
Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova fil-Knisja tal-Isperanza
Il-Mosta: Gunju – Lulju 1977
(p.5) Nhar it-tnejn 13 ta’Gunju tahbat il-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova u fil-knisja ta’ l-Isperanza se terga, ssir festa ta’ dan il-qaddis kbir, tant maghruf u mahbub minn kulhadd.
Din il-festa f’jum il-Qaddis ilha tigi ccelebrata f’din il-Knisja minn mindu saret l-istatwa sabiha u twaqqfet fondazzjoni ghal dan il-ghan mis-Sinjura Carmela Sant.
Sentejn ilu bit-thabrik tal-mibki Dun Carm Dingli beda jsir ukoll il-prezentazzjoni tat-tfal lill-Qaddis, kif ukoll it-tberik tal-hobz li wara jitqassam lil dawk kollha prezenti flimkien ma domni u Santi ta’Sant’Antin.
Is-sena l-ohra n-numru ta’ dawk li attendew kien tassew kbir, u ahna nittamaw li jkompli dejjem jikber.
Ghalhekk nistiednu lil kulhadd specjalment lid-devoti ta’ dan il-Kbir Qaddis kif ukoll lit-tfal biex ningabru flimkien madwar Sant’Antnin – noffrulu warda, u nitolbuh biex iheggigna bhalu bímhabba kbira lejn Alla u lejn il-proxxmu taghna.