Hamsa u Disghin Sena Kkonsagrata
minn Joe Borg
Il-Mosta: Ottubru – Novembru 1966
(p.5) Fil-15 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, il-knisja Arcipretali taghna taghlaq hamsa u disghin sena kkonsagrata. It-tifkira ta’din il-grajja hekk kbira u ghaziza ghalina, niccelebrawha ta’ kull sena nhar is-26 ta’ Settembru, festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knejjes ta’ Malta.
Kienu ghaddew hdax-il sena, minn mindu tlestiet il-Knisja taghna, meta missirijietna hasbu biex jikkonsagrawha. Il-Kappillan Dun Anton Mallia kien berikha nhar is-16 ta’ Frar ta’ l-1860 u fil-11 ta’ Marzu ta’ l-istess sena, l-Isqof Gaetano Pace Forno, fost il-ferh tal-poplu taghna, gie biex flimkien ma missirijietna, jintona ‘Te Deum’ bhala hajr lil Alla talli fl-ahhar kien tlesta dak il-Mafkar kbir ta’ mhabba u twemmin. Izda dan ma kienx bizzejjed; kien jonqos li jikkonsagrawha. Din il-festa hallewha ghal meta t-Tempju jkun lest minn dawk il-hafna hwejjeg li kien ghad jonqsu wara x-xoghol tal-bini. Fl-1861 ingabar il-ghadam tal-Mejtin li kienu midfuna fil-qiegha tal-Knisja l-Qadima u iccangaw l-art bil-franka. Saru hafna kwadri godda u tqieghdu wkoll xi qodma. Fit-18 ta’ Ottubru ta’ l-1863, l-Isqof Pace Forno gie biex ibierek il-qanpiena l-fustanija u fid-29 ta’ Dicembru tas-sena ta’ wara rega’ gie biex ibierek il-qanpiena l-kbira, u kellu jerga’ jigi ftit tas-snin wara biex jikkonsagra lir-Rotunda.
L-Isqof Pace Forno, li kellu tant ghal qalbu r-Rotunda laqa’ bil-ferh it-talba tal-Kappillan Mallia, tal-kleru u tal-poplu Mosti biex jigi jikkonsagra lil din il-knisja gdida. Dan l-Isqof kien diga were kemm ihobb lill-knisja taghna, meta ftit snin qabel kien hallas minn butu l-kwadru tal-Madonna tac-Cintura, li llum jinsab fis-sagristija. F’digriet li hareg l-imsemmi Isqof, ordna li l-14 ta’ Ottubru jkun jum ta’ sawm ghan-nies tal-Mosta. Fl-istess jum, il-Kappillan Mallia kellu jqieghed fuq fuq l-artal li hemm fis-Sagristija, quddiem ix-xema jixghel ir-Relikwi Mqaddsa tal-Martri Fabrijan u Sebastjan, u Kosma u Damjan. Wara dan il-Kappillan u l-Kleru kellhom jibdew il-Vigilja bil-kant soleeni tal-Matutin u bil-Lawdi tal-Komun tal-Martri. Imbaghad komplew il-funzjonijiet tar-riti mqaddsa mal-lejl kollu quddiem l-imsemmija Relikwi Mqaddsa.
L-ghada filghodu, 15 ta’ Ottubru 1871, li kien jahbat il-Ghoxrin Hadd fuq Ghid il-Hamsin, l-Isqof Pace Forno wasal il-Mosta fuq karozza t’erba’ zwiemel, mghejjun mill-Kanonci tal-Kattidral Dun Kalcidon Falzon S.Th.D., J.U.D. u Dun Felic Cutajar S.Th.D. u c-Cerimonjier Dun Gwann Muscat. L-Isqof gie mwassal fil-Knisja u imlibbes fis-Sagristija quddiem ir-Relikwi Mqaddsa li kienu maghluqin u ssigillati f’kaxxa zghira ta’ l-istann. Il-kleru qal is-Salmi Penitenzjali.
L-Isqof mbaghad dar ghal tliet darbiet mal-Knisja minn barra filwaqt li berika bl-ilma mbierek u wara li mill-gdid l-imsemmi Isqof dahal fil-Knisja, huwa fforma salib kbir fl-art bl-ittri ta’ l-alfabet Grieg u ta’ l-alfabet Latin. Dawn l-ittri, huwa hazzizhom bil-ponta tal-baklu fl-irmied li kien imxerred mal-qiegha ta’ l-art. Mill-gdid l-Isqof rega’ dar mal-Knisja ghal tliet darbiet minn gewwa, filwaqt li bierek il-hitan taghha kif ukoll l-art. Imbaghad saret il-Purcissjoni mal-Knisja bl-imsemmija Relikwi li kienu merfughin mill-Kleru tal-Mosta. Wara li l-Isqof ghamel diskors barra l-bieb huwa kkonsagra lir-Rotunda u l-Artal Maggur taghha, fejn qieghed ir-Relikwi, u ddedika ghal dejjem lil Alla u ghall-qima ta’ l-Imqaddsa bla tebgha Marija fis-sema mtellgha. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Isqof dilek bil-balzmu it-tnax-il salib li huma mdawwrin mal-Knisja, li wara dil-grajja gew mghottijin bi tnax il-plakka ta’ l-irham.
Hekk kif tlestiet il-konsagrazzjoni tal-Knisja l-Isqof iccelebra s-Sagrificcju tal-Quddiesa quddiem gemgha ta’ nies li kienu gew apposta mhux biss mill-Mosta izda minn Malta kollha u fl-ahharnett biex dak il-jum ghaziz ma jintesa qatt saret kitba Latina fuq lapida tar-rham li tqeghdet taht l-Orgni (fuq in-nicca tal-Madonna tar-Ruzarju).