Aspett mill-Festa ta' Santa Marija ta' xi snin ilu
minn J.J. Camilleri
Il-Mosta: Harga Nru. 1 (2006) Format Gdid
(p.3) Kollox juri li l-qima lejn l-Assunta fil-Mosta hi tradizzjonalment qadima. Harsa hafifa lejn ic-celebrazzjonijiet esterni jixhdu dan.
Fil-knisja tal-Mosta, dik ta’ Tumas Dingli, kien hemm il-kwadru sabih tal-pittur Baskal Buhagiar (1678). Dan illum qieghed fir-Rotunda u gie sollennamant inkurunat (1975). Sakemm l-iskultur Mosti Salvu Dimech (is-Sartx) naqqax l-istatwa ferm sabiha ta’ Santa Marija minn zokk ta’ zebbuga, fil-purcissjoni ta’ Santa Marija kienet tohrog il-vara sabiha maghrufa bhala tar-Ruzarju. Fil-Mosta kienet twaqqfet il-Konfraternita tar-Ruzarju fl-1612. Zgur li din l-istatwa, maghrufa wkoll bhala tac-Cintura u tal-Ward, kienet tezisti fl-1766. L-istatwa li harget f’Awissu 1948 kienet dik li ghamel is-Sartx fl-1868, ‘modifikata’ mill-iskultur Censu Apap li ma halla xejn minn kif hasibha Dimech.
Il-festi ta’ Santa Marija baqghu jsiru sena wara l-ohra minbarra fis-snin mill-1939 sal-1943. Meta fl-1944 regghet bdiet tohrog il-purcissjoni, ta’ dik is-sena hadet is-sura penitenzjali, bl-ghan ewlieni biex isir radd il-hajr wara tmiem ta’ gwerra qalila. Ma kienx il-hsieb ta’ celebrazzjonijiet; fil-fatt saret purcissjoni qasira li ntemmet bil-kant tat-Te Deum fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.
Tista’ tghid li sa nofs is-snin hamsinijiet il-bicca l-kbira tan-nisa u ta’ l-irgiel kienu ghadhom johorgu bl-ilbies tradizzjonali. Ghall-festa l-irgiel izanznu sidrija, beritta, xedd u terha gdida; in-nisa ghonnella u ghamra deheb gdida. Il-qorq, id-dbielet twal, l-ilbies kampanjol u t-tizjin bid-deheb bdew kull ma jmur jghibu. Ghad li n-nies ma tilfux mill-istennija u l-herqa ghall-festa, u ma nbidilx l-ispirtu parrokjali, beda jkollhom hajriet u attrazzjonijiet ohra. Inbidlet l-atmosfera tal-hajja u bdew jidhru l-kambjamenti fl-imgiba u l-mod kif wiehed juri ruhu.
Il-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta kellha l-vantagg li ma kellhiex piki ta’ festa ohra parrokkjali. Kienet festa wahda ghar-rahal kollu, minghajr inkejjiet u nkwiet. Kien hemm snin ilu, ftit tal-pika ma tar-rahal vicin – bluhat insifikanti ta’ wahdiet.
Fil-Mosta qatt ma naqsu d-dilettanti ta’ l-armar, u t-tizjin fit-toroq kien isir b’hegga minn ghadd ta’ gajjijiet bil-pika min kien l-aktar biezel. It-tizjin fit-toroq kien jibda minn kmieni. It-traffiku fit-toroq kien ftit u ghalhekk kien isir wisq aktar armar. Tista’ tghid li kienu jizzejnu t-toroq kollha, l-aktar minn fejn tghaddi l-purcissjoni. Kienu jintramaw il-pilandri, l-antarjolli, il-bandalori, il-gastri bid-dawl, it-trofej … Ma kienux neqsin l-istatwi f’nahat aktar wesghin. F’tarf Triq il-Kungress Ewkaristiku ghamel zmien l-ark – arkata ta’ l-injam min-naha ghall-ohra tat-triq bilkemm tghaddi karozza zghira. Kienu moda l-kuruni mdendlin f’nofs ta’ triq, mimlijin bil-karti mqattghin, bis-sunnetti u z-zigarelli tal-karti mlewnin, biex jinfethu hekk kif l-istatwa tieqaf tahthom. Kienet ukoll drawwa li hekk kif l-istatwa tfigg fil-bieb tal-knisja – barra s-salut tal-kaxxa nfernali (kif (p.4) kienu jsejhulu) – kienu jittajru l-hamiem u jitwaddbu mill-gholi karti mqattghin u sunetti. Il-pavaljuni tad-drapp kif ukoll il-fustuni tal-liedna kienu ferm popolari. F’nofs il-pjazza kien jintrama l-park il-kbir tal-banda (xoghol il-mastrudaxxa Mosti, Censu Mifsud, il-Bagni). Il-plancier kien gholi u ta’ ghors ghat-tfal ghax jilghabu tahtu. Darba meta kont tifel tlajt fuqu, cediet tavla bija u waqajt ghal isfel tahtu. Niftakar qisu lbierah! Kienu jintramaw ukoll plancieri izghar ghall-baned barranin li kienu jinkrew. Barra li kienu jaghmlu l-marc kien mistenni minnhom li jdoqqu programm fuq il-plancier.
Il-gbir ghall-festa kien jibda minn kmieni. Imma l-aktar li kien isir mill-fieri li dawn kienu ferm popolari, aktar u aktar meta tiehu sehem il-banda tar-rahal. Meta toqrob il-festa kienet issir fiera tista’ tghid kull nhar ta’ Hadd fil-pjazza l-kbira jew f’dik ta’ San Anard. Fl-1947 l-Arcipriet Dun Karm Sciberras halla f’idejn il-Kazin Santa Marija l-organizzazjoni u l-gbir ghall-festa. Fil-Hdud kienu johorgu jigbru minn bieb ghall-bieb. Dan l-arrangament baqa’ sa meta l-Arcipriet Sciberras irtira fl-1948. Fil-fiera kienet popolari barra l-lotteriji, gugata maghrufa bhala ‘tas-sold xelin’!
Kien hemm zmien meta l-faccata tar-Rotunda kienet tinxteghel bit-tazzi taz-zejt. Kienu jibdew jixgheluha sighat qabel, trid tqis li kienu jridu jiddendlu. Min jaf x’sar minnhom dawk il-mijiet ta’ tazzi kkuluriti? Kien hemm zmien ukoll li l-knisja minn gewwa kellha d-dawl ta’ l-acitilena. Kien f’Novembru 1925 li l-faccata tal-knisja nxtelghet l-ewwel darba bid-dawl elettriku mid-ditta Filletti.
Dak iz-zmien in-nar ta’ l-art u l-ajru kien jinxtara. Imbaghad twaqqfu il-gajjijiet tal-post: tac-Cic, ta’ Toni tal-Kafe u Fidiel, ta’ Gerit u l-Hidra u ta’ Wenzina. Dilettanti tan-nar li l-aktar kienu jissemmew fi zmienhom kienu Elija Mifsud (it-Terewiz), Manwel Mifsud (ta’ l-Ghagin), Gamri Farrugia (ta’ Wizu), Zaren Vella (il-Bazaz), Guzeppi Mangion (il-Parell). Ismijiet aktar ricenti huma marbutin mas-socjetajiet ‘Santa Marija’u ‘15 ta’ Awissu’. Ma naqsux lanqas l-incidenti. Fl-1933 miet Guzeppi ta’ Fjura, fl-1958 taret il-kamra tan-nar f’Ta’ Mlit u kienu mietu Toni Sant u Fidiel Camilleri. Incident ricenti (fl-1970) ma kienx daqshekk tragiku. Il-post preferit minn fejn kienu jinharqu l-murtali kien min-naha maghrufa ‘Ta’ San Tumas’. Minhabba l-bini l-post ma baqax jintuza, kif gralha wkoll il-kamra tan-nar f’Ta’ Mlit. Illum insibu zewg fabbriki moderni tal-lokal tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija u tas-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu. Dawn jiehdu hsieb il-htigijiet piroteknici kollha tal-festa.
Il-baned kienu u ghadhom parti ewlenija mill-festi esterni. Ghal bosta snin kienet il-Banda Nicolo Isouard li kellha l-aktar sehem. Kienu jigu ohrajn barranin. Il-marc ewlieni, meqjus ukoll l-aktar (p.5) brijuz kien ta’ lejliet lejliet il-festa. Kien l-aktar taz-zaghzagh subien, il-bniet thajru aktar ‘il quddiem. Kien ikkaretterizzat bil-hruq ta’ stoppini, suffarelli, sfafar, murtaletti mill-idejn, ghajjat, irfigh fuq l-ispallejn, tixjir ta’ bnadar – f’kelma wahda ddominat mill-istorbju. Kien ghadu permess il-hruq ta’ l-isfafar. Kultant meta tahrab xi suffara mill-idejn kien jinholoq pandemonju shih. Kienu saru imbaghad regolamenti tal-pulizija biex ma jsirx hruq ta’ sfafar fil-marcijiet.
Fl-1984, il-Kazin Santa Marija beda t-tradizzjoni tal-marc ta’ filghodu f’jum l-Assunta. L-ewwel marc sar mill-Banda La Stella ta’ Ghawdex. Il-marc ta’ filghodu ma kienx popolari ma l-Arcipriet ta’ dak iz-zmien, u li kien ghalih ma sarx. Baqa’ jsir u sar ferm popolari. Il-festi esterni ziedu fil-briju mat-twaqqif tal-banda tal-Kazin Santa Marija (1986). Sar popolari l-marc ta’ lejliet il-festa filghaxija ta’ din il-Banda. Iz-zewg Baned jiehdu sehem attiv, fil-purcissjoni wkoll.
Il-festi esterni minn dejjem kienu kkaratterizzati bin-numru tan-nies li johonqu l-pjazza u t-toroq fil-purcissjoni, fil-marcijiet tal-baned, fil-hruq tan-nar u l-giggifogu. Ma kenitx drawwa li l-hwienet johorgu l-imwejjed barra fit-toroq. L-irgiel kienu jixorbu fil-hwienet, u poplari kienet il-mastika ta’ Malta. Kien ikun hemm irgiel li jiskru, imma dawn kienu aktarx juru ruhhom meta tkun dahlet il-purcissjoni u l-folla tonqos. Naha popolari ghall-hwienet kienet dik maghrufa bhala ‘l-erba’ hwienet’ – ghax kien hemm hanut f’kull kantuniera. Arahom meta kwazi jkun ghadda kollox, l-irgiel xurbana jersqu bil-briju lejn il-pjazza.
Fil-pjazza kienu jintramaw l-imwejjed tal-qubbajt. In-nies kienu jixtru hemm mill-iebes kif ukoll mill-artab biex ikollhom bizzejjed ghal tul ta’ zmien. Kellhom ghazla tajba. Fil-jiem tal-festa tal-qubbajt jibqa’ l-hin kollu l-Mosta. Kien jifrex u jorqod taht il-mejda tal-qubbajt. Kienu ferm imfittxija l-gelat u l-luminata tal-bezzun. Il-hanut ‘ta’ Zaru’ fi Triq il-Kungress kien imsemmi ghall-gelat u l-luminata tal-bezzun.
Atmosfera ta’ festa ferrihija fost il-hamba u t-tmekkik tan-nies kienu l-hafna gabubi jbieghu r-ruggjati kollha mixghulin bid-dawl abjad ta’ l-acitilena. Hafna baqghu jzommu din it-tradizzjoni wkoll meta dahlu l-bozoz ta’ l-elettriku.
Fis-sustanza l-festi esterni baqghu dawk li kienu: il-baned, il-hruq tan-nar, il-briju, dak kollu li jaghmel festa baqa’ hemm. Il-wicc ta’ barra nbidel, ma tarax wisq vergonji ta’ rgiel fis-sakra. Il-hwienet dawk il-jiem johorgu fit-toroq, in-nies huma aktar konxji fl-imgiba taghhom u mhux la kemm jaqbzu l-limitu. Aktar tfajliet emancipaw irwiehom biex jaghmlu l-festi esterni okkazjoni ta’ ferh.
Zbalja dak li xi snin ilu qal li l-festi huma moribondi u wasal tmiemhom. F’xi nahat aktar ikkargaw u saru akkaniti. It-twegiba ghall-mistoqsija jekk il-festi esterni u dawk interni fil-knisja humiex kompatibbli, ma tistax ma tkunx ferm interessanti.