Il-Funerali ta' Dari
minn Francesco Mangion
Il-Mosta: Settembru – Dicembru 1981
(p.10) Il-Malti jghid, "Kulmin jitwieled irid imut; kulmin ha l-hajja jiehu l-mewt." Wiehed missier kiteb fuq il-qabar tat-tarbija tieghu, "Twieldet, bkiet u mietet." Hajja l-izjed qasira kellha titghammed, tghix u tmut ta' Nisranija.
Jien li qieghed nikteb izzewwigt fl-1933 meta r-rata ta' mortalita tat-trabi kienet gholja hafna. Kelli hmistax tfal u minn tmienja li kelli sal-1942, sitta minnhom mietu u s-sebgha ta' wara ghexu kollha. Kienet haga spissa li tisma' l-mota ta' l-angli thabbar funeral ta' tarbija.
Biex din l-ghamla ta' funerali tibqa' mfakkra ser inghid xi haga kif kienu jsiru. Meta tmut tarbija jordnaw it-tebut, li dak iz-zmien kien iqum seba' xelini (35c). Kien ikun mizbugh abjad. Imbaghad ghal ghand il-puntatur sabiex jordnaw il-funeral. Jekk ikun prima klassi bil-qassisin kollha (li dak iz-zmien kienu jghoddu 32), jekk sekonda klassi, bi tmienja, jekk terza, wiehed, u m'ghandiex xi nghidu, l-abbati bis-salib. Mal-mota ta' l-angli l-qassisin johorgu mill-knisja sad-dar tat-tarbija mejta, li sadattant tkun fit-tebut imdawra bil-fjuri. Erbat itfal libsin sabih jerfghu fuq idejhom it-tebut u jimxu wara l-kleru. Tifel tal-familja jew tal-girien jimxi wara jerfa' l-ghatu tat-tebut. Mal-wasla fil-knisja kienet tohrog quddiesa intenzjonata biex il-genituri tat-tarbija mejta jaqilghu l-grazzja ta' kreazzjoni ta' tarbija ohra.
Sa Jannar 1942, jigifieri zmien it-Tieni Gwerra Dinjija, il-funerali tal-kbar kienu ta' ghamla ohra minn tallum. Dakinhar li waqghu l-bombi fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u quddiem l-Oratorju "Qalb ta' Gesu" kellu jsir funeral u ma sarx; imbaghad il-funerali bdew isiru bil-kleru biss. Ftit kienu jmutu l-isptar. Allura l-kamra tal-marid issir il-kamra tal-mejjet, jitqieghed fin-nofs fuq zewg stippi bejn erba' gandlieri bix-xemgha jixghel u fil-genb mejda speci ta' altar bil-Kurcifiss bejn zewg gandlieri. Jekk fil-kamra jkun hemm xi mobilja din titghatta bl-abjad.
Sadattant xi hadd inkarigat minn tad-dar imur ghand il-puntatur u jordna l-funeral. Il-funeral isir skond ma thallas. Jekk prima klassi bil-qassisin kollha, sitt standardi b'zewg fratelli ma kull wiehed, erba' fratelli bit-torci mat-tebut, li kien ikun imghotti bil-faldrappa sewda, qassis liebes il-kappa (x'aktarx ikun l-Arcipriet) u zewgt irgiel bl-incens wara t-tebut. F'dak iz-zmien it-twiebet ma kienux jinxtraw lesti izda ordnati ghand xi mastrudaxxa hawn ir-rahal. Matul it-triq mid-dar sal-knisja kien jitkanta is-Salm 51 Miserere Mei Deus.
Mad-dahla fil-knisja jitkanta l-Uffizju tal-Mejtin, u jekk il-funeral ikun filghodu, issir quddiesa tal-mejtin praesente cadavere. Il-quddiesa tkun kantata akkompanjata bid-daqq ta' l-orgni u bil-vucijiet. Jekk il-funeral ikun sekonda jew terza klassi, ikun b'anqas qassisin, b'anqas standardi u minghajr orgni. Jekk il-kadavru jkun ta' xebba t-tebut kien jitghatta bil-faldrappa hamra u bil-palma u l-kuruna tal-fjuri.
Hawnhekk ser nirrakkonta ghanja li kont tismaghha minghand xi xebba li tkun iccahdet miz-zwieg jew ghax qatt ma kellha min ihobba.
"Jiena zwieg ma rridx nizzewweg,
Tista' taqta' kollha n-namra,
Jaghtuni l-palma u l-kuruna,
Ighattuni bil-gverta l-hamra."
Fil-funerali tal-qassisin il-kadavru kien jitqieghed fuq mejda maghmula apposta u kien jintrefa' fuq l-idejn imlibbes l-abiti sagri.
Mill-knisja l-mejjet kien jigi trasportat ghall-kannierja u jindifen. Il-qraba tal-mejjet kienu jilbsu l-iswed ghal zmien twil, l-irgiel ghall-ewwel granet kienu johorgu bil-glekk fuq rashom u ghal zmien xahar ma jqaxxrux lehja. Il-hbabat tal-bieb tad-dar jinqalghu u flokhom jitqieghed coff iswed. Qraba, girien u hbieb kienu jmorru jaraw il-mejjet u jaghtu l-ghomor lil niesu.
Ara wkoll: Harsa Folklorista lejn il-Funerali, minn Stanley Mangion