Dun Edgar tal-Mosta, f'gheluq it-84 sena mit-twelid tieghu
minn Francesco Mangion
Il-Mosta: Dicembru 1966 – Jannar 1967
(p.4) Illum li ghandna l-gazzetta taghna “Il-Mosta” nahseb naghmel wisq sewwa li jiena nqieghed quddiem il-qarrejja huti Mostin kemm ghamel u kemm dejjem habb il-Mosta Dun Edgar – illum wiehed mill-aktar persuni maghrufa u stmati mill-Knisja u mill-poplu ta' Malta u Ghawdex.
Dun Edgar ghalkemm imhabba l-impjieg ta' missieru twieled f'H'Attard fl-1 ta' Dicembru 1882, ingieb il-Mosta ta' erba' snin meta l-papa tieghu gie fostna bhala tabib u beda l-iskola tal-Gvern go Curate Calleja Street.
Min hawn dahal fil-Kullegg Ingliz tal-Gizwiti ta' San'Injazju San Giljan u fl-ewwel sena gie l-ewwel fil-klassi u ha zewg premjijiet. Libes abbati fil-kullegg fil-lejl tal-Milied 1917 u fil-vaganzi meta kienu jigbru ghall-art tar-rham, kull nhar ta' Hadd kien jitlob sold minn diversi triqat tal-Mosta.
Wara l-Matrikola fil-Kullegg dahal fis-Seminarju tal-Furjana u wara li ghadda ezami tqil is-Superjuri xehtu ghajnejhom fuqu u ghamluh Prefett tas-Seminarju tal-Kamerata ta' San Stanislaw Kostka.
Is-superjuri u t-tfal li ha hsiebhom ghal 3 snin kollha baqghu jiftahru bih ghax zammhom attenti u ferhana waqt l-istudju u l-passeggati sbieh u storici li kien johodhom ma' Malta kollha.
Wara li mar sentejn “training” mal-Gizwiti f'Londra rega' gie biex ikompli l-ahhar 4 snin tat-Teologija fis-Seminarju waqt li s-Superjuri regghu ghamluh Prefett taz-zaghzagh u qabel qaddes Vici-Prefett tal-kbar.
Fil-vaganzi dejjem kien minn ta' l-ewwel bhala abbati fil-mahbuba Rotunda taghna u meta qaddes fl-ahhar tas-sena 1908 hu ghamel il-festa sabiha tieghu fl-istess Rotunda fl-ewwel Hadd ta' Jannar 1909. Ghamillu l-Panigierku l-“Arcipriet tat-tfal” Dun Pawl Mallia u minnufih ta' ruhu ghat-taghlim tad-Duttrina tat-tfal mal-mibki Dun Pawl Camilleri.
F'nofs il-kor hemm lapida bl-ismijiet tal-qassisin li kienu hallsu ghat-tqeghid tar-rham ta' l-istess kor. Dun Edgar hu msemmi hemm maghhom.
Dak iz-zmien beda jikteb u jxandar kotba sbieh "Memories and Charms of Mosta" bl-Ingliz u "Tifkiriet fuq l-Imghoddi tal-Mosta" bil-Malti, kollha b'hafna ritratti sbieh. Minn dawn biss kien xerred mat-3 elef kopja u ta' dawn kellu kliem ta' fohrija sabiha mill-gazzetti tas-sena 1910.
Imma l-aktar li Dun Edgar haqqu prosit kbir huwa ghall-famuz Ktieb ta' Dokumenti Originali fuq il-bini tal-knisja tal-Mosta. Certu James Ferguson fl-ewwel Volum tal-“History of Modern Styles of Architecture” 1891 kiteb li Grognet ma kienx l-Inginier tal-knisja Rotunda tal-Mosta imma din inbniet taht it-tregija tal-imghallem Mastru Ang Gatt. Dun Edgar sab dawn id-dokument ghand is-Sur Guze tan-nutar Ganninu Chetcuti u bil-permess tieghu ippubblikahom kollha sal-kopja tad-disinn kif kellu jtalla' l-koppla. Dan il-ktieb “Grognet Confuta Ferguson” qala tifhir kbir mill-qarrejja kbar u gazzetti principali ta' Malta.
Mill-1911 sal-1915 Dun Edgar gie msejjah biex jahdem mal-Freres u s-Salezjani f'Tas-Sliema, imma fl-1913 Dun Edgar ma baqax lura biex ixandar il-XXIV Kungress Internazzjonali Ewkaristiku li kellu jsir u sar fil-Mosta, fejn huwa ppubblika tliet albums tassew sbieh bl-istampi bl-Ingliz, Taljan u Franciz ghall-pellegrin fuq il-Mosta, u ghalkemm il-kbarat tal-Mosta ma stiednuhx biex ikun fil-Kumitat tal-Mosta ghal dawn il-festi kbar, meta kien gej il-Kardinal Ingliz Dr. Francis Bourne, hu (Dun Edgar minn jeddu u flusu) haseb ghall-famuz Guard of Honour fil-Pjazza tas-Salesian Boys Brigade, li taghha kien kappillan u lesta wkoll “Special Presentation Copy Parchment Bound” tal-ktieb tieghu "Mosta Memories and Charms" u taha lil Dr. Rosarju Mizzi (President) halli jipprezentah lill-Kardinal Bourne wara l-Pontifikal is-Sibt tal-Kungress fil-ghodu u hekk il-Kardinal ha mieghu dan is-“Souvenir of Mosta.”
Wara Tas-Sliema Dun Edgar gie mhajjar hafna biex jerga' jigi l-Mosta u jiehu hsieb l-Oratorju tas-subien minn Dun Carmelo Gauci u accetta. Dun Edgar ghallem id-Duttrina, ta lectures, teatrini, waqqaf banda, bazaars, paggi, scouts u kant.
Waqt il-qaghda tieghu fl-Imgarr kullhadd jaf kif biddel il-blat u xaghri f'rahal modern bl-iskola li beda hu, pjazza u Civic Centre, il-knisja elittika sabiha tal-parrocca li kkonsagraha fl-1948.
Dun Edgar gie kemm il darba jippresiedi ghall-festi ta' l-Iscouts li holoq hu 50 sena ilu, w il-Banda Nicolo Isouard ghazlitu President Onorarju taghha.
Dun Edgar ghamel il-festa tal-Gublew tad-Deheb tieghu fuq l-altar tar-Rotunda fejn qaddes l-ewwel darba u gheluq il-50 sena tal-Kungress Ewkaristiku gie wkoll jiehu parti u ritratti mal-Kleru u Sinjuri tal-Mosta ta' Villa Grech Mifsud.
Hu ghamel parrinu lit-tifel tieghi Dun Bernard Mangion S.S.P. ghall-ewwel quddiesa solenni fil-parrocca taghna tal-Mosta nhar Lapsi 1965.