The Mosta Archives Banner

Il-Festa ta’ Kristu Rxoxt


Il-Mosta: Gunju – Lulju 1977


Statwa ta' Kristu Rxoxt tal-MostaL-istatwa ta' Kristu Rxoxt tal-Mosta li saret fl-1976

(p.5) Din il-festa li kull ma jghaddi z-zmien qed tiehu certa popolarita, il-Parrocca taghna qed taghmilha fl-ghaxija u fuq linji differenti minn ta' Parrocci ohra.


Il-Purcissjoni harget mill-Oratorju Qalb ta' Gesu biex tibda triq twila li twassal ghall-Knisja.


Hadu sehem fiha, il-Baned tal-Mosta Boy Scouts li kkonduciet il-purcissjoni u l-Banda Nicolo Isouard li daqqet qabel l-istatwa.


Kellna diversi persunaggi li hadu sehem f'din il-purcissjoni u li l-ghan taghhom hu li juru l-Pjan t'Alla tas-Salvazzjoni - kellna mela diversi persunaggi tal-Antik u tal-Gdid Testment.


Irridu nirringrazzjaw lil kull min ha sehem biex din il-festa tkun success, lid-diversi ghaqdiet tal-Parrocca, lil min ghen fl-Organizzazzjoni, lill-Arcipriet u lill-membri tal-Kleru tal-inizjattiva li hadu biex kollox jimxi bl-ordni u bid-devozzjoni.


Il-funzjoni wara l-girja bl-istatwa ghal fuq iz-zuntier (u j'Alla ma tkunx purcissjoni ta' diversi tlielaq) waslet fit-tmiem billi l-Arcipriet mexxa celebrazzjoni qasira tal-Kelma t'Alla. Il-kummenti fuq il-loudspeaker u l-kant mill-Kor Santa Cecilja ghenu wisq fid-devozzjoni ta' din il-festa.


J'Alla bil-kooperazzjoni ta' kulhadd inkomplu nzidu din il-festa halli tilhaq l-ghan li ghandna fi hsiebna.