Harsien Patrimonju Mosti – sentejn mit-twaqqif
minn Jonathna Henwood - Segretarju
Il-Mosta: Harga Nru. 1 (2006) Format Gdid
(p.45) Minn zmien l-ewwel laqgha, il-Harsien Patrimonju Mosti (HPM) kiber fin-numru ta’ membri u fix-xoghlijiet u ghadda minn diversi tibdiliet fosthom fil-kumitat. Filwaqt li l-ewwel laqghat iffokaw biex tissahhah l-istruttura, bhal nghidu ahna l-istatut, minn sentejn ilu hdimna bis-shih fuq diversi progetti ta’ importanza ghall-wirt kulturali u ambjentali tal-Mosta.
Il-kumitat innifsu issa jghod disa’ Mostin ta’ kull eta u li qed jahdmu bis-shih biex imexxu ‘l quddiem il-kultura taghna kemm bit-taghlim kif ukoll bil-fatti. Ta’ min isemmi l-ewwel bicca xoghol u li issa mxiet gmielha, dik tar-restawr tal-kwadru u tal-Kappella ta’ San Pawl tal-Qlejgha. Il-kwadru, li kien jinsab fi stat hazin hafna, b’xorti tajba qed jigi restawrat kif suppost. Madanakollu l-intoppi ma naqsux, fosthom problemi ta’ finanzi, u li issa jidher li qeghdin jigu meghluba, u ta’ vandalizmu, fejn fis-sit msemmi gie mitfugh ammont ta’ hmieg ezatt wara li tnaddaf. Simili ghal dan il-progett qed jigi mfassal restawr ghall-Kappella ta’ Santa Margerita u tal-madwar taghha bi shab ma Din l-Art Helwa. HPM qieghed jaghtu s-support tieghu kollu lill-Kunsill Lokali fil-progett tar-restawr tal-Katakombi Ta’ Bistra wara li ntrebhu ammont sostanzjali ta’ flus mill-UE, liema progett qabad ritmu tajjeb.
Izda l-hidma taghna ma waqfitx hemm. Matul din is-sena gew imfassla zewg programmi edukattivi, wiehed minnhom ghall-iskejjel. Qieghed jithejja ktejjeb ta’ informazzjoni ghat-tfal u skema ta’ shubija li permezz taghha l-istudenti jistghu jsiru jafu iktar fuq il-postijiet u l-affarijiet kulturali lokali. Flimkien ma dan, kwazi tlesta filmat fuq il-Mosta u li juri madwar ghoxrin sit storiku u naturali.
Il-weghda taghna li nkunu grupp ta’ pressjoni nzammet billi konnha minn ta’ l-ewwel li tkellimna kontra xi zviluppi li kienu pprogettati, u li fl-opinjoni taghna kienu jkunu ta’ detriment ambjentali, fosthom binjiet fil-wied u madwar xi kappelli. Izda ahna wkoll kellna niffacjaw il-burokrazija li xi drabi ma thallix liz-zghir jaghmel il-gid. Dan sehh meta ma thallejniex nergghu nhawlu xi sigar li ngarru mill-ilma, u li issa xorta wahda jinsabu mejtin fil-qiegh tal-wied.
Qed infasslu diversi progetti ghal matul is-sena li gejja. Il-lista ta’ gawhar kulturali u ambjentali tal-Mosta hija twila mhux hazin u ghalhekk nistennew hafna iktar xoghol ghall-gid tal-Mosta taghna. Jekk ghandek xi kummenti jew suggerimenti ibghathom fuq l-indirizz elettroniku patrimonju_mosti@yahoo.com.