The Mosta Archives Banner

Dun Manwel Attard (1912-1984): F’gheluq il-15 il anniversarju minn mewtu

minn Ivan Scerri


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 1999


(p.20) Dun Manwel Attard twieled il-Mosta fit-23 ta’ Dicembru 1912 minn Gakbu u Guzeppa mwielda Galea.


Beda t-taghlim tieghu fl-iskola primarja tal-Mosta. Wara dahal fis-seminarju tal-Furjana biex ikompli l-istudji tieghu.


Fis-snin wara l-gwerra Dun Manewl beda jghallem fl-iskola fil-kampanja tal-Wardija.


Xi zmien wara mar jghallem fl-iskola ta’ San Pawl il-Bahar fejn kien jiehu hsieb ukoll il-visual aid section fl-iskejjel primarji.


Kien rettur ghal bosta snin tal-Ghar ta’ San Martin fil-Wardija fejn hemm meqjuma l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes. Barra li kien iqaddes fih bena sagristija u rranga l-ghar u dejjem zammu fi stat tajjeb.


Dun Manwel hadem ukoll fil-parrocca tal-Mellieha. Kien iqaddes kuljum fis-santwarju tal-Madonna, ta servizz kbir fit-tqarbin tal-morda, kien jghaddi hin twil fil-konfessjonarju fejn in-nies dejjem sabu fih sacerdot hanin u twajjeb.


Kellu taht il-kura tieghu l-kappella tal-Kuncizzjoni li hemm fil-ponta ta’ l-Ahrax tal-Mellieha fid-dahla tal-bajja.


Meta din il-kappella qadima kienet fil-periklu li taqa’ Dun Manwel, bl-ghajnuna tal-kappillan Dun Frangisk Xuereb, ha hsieb biex jibniha mill-gdid qrib in-nicca tal-Madonna.


Ghal hafna snin ta servizz generuz f’hidma pastorali fil-parrocca ta’ l-Imgarr.


Barra li kien jghin bil-quddies u bil-qrar, kellu mhabba kbira lejn il-morda u l-familji foqra, li taghhom kien benefattur kbir.


Dun Manwel Attard miet il-Hadd 10 ta’ Gunju 1984 fl-ghomor ta’ 71 sena fid-Dar tal-Kleru fejn kien irtirat. Jinsab midfun fil-qabar tal-qassisin fic-cimiterju tal-parrocca tal-Mosta.


Ghalkemm il-hidma sacerdotali ta’ Dun Manwel ma kinietx fil-parrocca taghna, il-Mosta kienet dejjem f’qalbu u kien jinteressa ruhu sewwa fl-attivitajiet li kienu jsiru.