Il-Familja De Martino
minn Giovan De Martino
Il-Mosta: Jannar - April 2001
(p.18) F'Gunju li ghadda l-familja taghna ghalqet 60 sena l-Mosta. Ghomor ta' bniedem. Sittin sena mhux talli huma zmien twil gmielu, imma wkoll tlieta minnhom dawn is-sittin kienu snin ta' gwerra, balal, guh, mard, biza' ... U ahna ghadna hawn. Bhala ringrazzjament lil Alla ohti Rosina ghamlet quddiesa fil-kappella Pax et Bonum u wara morna d-dar taghha halli niehdu drink flimkien u niccelebraw l-exodus taghna.
Meta dan l-ahhar jiem ktibt xi tifkiriet tal-gwerra f'gazzetta lokali u rrakkontajt kif konna hallejna l-Isla ma l-ewwel gurnata tal-gwerra, hafna nies li qraw il-kitba tieghi waqqfuni u kollha staghgib saqsewni: Kif mel'int mhux mill-Mosta? U hafna ohrajn li ghalihom il-Kottonera hija belt wahda komplew: Ghax intom mill-Birgu hux? Jew minn Bormla? U meta nghidilhom li ahna la mill-Birgu u lanqas minn Bormla jibqghu skantati u 'Mela mnejn?' Eh ... mill-Isla mela!
Ma naghtihomx tort sa barra li ma jafux li ahna m'ahniex mill-Mosta ghax ilna hawn sittin sena shah u hafna minnhom anqas kienu ghadhom twieldu. Trabbejna hawn, jien ghamilt il-grizma hawn u mort l-iskola hawn, innamrajna u tgharrasna hawn. Izzewwigna hawn u zewwigna hawn. Mitulna l-gheziez taghna hawn u nahseb li anki ahna, l-ahhar nifs taghna nehduh hawn. Lit-tfal tieghi imma, ipprezentajthom l-Isla quddiem Maria Bambina.
Issa billi l-Isla hi belt zghira hafna, jiena nafha u niftakarha kollha. Niftakar li konna noqoghdu Strada San Giuseppe u niftakar li darba konna bdilna d-dar. Nahseb li kelli xi hames snin u meta garrejna assolutament ma kontx ridt immur fid-dar il-gdida li kienet numru 100/101 fl-istess triq. Ir-raguni kienet li darba qabel kont rajt spiritiera taqbad fil-kantina u nahseb bqajt nibza'. Niftakarni rieqed f'hogor ohti fuq l-ghatba ta' 'l-Isptar' u jistennewni norqod sewwa biex idahhluni fid-dar il-gdida. U kulhadd imdawwar mieghi jipprova jikkonvincini li hemm ma kienx hemm minn x'hix nibza'. Fl-ahhar accettajt.
'L-Isptar' ma kienx hlief kappella zghira li kien hemm kwazi quddiemna u li kienet taghmel parti mid-dar tax-xjuh li kellhom is-sorijiet. Din il-kappella tinfed max-xatt fejn hem id-dar 'Sant'Anna.' Din il-kappella konna nghidulha l-isptar. Meta konna tellajna l-Mosta l-ftit ghamara li kellna l-Isla, tant kien hemm bini mwaqqa' li t-trakk ma setghax jidhol fit-triq u allura l-ghamara ghaddewha minn din il-kappella u nizzluha x-xatt. U ghabbewha minn hemm.
Dhalt l-iskola ta' l-Isla, imma anqas hawn ma kont ridt immur. Hawn regghet dahlet ohti li ghamlet l-ewwel ftit granet bilqeghda hdejja fil-bank. Kont f'ta' Miss Rutzen, Alla jahfrilha, li fil-gwerra hi wkoll telghet il-Mosta u baqa' xi nies li jigu minnha.
Hija l-kbir kien ghadu kif lahaq ghalliem u kien jghallem hemm fis-sular ta' fuq. Malli kien isir il-hin u hu jissoponi li jien mhux se nkun irrid nidhol kien jittawwal mit-tieqa tal-klassi tieghu u b'sebghu jaghmilli sinjal biex nidhol. U nidhol kont!
Tlajt fit-tieni sena u bdiet il-gwerra.
Issa billi ahna konna noqghodu l-Isla, fil-qalba tal-Port il-Kbir u erba' passi boghod mit-Tarzna, il-kelma gwerra kienet ilha tissemma. Veru li jien kont zghir hafna, veru li dak iz-zmien la kellna TV u lanqas radju u anqas tant kont nara gazzetti d-dar, imma qisu s-shab iswed hemmhekk kien jidher aktar. Kien ikun hemm hafna caqliq ta' bastimenti - li hafna minnhom niftakarhom - u kien ikun hemm bahrin izjed milli pajzana. Spiss kien ikun hemm hafna sparar ta' kanuni u jien, bhal hafna tfal ta' dik l-eta, kont nibza'. U niftakar 'l ommi, Alla jahfrilha, terfaghni f'hogorha u tghidli l-kelma magika: Dawn manuvri. Xi tfisser din il-kelma ma kontx naf, jien, imma kont naf li la manuvri m'hemmx minn x'hix nibza.
L-Isla kont bdejt immur il-Muzew. Mhux biss kont irrid nipprepara ghall-Ewwel Tqarbina imma kelli hija li kienu ghadhom kif dahhluh fil-Muzew, niftakar, kien go dar f'side street, jidhirli Stada Sant' Ursola n-naha ta' San Filippu. Allura niftakar it-talba li konna nghidu biex nehilsu mill-gwerra: 'il-hazen u l-erruri li qeghdin imarrdu d-dinja.' La tant kont naf x'inhu hazen u wisq anqas l-erruri, imma kienet toghgobna dik il-kelma u bla ma naf ghala konna nassocjawha mal-gwerra. Li anqas din ma tant konna nafu xi tfisser. U mn'Alla!
Niftakar ghodwa wahda, illum naf li kien it-Tlieta, 11 ta' Gunju meta l-isparar ma kienx manuvri. Niftakarha tajjeb lill ommi ttellaghni bil-wieqfa fix-xifer tas-sodda, tlibbisni u ... ma nafx izjed x'gara ezatt. La naf kif u anqas naf x'fatta sibna ruhna l-Mosta, fi Triq Callus fejn kien hemm il-forn ta' Guzepp Ximmu u fejn illum hemm il-kunvent Pax et Bonum.
Issa din ma kinetx l-ewwel zjara taghna fil-Mosta. Infatti f'Settembru tal-1939 ahna wkoll konna tlajna l-Mosta u konna krejna dar ukoll fi Triq Callus u ftit ferm boghod minn fejn noqghod jien illum. Konna tlajna ghax l-Ingilterra kienet iddikjarat gwerra lill-Germanja, imma billi hawn Malta ma kien inqala' xejn u billi kemm missieri kif ukoll hija kienu jahdmu t-Tarzna, ahna ergajn morna lura biex imbaghad tlajna darba ghal dejjem f'Gunju tas-sena ta' wara.
Nahseb li l-qarrejja tigihom il-kurzita jkunu jafu ghala ghazilna l-Mosta. Storja interessanti. Meta hija l-kbir kien imur l-iskola sekondarja, is-Central nismaghhom jghidu, fost it-tfal li kellu mieghu fil-klassi kellu tifel mill-Mosta - Wigi Fenech. Spiccaw il-kors u baqghu jafu lil xulxin. Issa dan Wigi Fenech kellu huh li kien ghadu kif lahaq Patri Dumnikan u darba fost l-ohrajn jigi l-Isla biex jaghmel xi priedka. Jekk hux kumbinazzjoni jew le ma nafx, imma dan il-patri kellu mieghu lil huh u lill-ohtu u fil-knisja ltaqghu ma' hija. Hija mar ikellimhom u nduna li maghhom kien hemm tfajla li hu ma kienx jaf. Naturalment izjed hares lejha milli lejn il-patri. Dar fuq siehbu Wigi u 'X'gharusa ghandekk, Wig,' qallu. 'Dik mhux l-gharusa,' wiegeb Wigi. 'Dik ohti.' Hija malajr ivvinta mnejn gabilha siggu u nahseb li l-istorja m'hemmx ghalfejn inkompliha jien. Biss ahna ghalhekk ghazilna l-Mosta.
Ftit wara li tlajna l-Mosta fl-eqqel tal-gwerra, hija zzewweg lil Guza, oht Wigi, u ohti zzewget lil Wigi! Lil hija u lil martu nahseb jafuhom hafna, lil ohti l-istess u lil Wigi tal-Lottu, Alla jahfirlu, ma nafx min ma jafux. U biex tkompli tithawwad il-borma, jien izzewwigt lin-neputija ta' Guza u Wigi! Naf li hawwadtkom, imma hekk hu. Il-patri dumnikan kien Patri Alan li hawn il-Mosta ghandu triq imsemmija ghalih. Mons. Alan Fenech kellu parti importanti fl-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' l-Assunta.
Iz-zmien ma jistenna lil hadd. Huti beda jkollhom it-tfal. jien kbirt, tgharrast u zzewwigt hawn. U zewwigt lil uliedi hawn. Anki l-Grizma ta' l-Isqof ghamiltha hawn. Mort l-iskola primarja hawn u kemm jien kif ukoll hija ghallimna mijiet ta' tfal Mostin. Hija l-iehor, is-Superjur, kellu sehem kbir fit-twaqqif tal-Muzew fil-Mosta.
Kellna wkoll mumenti ta' niket. Tlifna liz-zija Nurat, oht missieri, ftit wara li gejna hawn. Tlifna lill-genituri taghna, tlifna zewg hutna u ohti tilfet lil zewgha. Il-mara wkoll tilfet lill-Genituri taghha. M'hemmx x'taghmel. Parti minn dan il-wied tad-dmugh!