Grupp Armar Marija Assunta
minn Anthony Zammit - Segretarju
Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid
(p.55) Ninsabu lejn it-tmiem ta’ sena ohra u f’dan il-mument hafna jharsu lura biex jezaminaw dak li jkun ghaddew minnu. L-istess ghamel il-Grupp taghna fil-laqghat li saru wara l-festa u b’wiccna minn quddiem nhidu li komplejna nikbru kemm bhala membri kif ukoll ghall-ammont ta’ xoghol li sar matur is-sena.
Matul din is-sena tkompla x-xoghol fuq il-plancier u issa baqa x-xoghol ta' l-iskullura u l-irhamar tal-parti l-gdida. Qed isir ukoll l-irhamar tal-pedestall tal-Papa, ix-xoghol qed isir mis-Sur Manuel Micallef. L-irhamar qed jintghogob u ghalhekk hu possibli li din l-istess persuna taghmel xi xoghol fuq armar iehor fosthom il-plancier. Bhalissa wkoll, ghaddej ix-xoghol fuq sett antarjoli godda li se jintramaw fil-bidu ta’ Triq il-Kostituzzjoni. Barra dan, il-Grupp ghamel hafna xoghol ta’ manutenzjoni fuq parti mill-armar tal-pjazza.
Wara li saret il-laqgha generali, il-Grupp fassal il-programm tieghu ghas-sena d-diehla. L-ewwelnett ser jitkompla x-xoghol fuq il-plancier biex, jekk jista jkun, fil-festa li jmiss ikun kwazi lest minn kollox. Progett iehor ambizzjuz se jkun sett bandalori godda ghal Triq il-Kostituzzjoni. Id-disinn ta’ dawn il-bandalori sar mis-Sur Jeffrey Galea, filwaqt li l-pittura ta' fuqhom se ssir mis-Sur Pawlu Camilleri Cauchi. Nisperaw li fil-festa li gejja nzanznu l-ewwel wahda. Bdejna nahdmu wkoll biex jinbidlu l-pavaljuni ta’ Triq il-Kbira (in-naha tar-Rabat). Biz-zmien id-drapp ta' dawn il-pavaljuni spicca u ghalhekk ser jinhadem sett gdid fuq l-istess disinn ta dawk ezistenti.
Wara li sar l-progett tal-pjazza l-Grupp taghna kellu jressaq xi armar minhabha li kien hemm xi tibdil fit-toqob. Minhabba f’hekk nibet il-hsieb li quddiem il-Kazin Nicolo Isouard jintrama sett ta’ erba' nisa biblici. Ghal dan il-ghan ser jinhadmu zewg pedestalli godda u zewg statwi godda. L-istatwi ser jinhadmu mis-Sur Alfred Camilleri Cauchi. Zgur li dan il-progett impenjattiv se jkompli jsebbah il-pjazza taghna.
Wiehed jifhem li biex l-Ghaqda twettaq progetti bhal dawn, jinvolvilha spejjez kbar. Ghalhekk xieraq nirringrazzjaw lil dawk kollha li jaghtuna l-appogg taghhom u jimlewna kuragg biex inkomplu nharsu ‘l quddiem. F’dan iz-zmien tas-sena nsibu x’naghmlu wkoll u din is-sena ser narmaw presepju statiku fix-xelter ta' quddiem il-parking area ta' hdejn il-knisja. Minn hawn nistieden lil kulhadd biex jigi jara dan il-presepju u fl-istess waqt ikun qed jaghti kontribuzzjoni ckejkna b’risq l-armar tal-festa. Naghlaq billi f’isem il-membri kollha taghna nawgura l-festi t-tajba lil kulhadd.