Dun Karm Mifsud, sittin sena sacerdot
minn Victor B. Caruana
Il-Mosta: Harga Nru. 1 (2006) Format Gdid
(p.47) Dun Karm Mifsud jaghlaq 60 sena sacerdot din is-sena.
Victor: Tista’ taghtina xi taghrif dwarek?
Dun Karm: Jiena twelidt fil-parrocca tal-Mosta fl-10 ta’ Lulju 1921, iben Salvu u Giovanna nee Vella, u gejt mghammed mill-Arcipriet Dun Pawl Mallia. Meta kelli seba’ snin ircevejt l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma ta’ l-Isqof fl-istess gurnata mill-Isqof Dom Mauro Caruana. Wara li attendejt l-iskola primarja tal-Mosta, dhalt is-Seminarju Arciveskovili bhala student intern u gejt ordnat sacerdot mill-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi fil-11 ta’ Awissu 1946. Konna gejna ordnati 26 sacerdot f’daqqa minbarra numru ta’ religjuzi. Mieghi gew ordnati tliet sacerdoti ohra Mostin. Dun Salv Magro, Dun Pawl Buhagiar u Dun Salv Zammit. Dawn it-tnejn ta’ l-ahhar huma mejtin. Mill-grupp kollu hamsa biss ghadhom hajjin fosthom Dun Guzepp Vella ta’ l-Imgarr (Malta). L-istess Arcisqof hatarni kappillan tal-kor tas-seminaristi tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann.
Victor: Kif komplejt il-hajja tieghek wara li gejt ordnat sacerdot?
Dun Karm: Jiena mill-ewwel bdejt naqdi d-dmirijiet tieghi ta’ sacerdot fil-parrocca tal-Mosta f’dak li hu quddies, qrar u tqarbin. Fl-istess sena ghaddejt bhala ghalliem fl-iskejjel primarji tal-Gvern. Bdejt il-karriera tieghi bhala ghalliem il-Manikata fejn domt hames snin. Din l-iskola giet trasferita ghall-Pwales fejn ghamilt seba’ snin ohra. It-tfal ta’ dawn iz-zewgt irhula gew trasferiti ghall-iskola go dar f’San Pawl il-Bahar fejn jien komplejt. Wara ftit inbniet l-iskola l-gdida ta’ San Pawl il-Bahar fejn komplejt nghallem sa ma spiccajt fl-1979. Jien u int konna nghallmu hawn flimkien ghall-seba’ snin.
Victor: Fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija int kont ghadek zaghzugh u nafu li f’zoghzitek kont avventuruz hafna. Tista’ tghidilna aktar?
Dun Karm: Kien ghadni seminarista u fejn haddiehor kien jinzel fix-xelter waqt xi attakk mill-ajru, jien dejjem kont nitla’ x’imkien fil-gholi biex nosserva dak li kien qed jigri. Ghalhekk kont nitla’ fuq il-bejt tas-Seminarju, li dak iz-zmien kien il-Furjana, fejn illum hemm il-Kurja.
Niftakar tajjeb ghax minn hemm kont rajt l-attak fuq H.M.S. Illustrious fil-Port il-Kbir. Kien attakk ahrax hafna li halla herba shiha fit-Tlitt Ibliet, il-Belt u l-Furjana. Kien hemm ukoll ghadd ta’ mwiet fost persuni militari, navali u civili. Minn dakinhar is-seminaristi bdew jintbaghtu jorqdu d-dar kull filghaxija. Mhux hekk biss izda s-Seminarju gie trasferit ghall-Konservatorju Vincenzo Bugeja fit-tarf tal-Hamrun. Hawn kien iservi wkoll bhala Kwartieri Generali tal-Pulizija u parti ohra minnu kienet sptar.
Kull meta kont inkun il-Mosta – dak iz-zmien kont ghadni seminarista, izda diga kont nilbes is-suttana – meta kien ikun hemm xi attakk mill-ajru, kont nitla’ nigri fil-kampnar tar-Rotunda, biex nara kollox minn hemm fuq. Minn hemm fuq rajt zewg ajruplani Germanizi jiggarfu fil-Mosta, wara li gew imwaqqa’ minn ajruplani Inglizi. Wiehed minn dawn waqa’ fi Triq Mattew Callus fuq (p.48) dar li r-residenti taghha helsuha hafif ghax kienu fix-xelter. Din regghet inbniet wara l-gwerra u kienet ir-residenza ta’ Mons. Pawlu Galea, eks-arcipriet tal-Mosta. Dan l-ajruplan kien Junker Bomber 88.
Rajt ajruplan iehor Germaniz, Torpedo Bomber Dornier, jaqa’ go ghalqa n-naha tal-Blata l-Gholja. Hawnhekk ma mitux nies civili. Fiz-zewg kazi mietu l-kru kollu ta’ l-ajruplani.
Victor: X’tifkiriet ghandek tal-gwerra minn Triq il-Kungress Ewkaristiku, it-triq li fiha ghixt ghomrok kollu?
Dun Karm: Quddiem id-dar taghna f’din it-triq fejn illum hemm hanut tal-laham, kien hemm dar, li ghadha hemm, u li fi zmien il-gwerra kienet giet rekwizizzjonata mill-Forzi Militari Inglizi. Din inbidlet f’residenza ghal madwar tnax-il bdot tar-Royal Air Force. Dawn kienu stazzjonati fl-ajrudrom fit-tarf tal-Mosta, Ta’ Qali, maghruf mill-Mostin bhala Ta’ Vnezja. Jien kont habib ma bosta minnhom.
Ftit minnhom kienu jdumu hemm u ohrajn kienu jinbidlu, generalment ghax kienu jmutu waqt glied ahrax fl-ajru, billi l-bicca l-kbira minnhom kienu fighter pilots. Dawn kienu jkunu Inglizi, Awstraljani, minn New Zealand kif ukoll Amerikani. Wiehed minnhom ‘Willie’ kien habib hafna mieghi u mal-familji tieghi. Darba minnhom hadli b’idejja, qalli li sejjer jiggieled l-Italja, in-naha ta’ Anzio, u aktarx ma jigix lura. Qabel telaq tani arlogg, tromba (binoculars) li uzajtha hafna minn fuq il-kampnar waqt il-gwerra, gizirana u curkett. Fil-fatt dan qatt ma gie lura, aktarx li miet waqt glieda fl-ajru.
Victor: Jiena twelidt malli spiccat il-gwerra u ftit bibien ‘il fuq mid-dar tieghek, fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u niftakar ghal diversi snin zewgt idjar, kwazi faccata ta’ xulxin, imgarrfa kompletament. Nahseb li int tiftakar tajjeb x’kien gara.
Dun Karm: Niftakar tajjeb hafna. Ir-residenti ta’ dawn iz-zewgt idjar kienu qraba ta’ xulxin. Man-naha taghna ftit bibien ‘il fuq, kwazi fejn illum hemm il-Mosta Football Club, f’wahda minn dawn id-djar tilfu hajjithom diversi persuni waqt attakk mill-ajru, fid-19 ta’ Jannar 1942. Hawnhekk mietu l-genituri Karmenu Bugeja u martu Marjanna nee Riolo, flimkien ma uliedhom. Dawn kienu Guzeppi ta’ tmien snin, Karmenu ta’ tlitt snin u Ines ta’ erba’ snin.
Lil Karmenu kienu sabuh mghaffeg minn travu fuq it-tricycle. Fid-dar ta’ faccata mietu mirduma taht il-gebel oht Marjanna, Sunta (p.49) u ommha Francesca Riolo. Maghhom intradmet ukoll Marija ta’ ghaxar snin li kienet tigi wkoll bint Karmenu u Marjanna li mietu fl-istess hin in-naha l-ohra. Marija mietet jumejn wara minhabba l-griehi li kellha.
Sa ftit minuti qabel f’din id-dar kien hemm ukoll tifla ohra, Marija Calleja, li snin wara zzewget lill-maghruf fotografu Mosti s-Sur Joseph A. Vella, li wkoll kienet girien taghhom. Sunta u Francesca kienu jbieghu l-merilli tas-suf, u billi kienet habiba hafna mat-tifla li mietet, Marija kienet thobb tmur tghinhom jaghmlu dawn il-merilli. Iz-zewg familji nghataw l-Ahhar Sagramenti minn Dun Guzepp Vella, li kien girien taghhom.
Victor: Smajna diversi rakkont ta’ nies li kienu prezenti meta waqghet il-bomba fuq ir-Rotunda. X’kienet l-esperjenza tieghek f’dan il-kaz partikulari?
Dun Karm: Kont ghadni seminarista u kont fil-kampnar tal-qanpiena l-kbira meta nara l-ajruplani Germanizi jitfghu l-bombi fuq irhula ohra. Dakinhar kienet iggarfet il-koppla tal-knisja ta’ l-Imqabba u l-knisja tal-Kalkara. Mieghi kien hemm Saverio Agius, li ghadu haj u jinsab l-Amerika, Nicholas Galea, membru attiv hafna fin-Nicolo Isouard Band Club u iehor maghruf bhala l-‘Vikam’, li kien footballer tajjeb hafna.
Wara ftit smajna u rajna l-ajruplani Germanizi gejjin u l-bombi nezlin. F’daqqa wahda smajna hafna hsejjes u trab itir ma kullimkien ghaliex kienu waqghu diversi bombi fl-inhawi. Nzilna nigru u x’hin dhalna fil-knisja rajna shaba kbira ta’ trab u kwantita ta’ gebel imxerrda mal-knisja kollha. L-aktar haga li hasditna kienet it-toqba fil-koppla, l-lampier ta’ nofs il-knisja mfarrak u l-bomba nnifisha li kienet nofsha mirduma bit-trab u l-gebel n-naha tal-kappellun ta’ San Pawl. Minhabba l-konfuzjoni u d-dahna tat-trab li kien hemm, xi hadd qal li kienet mara mirduma bl-ghonnella fit-trab, u marru jigru ghal Dun Angolin Falzon biex jaghtiha l-assoluzzjoni. Izda flok il-mara sabu bomba kbira mhux sploduta. Hawnhekk qamet konfuzjoni shiha, u wara ftit gew is-suldati Inglizi u hargu ‘l kullhadd ‘il barra.
Jien bqajt fuq iz-zuntier nosserva. Wara hafna hin, is-suldati rabtu zewgt ihbula f’nofs iz-zuntier u bil-mod gerrbu l-bomba mill-knisja ‘l barra sa nofs it-triq. Minn hemm ghabbewha fuq trakk u haduha fil-Fortizza tal-Mosta.
Fil-gnub ta’ l-altar maggur tar-Rotunda, hemm zewg bibien sbieh li warajhom hemm kuritur li jaghti ghaz-zewg sagristiji. Ftit wara li bdiet il-gwerra, dawn il-bibien inghalqu u warajhom inbena hajt bhala protezzjoni kontra l-blast fil-kaz li taqa’ xi bomba fil-knisja kif fil-fatt gara. Dak il-hin fil-knisja kien hawn il-qassisin: Dun Karm Camilleri, Dun Angolin Falzon, Dun Salv Sammut, iz-ziju tieghek Dun Guzepp Camilleri, u Dun Guzepp Borg, kif ukoll is-seminarista Salvu Magro. Dawn kienu fis-sagristija ghax kienet se tibda l-Ora Santa billi kien il-Hamis. Huma dahlu wara dan il-hajt prottettiv meta semghu dak il-hoss kbir fil-knisja.
Victor: Kellek xi konnessjoni ma l-Oratorju Qalb ta’ Gesu?
Dun Karm: Meta Dun Pawl Calleja kien jiehu hsieb l-Oratorju, kont nghin hafna fit-tiswija u z-zebgha tas-siggijiet tas-sala tat-tejatrin. Hdimt ukoll waqt l-istallazzjoni ta’ l-elettriku kemm fis-sala u fuq il-palk, biex sar siparju gdid u meta gie stallat l-ewwel projector tac-cinema f’din is-sala. Billi kont ninqala’ hafna ghat-tpingija, kont pingejt hafna mix-xeni tal-palk, li damu jintuzaw ghal ghexieren ta’ snin.
Victor: Kellek xi sehem fil-festi fil-Mosta?
Dun Karm: Iva, u mhux ftit. Kont prokuratur tal-Gimgha l-Kbira ghal 26 sena, sa l-1979. Malli hadt din il-kariga, hadt hsieb biex saru diversi tiswijiet fuq xi vari li jinhargu fil-purcissjoni. Ghamilt ukoll (p.50) xi tiswijiet fil-bankuni u dawn gew illustrati mill-gdid.
Kien f’dan iz-zmien u bl-inizjattiva tieghi li sar il-bicca l-kbira mill-vestwarju li ghadu jintlibes mill-personaggi f’din l-istess purcissjoni. F’dan iz-zmien ukoll saru l-bandalori tas-Seba’ Kelmiet ta’ Kristu fuq is-Salib bil-Latin, sakemm ftit ilu saru ohrajn godda bil-Malti.
Jiena kont prokuratur tal-festa ta’ San Guzepp fil-Mosta ghal 24 sena shah. L-istatwa ta’ San Guzepp li tinhareg fil-purcissjoni kienet ingabet hafna snin qabel minn Marsilja fi Franza. Bl-inizjattiva tieghi sarilha xi restawr u sgraffit bid-deheb madwarha kollha. Dan ix-xoghol kien sar mid-ditta Coleiro tal-Belt Valletta. L-ispejjez kollha kienu thallsu mill-benefattur Fedele Frendo.
Victor: Inti ghent hafna lir-residenti tal-Bidnija kemm spiritwalment kif ukoll materjalment. X’tghidilna dwar dan?
Dun Karm: Jien ghamilt sbatax-il sena (1962-1979) vigendarju tal-Bidnija fejn kont immur inqaddes, inqarben u nqarar. Dak iz-zmien ir-residenti tal-Bidnija, tista’ tghid kienu neqsin minn kollox. Bit-thabrik tieghi mal-Kurja u mal-Ministeru tax-Xoghlijiet ta’ dak iz-zmien, l-Onor. Joseph Spiteri tan-Naxxar, saret l-arkata l-gdida fuq il-wied, ghal access ghal dan ir-rahal, u ddahhal l-ewwel darba s-servizz tad-dawl u tat-telefon ghar-residenti ta’ dan ir-rahal zghir. Jiena irrangajt il-hsara li kien hemm fil-koppla tal-knisja tal-Bidnija, kif ukoll hdimt biex saret l-istatwa ta’ Kristu li zzejjen il-faccata ta’ l-istess knisja. Din inhadmet mill-iskultur Qormi, Marco Montebello, l-istess wiehed li ghamel l-istatwi ta’ l-Appostli li jzejnu l-faccata tar-Rotunda. Din kienet ittellghet b’xejn minn Ganni Gatt (Gatt Bros. Mosta). Jiena kont strumentali biex tqajmet il-festa kif ukoll saret l-istatwa tas-Sagra Familja, li tinhareg fil-purcissjoni tal-festa. Din saret mill-istatwarju Ghawdxi Michael Camilleri Cauchi.
Victor: Barra mill-Bidnija u l-parrocca, fejn kont tqaddes aktar?
Dun Karm: Jien ghamilt sbatax-il sena nqaddes nhar ta’ Hadd fil-kappella sabiha ta’ l-Isperanza. Jien inqaddes kuljum il-parrocca tal-5:30am, imbaghad tas-6:45am ghand is-Sorijiet Agostinjani sal-gurnata tallum. Nixtieq nghidlek ukoll li ntroducejt il-Legion of Mary ghall-irgiel fil-Mosta kif ukoll kont jien li bdejt il-fergha taz-Zaghzagh Haddiema Nsara ghall-guvintur li kienet attiva hafna fil-Mosta.
Victor: Qed nara li kellek hajja ferm varjata u attiva hafna. Izda int kellek konnessjoni kbira mal-Kazin Nicolo Isouard ukoll.
Dun Karm: Il-familja tieghi minn dejjem kellha konnessjoni mal-Kazin Nicolo Isouard kif naraw ‘l quddiem. Ili zmien twil bhala direttur spiritwali ta’ dan il-Kazin fejn dejjem hadt parti fl-attivitajiet tal-Kazin mal-Knisja. Jiena qatt ma fallejt inqaddes il-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar tal-Qalb ta’ Gesu fil-kazin, il-Vizti tal-Gimgha l-Kbira, u dejjem hadt parti fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.
Victor: Xi tghidilna dwar il-passatempi li kellek matul hajtek? Int ukoll maghruf li tirranga bosta apparat elettroniku kif ukoll int arluggar maghruf bhal ma kien zijuk Dun Pawl Mifsud u missierek Salvu.
Dun Karm: Jien kelli diversi passatempi fosthom it-tpingija u l-fotografija. Minn dejjem kont inhobb il-karozzi u kelli diversi, bhal tliet Hillmans differenti, Borgward, tliet Volvos differenti u llum ghandi Alfa Romeo moderna. Meta kont ferm izghar kont inpingi biz-zebgha taz-zejt, bil-karbonella u anke bl-acryllic. Kont inpingi wkoll b’teknika li kienet ferm popolari fi Franza madwar erbghin sena ilu. Kont nibda billi npingi disinn bil-lapes fuq l-injam. Imbaghad kont nuza ponta tal-platinum, li kienet tkun imsahhna minn kurrent elettriku, li kien ighaddi minn transformer u biha kont nghaddi l-outline ta’ dan id-disinn. Din il-bicca ghodda li tissejjah poacheur kont ghamiltha jien stess. Wara kont nimla l-kumplament tal-kwadru b’zebgha li kont ingib apposta minn Franza.
Victor: (p.51) Prosit tassew! Int ghandek erba’ kwadri kbar mill-isbah maghmula b’din it-teknika. Dawn huma xeni mill-isbah intitolati “Ir-Raghaj”, “Ir-Raghajja”, “Il-Hassada”, u “l-Qtugh ta’ l-Gheneb”. Ghandek kwadri biz-zebgha taz-zejt tassew sbieh, li int ghamilt ftit wara l-gwerra. Kif ghidtli kont taghmilhom bhala delizzju, u ghalhekk kont tpingi generalment fuq folji rqaq ta’ l-injam flok it-tila. Tassew hasra ghax ghalkemm baqghu sbieh garrbu xi hsara minhabba s-susa. Fost il-kwadri sbieh tieghek bil-karbonella laqatni hafna l-“Ecce Homo”. Ghogbuni wkoll l-erba’qaddisin kbar tal-Knisja, San Gregorju l-Kbir, San Tumas Akwinu, San Glormu u Santu Wistin. Dun Karm, fl-ahharnett nixtieqek tghidilna xi haga zghira dwar missierek Salvu u z-ziju Dun Pawl Mifsud li wkoll taw sehem taghhom fil-komunita Mostija.
Dun Karm: Iz-ziju Dun Pawl kien ingenjuz hafna. Kien arluggar tajjeb. Huwa kien hadem vjolin u kuntrabaxx, li kien idoqq missieri. Hu kien ghamel ukoll xkubetta originali, mhux replika u biha rebah il-Gold Medal tal-British Empire Exhibition fl-1911. Huwa kiteb ukoll xi marci funebri li ndaqqu mill-Banda Nicolo Isouard.
Missieri Salvu kien idoqq diversi strumenti fosthom il-klarinett, il-vjolin u l-kuntrabaxx. Wara l-Gwerra tal-1914-1918 kien hadem hafna biex rega’ ta’ l-hajja lill-Banda Nicolo Isouard. Dan minhabba li bosta mill-bandisti kienu emigraw lejn l-Amerika minhabba li kien hawn ghaks kbir. Huwa kien jidderiegi din il-Banda mill-1914 sal-1922, sa ma mar idoqq mal-Banda Nazzjonali La Vallette. Huwa kien mar idoqq Como, l-Italja, ma din il-Banda. Missieri kien idoqq il-kuntrabaxx, li kien ghamel huh Dun Pawl, fil-festa ta’ Santa Marija u ma l-orkestra ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Iz-ziju Dun Pawl kien hadem l-orgni li jinsab fil-kor tar-Rotunda. Dan jinsab fuq in-naha tal-lemin tal-kwadru titulari. Iz-ziju Dun Pawl miet f’Ottubru 1939 waqt li missieri miet f’Novembru 1971.
Victor: Nirringrazzjak talli tajtna dan it-taghrif tassew interessanti, nifrahlek tax-xoghol kollu li ghamilt u f’isem il-Mostin kollha nghidlek Ad multos annos.
(Hajr lil Marija Vella, u lil Mario Riolo. Din l-intervista saret ma Dun Karm nhar it-Tnejn 19 ta’ Gunju 2006).