahbar xterdet malajr bil-fomm mal-Mosta kollha u aktar meta l-ahbarijiet fuq il-mezzi tax-xandir semmew l-incident.
Imma n-nies inzammet barra l-knisja hlief ghal xi persuni ta' kariga, fosthom is-Sur George Gatt, il-Perit Lawrence Gatt u l-Ministru Freddie Micallef. Il-Mercedes giet mahruga mir-Rotunda qrib nofs il-lejl mill-membri tal-Pulizija u kellha hsarat konsiderevoli.
Nies mill-parrocca, immexxija mis-Sur Francis Tonna, mill-ewwel bdew ix-xoghol biex il-knisja tkun tista' tinghalaq u damu sas-2:00am biex lestew ix-xoghol mehtieg.
Kif wiehed jista' jobsor l-ghada filghodu hafna nhasdu u skantaw bl-incident, u matul il-jum ghadd kbir ta' nies gew biex jaraw x'gara, fosthom l-E.T. Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca. Gew ukoll reporters tal-gazzetti ta' kuljum biex jirrapurtaw l-incident stamb u b'hekk, waqt li jibqa' mnizzel fl-istorja, jaqta' l-kurzita ta' hafna li ma setghux jifhmu kif u fuq kollox, ghaliex karozza Mercedes dahlet fir-Rotunda.
Charles Aquilina ta' 27 sena mill-Hamrun gie mixli quddiem il-Magistrat Geoffrey Valencia. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Dennis Balzan u l-Ispettur A.Borg.
It-tieni parti - Il-Mosta: Frar – April 1984
(p.6) Fis-sentenza tieghu f'seduta tal-Hamis, 16 ta' Frar, 1984, il-Magistrat Alber Borg Olivier de Puget sab lil Carmelo Aquilina mill-Hamrun ta' 27 sena hati li fit-2 ta' Mejju, 1983 fid-9:30pm kasbar pubblikament ir-Religjon ta' Malta billi b'taxi saq ghal fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Mosta u volontarjament baqa' diehel fuq il-bieb principali ta' l-istess Knisja, sa taht l-altar maggur.
Huwa nstab hati wkoll li ghamel hsara ta' Lm580 fil-bieb principali u l-antiporta tal-Knisja u li saq it-taxi b'sewqan perikoluz u b'manjiera negligenti.
Il-Qorti qalet li mill-provi jirrizulta li Aquilina kien wassal xi passiggieri sa qrib il-Knisja u wara saq ghad-direzzjoni tal-Knisja, tela l-ewwel seba' targiet taz-zuntier, baqa' tiela t-tieni tarag li jigu taht il-kolonni tal-faccata tal-knisja, sfronda l-bieb principali u l-antiporta, kisser il-hgieg tal-logg u baqa' jsuq sa taht il-presbiterju. Meta hareg mill-karozza tela fuq il-mejda fejn jigi celebrat il-quddies u beda jnittef il-fjuri li kien hemm.
Il-Qorti temmet tghid li jidhrilha li mill-provi jidher car li ma kien hemm ebda difett mekkaniku fil-karozza ta' Aquilina, u l-konkluzzjoni hija li dak il-hin huwa kien jaf x'qed jaghmel u ried jaghmlu.
Carmelo Aquilina gie kundannat tliet xhur habs u tliet xhur sospensjoni tal-licenzja tas-sewqan.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joe Borg.
Ara wkoll link