Il-Papa gie …
mill-Editur
Il-Mosta: Mejju – Gunju 1990
(p.1) Il-Papa Gwanni Pawlu II gie fostna l-Maltin u ahna l-Mostin frahna fuq li frahna. Kien ilna s-snin twal intambru fuq migja ta’ Papa fostna u minn din il-gazzetta, qabel kull gazzetta ohra, gibna kronaka shiha fuq il-Papa u fuq ix-xewqa taghna li jidhol fil-knisja, tempju monumentali ghal Malta kollha.
Is-Sibt, 26 ta’ Mejju l-Papa kellu jghaddi filghodu ghall-habta tat-8:00a.m. Zejjinna l-gallariji bil-bnadar, xbihat tal-Papa, dwal ma l-arbli, arbli bil-bnadar kulfejn thares, antaljoli b’bandalori tal-festa fil-pjazza tal-knisja. Hrigna bl-Iscouts, lestejna l-fanfarri, kellna l-banda.
Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Pjazza tal-knisja, Triq il-Kostituzzjoni mtlew bin-nies, bit-tfal kollha ferhana u herqana bil-fjuri u bnadar zghar tal-Papa, ghax hekk ghednielhom fl-iskola u fid-duttrina. Lix-xjuh qajjimnihom kmieni biex ikunu lesti fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Libbisna l-abbatini, kien hemm l-Arcipriet bil-bukkett tal-fjuri, flimkien mal-Kleru. Qniepen idoqqu, ferh fuq wicc kullhadd.
Izda gara f’daqqa dak li hadd ma stenna. Dizappunt kbir. Mill-boghod rajna l-muturi tal-Pulizija u f’inqas minn hakka ta’ ghajn il-Papa kien ghadda. Min rah? Hadd.
Fejn qabel kien ighaddi bil-Popemobil halli jarah kulhadd, din id-darba ghadda go karozza zghira; la rajnieh ahna u anqas rana hu. U x’gara wara? Dizappunt kbir fuq wicc kulhadd miz-zghar sal-kbar. Fuq it-tgergir li sar ma nghidu xejn. Il-poplu Mosti kellu mitt ragun.
Kelma nghidu: “Fejn hu r-rispett lejn il-Poplu t’Alla?” Inqas bukkett fjuri ma tawna cans noffru lill-Papa!
Sirna nafu minn imkejjen ta’ min jorbot fuqhom li l-Papa wera x-xewqa tieghu li jara l-knisja taghna. Kien il-Hadd, 27 ta’ Mejju meta l-ahbar griet bhal lehha ta’ berqa li wara nofsinhar il-Papa kien gej il-Mosta. Il-poplu Mosti rega’ mtela bit-tama u ferah u hareg bi hgaru mis-1:15p.m. fil-qilla tax-xemx halli jara lill-Papa diehel fir-Rotunda. Izda meta saru l-4:00p.m. il-poplu beda jaqta’ qalbu u ghal darb’ohra tnikket ghax lill-Papa ma gabuhx.
Ma ninsewx li l-Papa hu bniedem bhalna lkoll, jixtieq jara u jaf japprezza. Meta dahal fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Gwann dam ma nafux kemm hin jammira l-kwadru tal-Caravaggio. L-istess fil-Palazz tal-President. Mela dan hu wkoll dizappunt ghall-Papa li gie Malta, xtaq jara r-Rotunda u fir-Rotunda ma dahhluhx.
Ta’ min kienet id-decizjoni fit-tliet kazi (a) li l-Knisja tal-Mosta tithalla barra mill-programm tal-Papa, (b) li l-Papa ma jghaddix mill-Mosta bil-Popemobil u (c) li x-xewqa tal-Papa ma ssehx li jidhol fil-knisja taghna, ma rridux nafu. Biss jekk dawn id-decizjonijiet hadhom xi hadd barrani, allura ser naslu biex inghidu li ghandna ma nafux nimxu wehidna?
Jekk mill-banda l-ohra d-decizjonijiet hadhom xi hadd minn hutna l-Maltin, allura ser ikollna nghidulu, “Weggajtilna qalbna.”