The Mosta Archives Banner

Giuseppe Cali – F'Gheluq il-hamsin sena mill-mewt tieghu (1930-1980)


L-ewwel parti

nieqsa


It-tieni parti - Il-Mosta: Lulju - Awissu 1980


Apside tal-Kor tal-Mosta mpittra minn Guzeppi Cali L-apside tal-Kor – Din il-pittura turi t-Trinita Mqaddsa ser tinkuruna lil Marija Assunta

(p.3) Giuseppe Cali rnexxa hafna waqt l-istudji tieghu fl-Accademia di Belle Arti f'Napli fejn dam sentejn. Hemmhekk iddistingwa ruhu u rebah ghadd ta' premjijiet.


L-ewwel xoghol kbir li kisiblu fama wara li gie Malta kien il-kwadru li juri l-Mewt ta' Dragut. Skond il-Kavallier Rafel Bonnici Cali1 dan il-kwadru sar fl-1865, f'eghluq it-tliet centinarju tal-mewt tal-General Dragut fl-Assedju l-Kbir ta' Malta ta' l-1565. Spicca biex inxtara mill-Gvern ghall-Armerija tal-Palazz. Illum postu qieghed fil-Muzew Nazzjonali flimkien ma kwadri ohra tal-Cali, fosthom il-famuzi buzzetti ta' San Duminku, Stella Maris u tar-Ruzarju ta' l-Imsida u kwadretti ohra. Fil-perjodu bejn l-1865 u l-1869 Cali hadem ukoll bosta xoghlijiet ghal djar privati u pinga veduti u pittura b'suggett Malti ghat-turisti. Bosta kienu l-fizzjali Nglizi li gawdew mill-hila artistika tieghu. Ma naqsux anqas is-sinjuri Maltin li talbuh ipingihom u wiehed jista' jara whud minn dawn il-kwadri fil-Borsa tal-Belt Valletta. Fost dawn is-sinjuri nsibu lill-Markiz Emanuel Scicluna, is-Sur Edward Ferro u s-Sur Achille Camilleri.


Fl-1870, bhalma rajna fl-ewwel kitba ta'  din is-serje, Cali ghamel il-kwadru tal-Madonna tar-Ruzarju taghna. Kien avveniment ta' importanza mill-akbar ghaliex il qawwa tal-kuluri vivaci li kien juza Cali flimkien mal-forma u l-istil artistiku tieghu kienu jikkuntrastaw ghall-ahhar ma l-arti neo-klassika, imhaddna minn Giuseppe Hyzler u d-dixxipli tieghu, li kienet in voga fil-knejjes Maltin dak iz-zmien. Cali qaghad attent biex jikkontrolla l-uzu tal-kuluri fl-istess nifs li kien qieghed jintroduci stil gdid. Xoghol importanti fl-istess linja li gie wara kien dekorazzjoni ghall-artal ta' San Gejtanu bis-suggett Il-Qabda Mirakoluza tal-Hut. B'xorti hazina din il-bicca xoghol inqerdet fl-1907.


Il-kummissjonijiet ghall-knejjes bdew jizdiedu tant li llum ma tidholx fi knisja li ma ssibx xi xoghol tal-Cali. Imkien, izda, ma tista' titpaxxa izjed bix-xoghlijiet tieghu daqskemm fil-knejjes tal-Mosta, Hal Lija, Hal Balzan, Hal Tarxien, Bormla, il-Birgu u Tas-Sliema. Xogholijiet izghar fid-daqs izda importanti hafna huma l-kwadri ta' artali fl-istess knejjes ohra bhall-Isla, Birkirkara, Rabat, Siggiewi, San Pawl il-Bahar, Mellieha, Qrendi, Kalkara, Mqabba, Hal Luqa, Hal Gharghur, Zurrieq, Hamrun u Furjana f'Malta u x-Xaghra, Ghajnsielem, Qala, San Lawrenz, iz-Zebbug, Funtana u San Gorg f'Ghawdex. Mhux ta' b'xejn li laqqmuh "il-pittur tal-knejjes".


Il-hila ta' Giuseppe Cali fl-arti sagra, arti li minnha nnifisha tesigi li l-artist ikun jaf sewwa s-suggett li ser jittratta qalghetlu l-prosit u r-rispett ta' pitturi u artisti ohra. Il-pittur Virginio Monti, kif nisimghuhom ighidu, meta darba qalulu biex ihassar kwadru famuz ta' Cali fi knisja maghrufa f'Malta biex jaghmlilhom wiehed hu, b'att ta' umilta kbira rrifjuta u stqarr li ma kienx kapaci jaghmlilhom ahjar milli kellhom.


Riferenzi

  1. Il-Hajja, 23 ta' Frar, 1980, p.9. Awturi ohrajn jaghtu s-sena 1867. Ezempju 5th Biennial Sacred Art Exhibition Catholic Institute, p.4.

N.B. L-awto-ritratt ta' Giuseppe Cali li gibna fl-ahhar harga jinsab fil-bini ta' l-Universita l-Qadima, il-Belt Valletta.


It-tielet parti - Il-Mosta: Settembru - Novembru 1980


Pittur Guzeppi CaliL-awto-ritratt ta' Giuseppe Cali li jinsab fil-bini ta' l-Universita l-Qadima, il-Belt Valletta

(p.3) Matul il-madwar 65 sena li hadem bhala pittur, Cali pinga ‘l fuq minn elf kwadru, kbir jew zghir, b'suggetti mill-izjed varji. Ghamel mijiet ta' kwadretti ghal djar privati dwar l-istorja, il-mitologija, veduti u ritratti u fakkar grajjiet ta' zmienu meta pinga t-Terrimot ta' Messina, il-Kometa Haley, il-Kaiser u ohrajn.1


Bejn l-1872 u l-1878 pinga ghadd ta' xeni ghat-teatri Rjali u Manoel. Fl-1873 Cali kellu grazzja kbira li ma mietx meta t-Teatru Rjali qabad. Kien hu li ghamel ix-xenarju u kien hu fuq il-palk dak il-hin. Dan il-fatt gieghlu jaghmet pittura tat-teatru qieghed jaqbad, xoghol li kellu l-Kurunell Francia fid-dar tieghu faccata tat-teatru. Djar ohra maghrufin li Cali iddekora huma l-Villa Lugisland fir-Rabat, il-Villa ta' Grech Mifsud fil-Mosta (illum id-dekorazzjoni hi mbajda) u fil-Bank tac-Cisk fil-Belt Valletta, meqrud bil-gwerra.  Fil-palazz il-Belt, ghandu panew kbir fuq il-gallerija tal-muzika fis-Sala tat-Tron. Panew iehor juri allegoriji ta' l-Gherf fit-teatru tas-Salezjani f'Tas-Sliema. Fl-1869 ghamel xi karikaturi b'tema politika ghall-gazzetta Don Basilio, mahruga min-Nobbli Ramiro Barbaro di San Giorgio.


Interessanti hafna li wiehed ikun jaf li Cali biex idahhal dik ix-xi haga zejda halli jghin lill-familja, medd idejh biex jaghmel xi statwi tal-gibs ghall-kummerc. Fosthom jissemmew il-busti tal-patrijotti Maltin Dun Gaetano Mannarino u Mattew Callus.2 L-ingenwita artistika tieghu tidher mill-kapacita li kellu biex jirmedja f'sitwazzjonijiet difficli. Kien facli ghalih jaghmel il-bust ta' Mannarino ghax sab disinn tieghu fi ktieb li nhareg fuq il-Kavallieri ta' Malta fl-1841. Imma tat-tabib Mattew Callus ma kienx hawn disinn awtentiku. B'bicca manuvra ta' artist li kien sab wiehed ragel f'hanut fi Triq il-Merkanti li kien jismu bhat-tabib ta' zmien La Vallette: Mattew Callus. Pingieh u ziedlu ftit baffi taht xufftejh. Is-sengha ta' l-istatwi tal-gibs tghallimha m'ghand Censu Cremona, skultur li gie Malta minn Sqallija biex ighallem fl-iskola Industrijali miftuha mis-Socjeta ta' l-Arti, Manifattura u Kummerc fil-Belt fl-1890.


Kif immudella lil Mattew Callus fuq ragel ta' zmienu, hekk ukoll ghamel f'kazijiet ohra.  Uliedu u martu dehru kemm il darba mpingijin fil-kwadri tieghu u fix-xbihat tal-qaddisin. Uliedu ta' spiss kien ipingihom ta' angli filwaqt lil martu pingieha hafna drabi bhala Madonna. Santa Rita fi kwadru zghir f'Hal Luqa tpingiet fuq wahda mill-hames uliedu bniet, li kienet sabiha wisq. Din izzewget ghani kbir izda ma sabitx xorti ghax kellha tinqata' mid-dinja u tghix f'vilel u palazzi maqtugha ghaliha. Bint ohra, Erminia, il-fessuda ta' missierha, izzewget lil Avukat Luigi Camilleri, li wara lahaq Prim Imhallef. Wiehed biss mill-hames subien hareg pittur bhal missieru, Ramiro.


Lil ommu u ‘l ohtu laqaghhom ghandu meta miet missieru fl-1874 u huh fl-1875. Lill-uliedu aktar ghenhom hu milli ghenuh huma u d-dota lill-bniet kellu jahseb ghaliha hu wahdu barra milli jiehu hsieb il-familja ghaliex is-subien izzewgu meta qabdu jahdmu. Kellu drawwa li, meta jizzewgu wliedu, jaghtihom kwadru mpingi minnu stess. Meta giet biex tizzewweg in-neputija peress li kienet fi bzonn kbir, flok pittura taha borom, kazzoli u bzonnijiet ohra tad-dar. Weghidha wkoll li jmur ghat-tieg taghha bil-familja kollha biex idoqqulha huma.


Din il-generozita mal-familja tieghu wrieha wkoll man-nies tal-hafna parrocci li hadem fihom. Il-pittur Taljan Gagliardi ta' Ruma zamm £200 fl-1874 ghall-kwadru ta' l-Annunzjata f'Hal Tarxien. Cali pinga zewg kwadri akbar minnu, arzella daqs il-kwadru darbtejn, u zewg kwadri zghar fl-istess knisja wiehed u ghoxrin sena wara, jigifieri fl-1895 u zamm inqas. U ma ninsewx li l-livell ta' Cali kien daqs dak ta' Gagliardi. Il-Mosta thallas £25 ghal kull wahda mit-tmien lunetti li flimkien ma' l-arzella tal-kor, huma maghrufin sewwa minn dawk kollha li jifhmu u li jzuru l-knisja monumentali taghna.


Riferenzi

  1. Il-Pittur Guze Cali, Rafel Bonnici Cali, il-Hajja, 23 ta' Frar 1980, p.9.
  2. Madwar tnax-il sena ilu kienet qamet kontroversja fuq il-gurnali dwar l-isem preciz tat-tabib ta' La Vallette. Minn dik il-kontroversja nistghu nghidu li gie stabbilit li isem it-tabib ta' La Vallette kien Guzeppi Callus. L-izball sar fl-imghoddi ghaliex il-kittieba, specjalment ir-rumanziera, halltu lil Guzeppi Callus ma Mattew Callus.

Il-raba' parti - Il-Mosta: Dicembru 1980 - Jannar 1981

nieqsa


Il-hames parti - Il-Mosta: Frar - April 1981


Pittur Guzeppi Cali Guzeppi Cali (1846-1930)

(p.4) Sa mill-1867 Guzeppi Cali jidher li kien ser ihalli isem fl-istorja ta' l-arti Maltija. F'dik is-sena pitter Il-Mewt ta' Dragut, kwadru li tpogga mal-ewwel fil-kollezzjoni nazzjonali. Nistghu nghidu wkoll li baqa' jiddomina fil-qasam tal-pittura sa mewtu fl-1930.


Meta tfacca Cali sab speci ta' vojt fl-arti Maltija. It-tliet artisti sinifikannt fi hdanha, Pietru Pawl Caruana, Guze Hyzler u Mikiel Bellanti, kienu mieghu u l-aljevi taghhom ma rnexxilhomx jinfatmu minnhom b'mod li joholqu identita gdida ghalihom infushom. Kellu jkun Cali li, b'sagrificcju kbir u fl-istess waqt b'intuwizzjoni ta' genju li kien, gharaf ir-ruh tal-poplu Malti u esprimiha fuq it-tila u fl-affreski u hekk immortalizzaha ghal dejjem. U maghha lilu nnifsu. Ghax, minkejja li tul hajtu sentejn biss studja barra, dik l-esperjenza Naplitana kienet bizzejjed biex tixghellu l-fantasija u l-qawwa spiritwali li kellha gheruqha mfandnin necessarjament fil-qalba ta' qalbu minhabba t-twemmin nisrani tieghu. L-influwenza tal-artist Domenico Morelli gol-belt tal-kanzunetta Naplitana ghenitu jeghleb ix-xejra dekadenti li l-arti neo-klassika u dik prorafelita kienu qabdu.


L-uniku artist Malti li seta' jhabbat lil Cali kien Ignazio Carlo Cortis. Id-differenza bejniethom bdiet hierga bil-mod il-mod. Fil-Birgu u f'Hal Lija, fejn iz-zewg artisti kienu qedghin jahdmu fuq progetti differenti fl-istess zmien in-nies spiccaw biex fdaw it-tpingija tas-soqfa lil Cali. Sfida ohra gietu minn min fittex li jinqeda b'artisti Taljani u, difatti, ingiebu x'uhud, fosthom tlieta ta' certu fama, Domenico Bruschi, Francesco Grandi, u Pietro Gagliardi.  Mill-bqija l-ghajta kienet wahda: Cali!


Peress li l-attivita artistika ta' Cali kienet wahda twila, madwar sittin sena, wiehed josserva certi zviluppi tul il-medda tas-snin. Hemm qisu tliet epoki ta' madwar ghoxrin sena ‘l wahda.


L-ewwel epoka, dik taz-zghozija, infethet prattikament fl-1867 bi Il-Mewt ta' Dragut u l-pittura tal-Madonna tar-Ruzarju fir-Rotunda taghna li, fi kliem il-Kav. Rafel Bonnici Cali, “turina qawwa kbira fid-disinn, miksub fl-iskola ta' Napli u kulur kuntrastuz li gej mid-dawl qawwi ta' dik il-belt xemxija li taqbel hafna mad-dawl tal-gzira taghna.” Din l-epoka tinfirex bejn l-1865 – 1885 u fiha nsibu, fost ohrajn, barra z-zewg xoghlijiet li ghadna kif semmejna, il-kwadri ta' San Glormu f'Tas-Sliema, San Lawrenz fil-Furjana, San Dimitri fl-Isla, is-Sagra Familja ghand is-Sorijiet ta' Santa Ursula fil-Belt, tad-Duttrina fil-parrocca ta' San Gejtanu fil-Hamrun u l-buzzett ta' Stella Maris ghal (p.5) Tas-Sliema.


It-tieni epoka, 1885 – 1905, hi karatterizzata mir-rifless b'mod l-aktar preciz ta' l-identita Maltija u l-kapacita ta' l-artist li jasserixxi l-originalita tieghu u jhalli warajh l-influwenza Naplitana. Kien f'din l-epoka li Cali hadem id-dekorazzjonijiet kbar li qabduh jaghmel fis-soqfa  u l-hitan ta' bosta knejjes fosthom l-abside u l-lunetti fir-Rotunda. Fihom hadem fil-gholi, wiccu ‘l fuq, kultant f'pozizzjonijiet li teghjieh u bosta drabi f'dawl baxx hafna. Naqqas hafna fil-kuntrast bejn il-kuluri biex johloq aktar ekwilibriju.


Ix-xoghol fis-saqaf tal-knisja ta' San Frangisk fil-Belt Valleta, l-akbar tila li ghandna f'Malta, zgur li jiddomina t-tielet epoka fil-karriera ta' Cali (1905-1925). Fuq pinga xeni li jfakkruk fis-sbuhija tas-sema filwaqt li isfel wera rokna fid-dinja, San Frangisk u l-erba' figuri allegorici tal-virtujiet ta' l-Ordni Frangiskan. F'din l-epoka wkoll, minhabba li kiber fl-eta, taha ghal kwadri zghar, tajbin halli jzejnu d-djar u fosthom ghandu xi xogholijiet kbar bhal Il-Madonna tas-Silg, Kristu Miexi fuq il-Bahar, Il-Madalena fuq il-Qabar ta'  Kristu, it-Tempesta f'Bahar ic-Caghak, il-Gmiel tas-Sigar, It-Tliet Epoki ta' Ruma u Il-Bewsa ta' l-Ahwa.


Fl-1980, eghluq il-hamsin sena mill-mewt ta' Cali, saru bosta tifkiriet. Il-Kav. Rafel Bonnici Cali, aljiev tieghu li, sa minn mewtu beda jigbor hafna materjal m'ghand qrabatu, minn gazzetti u minn fomm nies li jiftakru lil dan il-wild celebri ta' pajjizna, fosthom, kif jistqar l-istess Kav. Bonnici Cali, il-Mostin li, man-nies ta' Hal Lija u Hal Tarxien, l-aktar li ghenuh, ghamel sensiela ta' programmi dokumentati tajjeb hafna fuq it-televizjoni Maltija. Saru tifkiriet religjuzi u quddies f'xi knejjes li Cali hadem fihom. Tifkiriet ohra saru f'gazzetti u rivisti parrokjali, fosthom Villa Lija, Tarxien, Hal Balzan u din il-gazzetta, Il-Mosta.


Ta' min isemm wkoll xi tifkiriet li saru mill-1930 ‘il hawn. Fl-1934 is-Socjeta tad-Dilettanti ta' l-Arti ghamlet wirja ta' xoghlijiet tieghu fil-Muzew, li dak iz-zmien kien fil-Berga ta' l-Italja. Fl-1946 gheluq il-mitt sena minn twelidu, saret wirja ohra ikbar u grandjuza, mis-socjetajiet ta' l-arti Maltija fil-Palazz De la Salle bil-kollaborazzjoni tas-Socjeta ta' l-Arti, Manifattura u Kummerc, li tul l-istorja taghha, mhux darba u tnejn tat gieh lil Cali. Fl-1976 saret wirja ta' l-Arti Sagra fl-Istitut Kattoliku il-Furjana u Cali kien l-attrazzjoni ewlenija.


Barra l-ktieb li hareg il-Kav. Rafel Bonnici Cali fl-1946 u d-dokumentarju li ghamel fuq it-televizjoni fl-1980 – studju estensiv dwar il-hajja u l-opra tal-Cali u x'aktarx l-ewwel studju profond dwar l-artist Malti – insibu xi pubblikazzjonijiet ohra. Castagna kiteb fuq Cali fl-istorja ta' Malta. Minnu thajjar Patri Ilarju Dimech O.F.M. (Konv.) li kiteb ktieb dwar ix-xoghlijiet ta' Cali fil-knejjes Frangiskani. L-Avukat Edward Sammut ta l-importanza li tisthoqq il-hidma ta' Cali fil-ktieb Art in Malta, filwaqt li n-Nutar Vincenzo Maria Pellegrini kiteb f'opuscolo li johrog f'Turin, l-Italja.


Nistghu nghidu li Guzeppi Cali sab l-arti Maltija agonizzanti u rnexxielu jghajjixha. Certament li jisthoqqlu l-kumment li sar fuqu (Edward Sammut, Art in Malta), jigifieri li Cali sab l-arti fi stat baxx u halliha fuq pedestall gholi. Ahna, il-Mostin, meta nkunu fir-Rotunda taghna, zgur li ma nistghux ninsew il-kwadru tal-Madonna tar-Ruzarju (1870) li fetahlu t-triq berah ghall-arti rivoluzzjonarja tieghu u li wasslu fil-quccata tat-trijonfi kollha tieghu. F'mohhna jibqa' frisk il-hsieb li d-devozzjoni tal-Mostin lejn il-Madonna kellha thalli wkoll il-marka li ma tithassarx sakemm l-arti tibqa' arti u l-konfront li ghenet Malti bhalna biex inaqqax ismu dejjem fl-istorja ta' l-arti Maltija.