The Mosta Archives Banner

Dekorazzjoni fit-tanbur tar-Rotunda

dikjarazzjoni ta’ l-Arcipriet, 11 ta’ Awissu 1987


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1987


Prezentazzjoni tal-ghotja ta' $100,000 lill-knisja tal-Mosta Prezentazzjoni ta’ 100,000 dollaru fl-1986.

(p.3) Niftakru tajjeb l-ghotja ta’ mitt elf dollaru li rcevejna bhal-lum sena minghand benefattur kbir tal-knisja taghna, is-Sur Anthony Camilleri, li jinsab fl-Amerika. Dakinhar jiena fir-responsabilta tieghi ta’ Arcipriet dhalt ghal bicca xoghol kbira, jigifieri li naqta’ x-xewqa tal-benefattur taghna u ssir id-dekorazzjoni bejn it-twieqi tal-koppla ta’ din il-knisja u fl-istess hin nara li ssir bicca xoghol ta’ pregju u arti kif jixraq. Ghalhekk ridt niehu sena zmien li matulha stajt nikkonsulta ruhi ma’ min seta’ jghinni nasal ghal decizjoni tajba dwar x’ghandu jsir.


Illum gheluq is-sena rrid inzomm kelmti u nghid dwar id-decizjoni li wasalna ghaliha bl-approvazzjoni shiha ta’ Mons. Arcisqof u bi qbil fost is-sacerdoti. Fil-presbiterju Parrokjali gie deciz li nniedu konkors li ghalih jistghu jwiegbu l-artisti kollha u dawn iressqu abbozzi dwar xoghlijiet li huma lesti li jwettqu. Gew marbutin certi kundizzjonijiet ghal dan il-konkors biex nizguraw li ssir bicca xoghol tajba u artistika.


Benefattur Anthony CamilleriIl-benefattur, is-Sur Anthony Camilleri li ta 100,000 dollaru Amerikan.

Il-hsieb taghna kien li dan il-konkors nifthuh propju llum permezz ta’ dan id-diskors. Izda jiddispjacini nghid li dan ma nistax naghmlu minhabba diffikulta kbira li nqalghet u li llum irrid ingharrafkom biha.


Is-Sur Anthony Camilleri baghat il-flus permezz tal-prokuratur tieghu s-Sur Charles Grima, li sfortunatament dan miet ftit gimghat wara. Bhala prokurator tas-Sur Camilleri saret bint is-Sur Charles Grima u din mhix ta’ l-istess fehma ta’ missierha. Tant li qieghda tinsisti biex nibghatu l-flus lura ghax qalet li dak li ried is-Sur Camilleri ghadna m’ghamilnihx. Sahansitra fethet kawza fil-qorti tal-Knisja fl-Amerika dwar dan.


Ghalkemm nassigurakom li m’hemm ebda bazi dwar l-akkuzi li semmiet, ma nhossx li nistghu nibdew nahdmu fuq il-progett qabel ma niccaraw ghal kollox il-pozizzjoni taghna. Kull pass li qeghdin niehdu hu bl-approvazzjoni shiha ta’ Mons. Arcisqof u hu stess issuggerieli ngharrafkom b’dan kollu meta kien fostna nhar is-Sibt, 8 ta’ Awissu.


Meta jkollna xi zvilupp gdid fiz-zmien li jaqbel, jiena nweghidkom li nerga’ ngharrafkom b’kollox.


Nota ta’ l-Editur

  1. Ahna nafu x’inhi x-xewqa tas-Sur Anthony Camilleri meta offra l-flus: li ssir il-pittura ta’ bejn it-twieqi.
  2. U din ix-xewqa trid tigi rispettata u onorata a kwalunkwe kost.
  3. Il-kwistjonijiet li jqumu jfixklu jistghu u mhux ighinu. B’hekk iz-zmien jitwal bla bzonn.
  4. Jalla s-sens komun jirbah b’sodisfazzjon ghal kulhadd.