The Mosta Archives Banner

Dun Guzepp Mamo


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1989


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-lapida li hemm fil-kappellun ta' San Guzepp ta' Dun Guzepp Mamo

(p.4) Dun Guzepp Mamo, sacerdot generuz u habrieki Mosti, li tieghu hemm pittura fis-sagristija fejn hemm ir-Redentur, jaghlaq mitt sena mejjet din is-sena


Skond skrizzjoni li hemm fuq lapida sepolkrali fuq qabru fil-kappellun ta’ San Guzepp, Dun Guzepp kellu mertu ghat-tizjin tar-Rotunda u hallas parti mill-ispejjez ta’ l-irham ta’ l-Altar Maggur.


L-iskrizzjoni tiddeskrivih bhala bniedem qaddis, imghallem fid-divinita, rett fl-istudju u fl-ezercizzi spiritwali u hwejjeg ohra.


Wara li rabat it-testment tieghu mal-kappellun ta’ San Guzepp, il-Patrun tieghu u l-Gharus tal-Kbira Omm Alla, ha hsieb ilesti qabru dment li kien ghadu haj fis-sena tal-Mulej 1885.


Kif jidher mil-lapida li tghatti qabru, Dun Guzepp Mamo miet fid-19 ta’ Novembru 1889, mitt sena ilu.