Francesco Mangion, Apprezzament
Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1985
(p.10) Fil-11 ta' Novembru 1985, jum San Martin, Francesco Mangion halla dan il-wied ta' Dmugh fl-ghomor ta' 80 sena. It-tifkira ghaziza tieghu ma jistax ikun li ma tibqax friska fi hsieb uliedu, li hadu hsiebu tul il-marda qalila li hakmitu fl-ahhar tliet snin ta' hajtu. Il-memorja tieghu tibqa wkoll hajja fl-imhuh ta' hafna qraba u hbieb u ta' bosta Mostin li min jaf kemm il darba rrecitaw mieghu r-Ruzarju Mqaddes fil-quddies ta' l-ewwel kif ukoll tul it-toroq tar-rahal fil-purcissjoni tar-Ruzarju u tad-Duluri. Hafna jibqghu jiftakru il-vuci soda tieghu li biha kien ifahhar ‘l Alla bil-kant u bit-talb.
Francesco Mangion qatt ma kien iqis lilu nnifsu l-ewwel; dejjem kien jahseb f'haddiehor, kif jista' jghin fil-familja kbira tieghu, kif jista' jghin lil knisja, kif jista' jaghder, jikkonforta marid, kif ighin lill-Missjoni u kif jista' jxerred l-istampa tajba.
Hsiebu kien li jghin lill-Azzjoni Kattolika li taghha kien President fil-Fergha Rgiel tal-Parrocca u kif izomm hajja x-Xirka ta' l-Isem Imqaddes t'Alla li ghaliha ddedika tant hin u energija biex jikkumbatti d-dagha kontra Alla, il-Madonna u l-Qaddisin.
F'din il-gazzetta Francesco halla tifkiriet sbieh bil-poeziji umli tieghu u b'artikli ta' interess kbir, specjalment artikli li bihom kien ifakkar hafna Mostin fi zmenijiet zoghzithom, artikli lli hafna qarrejja kienu jfittxu hekk kif kienet tigi f'idejhom din il-gazzetta.
Illum Francesco Mangion, maghqud fix-Xirka tal-Qaddisin, qieghed jitlob ghall-familja tieghu, li rabba b'ghozza kbira, jitlob ghall-missjunarji u ghall-vokazzjonijiet, jitlob ghall-ghaziza Malta biex ir-Religjon Nisranija, li kienet tant sagra ghalih, tibqa' blata soda minkejja l-irwiefen qliel li kontinwament qeghdin jonfhu kontrieha. F'mument ta' wgigh kbir, Francesco kont tisimghu jghid "Nizzuhajr ‘l Alla" jew "Hekk ghogbu l-Bambin".
U hekk tassew ghogbu Alla, li jigbru u jilqghu fi hdanu u jaghtih dak li verament jisthoqqlu – l-hena tal-hajja ta' dejjem.