Niltaqghu ma’ Dun Ang
minn Victor B. Caruana
Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid
Victor: (p.39) Illum se nitkellmu mieghek, sabiex il-qarrejja jkunu jafu aktar dwarek, u dan bix-xieraq. Kont int li bdejt il-gazzetta IL-MOSTA madwar erbghin sena ilu. Tista’ taghtina xi taghrif dwarek?
Dun Ang: Jiena twelidt fl-20 ta’ Gunju 1930 mill-genituri Giuseppe u Nathalizia nee Grech. Konna hdax ahwa b’kollox b’din l-ordni: Michelina u Catherine (dawn mietu ftit wara li twieldu), jiena, Karmenu u Nancy (illum mejtin), Jessy u Emanuel, John (li miet ta’ sentejn u nofs), Mary, Pauline u Tony. Jiena u ohti Pauline biss nghixu Malta. L-ohrajn kienu emigraw il-Kanada u ssetiljaw hemmhekk. Billi z-zewg huti ta’ qabli mietu trabi, Dun Guzepp Borg li ghammidni qal lil missieri, “Guz, dan mhux se jmut ta.”
Victor: Fejn hadt l-edukazzjoni tieghek?
Dun Ang: L-ewwel bdejt immur l-Iskola tas-Sorijiet Agostinjani, li kienet tinsab wara l-knisja. lmbaghad dhalt l-Iskola Primarja tal-Mosta, fejn ghaddejt il-klassijiet kollha, li dak iz-zmien kienu sas-sitt sena. Inzertajt li ghal xi raguni, meta wasalt ghas-sitt sena, ma kienx hawn klassi l-Mosta. Ghalhekk kelli naghmilha Birkirkara. Konna mmorru bil-mixi u kultant niddubbaw rikba fuq xi karettun jew karozzin.
Wara bdejt l-edukazzjoni sekondarja fl-iskola tal-Freres, jigifieri ghand il-Brothers ta’ De La Salle fil-Gzira. Hemm ghamilt is-sekondarja kollha sa ma ghaddejt mill-ezamijiet tal-G.C.E. Minn hemm dhalt is-Seminarju ta’ l-Arcisqof fil-Furjana, fejn illum tinsab il-Kurja. Faccata kien hemm l-Isptar Centrali, li aktar tard inghalaq u l-post ittiehed bhala l-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn ghadu sal-lum.
Bdejt l-istudju tal-filosofija u t-teologija fl-Universita ta’ Malta, li dak iz-zmien kienet Strada Merkanti il-Belt. Il-kors tat-teologija dam erba’ snin u dak tal-filosofija tliet snin. ll-kors tal-letteratura kien isir Seminarju stess. Konna nistudjaw letterarura Ingliza, Taljana u Latin. L-aktar awturi li kont inhobb kienu William Shakespeare u Alessandro Manzoni.
Konna nistudjaw ukoll il-Muzika Sagra u l-Kant Gregorjan. Kien jigi jghallimna Patri Albert Borg, patri Agostinjan, li kien maghruf hafna fil-qasam tal-Muzika Sagra u li kien ukoll Maestro Di Cappella fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann. Kien hu li kebbes fija l-imhabba ghall-Muzika Sagra fil-liturgija. Jien ilhaqt tliet Retturi fis-Seminarju waqt l-istudji tieghi li kienu Mons Mifsud, Mons Pantalleresco u Mons Formosa.
Victor: Mela gejt ordnat sacerdot?
Dun Ang: Jien gejt ordnat sacerdot fis-7 ta’ Awissu 1955 minn Mons. Emm. Galea fil-Katidral ta’ l-Imdina, flimkien ma’ hdax-il sacerdot iehor, u numru ta’ patrijiet. Kienet okkazjoni sabiha f’hajti li ma ninsiha qatt. ll-Bambin tani grazzja li nfakkar il-hamsin sena mill-Ordinazzjoni tieghi fil-knisja sabiha taghna, ir-Rotunda, sena ilu bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-festa titulari ta’ Santa Marija.
Victor: X’tifkiriet ghandek ta' zmien il-gwerra?
Dun Ang: Kien ghadni tifel ta’ disa’ snin meta bdiet il-gwerra fl-1939 u kelli madwar tlettax-il sena meta l-bomba Germaniza nifdet il-koppla tar-Rotunda. Dak il-hin kont id-dar taghna li Triq Cassar. Missieri kien haffer xelter fil-gardina tad-dar taghna. Ta’ tfal li konna ma konniex nafu x’inhi biza. Ghaldaqstant rari konna ninzlu fix-xelter. Anzi meta kienet iddoqq twissija ta’ hbit mill-ajru, konna nitilghu fuq is-saqaf tieghu jew fuq il-bejt biex insegwu tajjeb dak li kien ikun qed jigri.
(p.40) Meta rajt l-ajruplani ta’ l-ghadu dehlin daqshekk fil-baxx, u l-bombi nezlin hekk qrib tal-knisja, ghalkemm kien ghadni mohh it-tfal, mill-ewwel ghidt lil ommi li zgur laqtu l-knisja u hekk kien. Malli spicca l-air raid, l-ahbar malajr xterdet mal-Mosta kollha dwar dak li kien gara. L-ghada dhalna naraw il-hsara li kienet garrbet ir-Rotunda, u avolja kont ghadni daqsxejn ta’ guvnott, xorta wahda hassejt ghafsa ta’ qalb kbira.
Victor: Kif bdejt thares lejn din il-grajja meta kbirt u mmaturajt?
Dun Ang: Jien inqis din il-grajja bhala miraklu kbir, jgid x’jghid haddiehor, ghax hawn min jipprova jimminimizzaha. Dak l-attak fuq il-knejjes Maltin fl-istess gurnata, jigifieri nhar id-9 t’ April 1942, kien sar biex iwaqqghu l-moral tal-Maltin. Il-provvisti ta’ l-ikel kienu ftit ferm, u kulhadd kien qed ibati mill-guh u mill-ghaks. Dak in-nhar kienu garrbu hsarat kbar il-knejjes ta’ l-Imqabba u ta’ Hal Luqa. Ftit qabel il-knejjes ta’ l-Isla, Bormla u l-Birgu wkoll kienu garrbu hsarat kbar u dik tal-Kalkara kienet iggarfet ghal kollox. Mons. Dun Salv Sammut, li dak il-hin kien fil-knisja, kien irrakkontali li meta daqq l-air raid, kien hemm grupp ta’ nisa ezatt fejn waqghu l-kantuni l-kbar mit-toqba tal-koppla. Wahda minnhom qamet minn postha u resqet fil-genb tal-knisja. Meta raw hekk, il-kumplament tan-nies li kienu fl-istess parti tal-knisja kollha qamu u resqu fil-genb. Ftit minuti wara gara dak li gara. Kien il-Hamis u dak il-hin kienet qed issir l-Ora Santa u kien hem aktar minn tliet mitt ruh fil-knisja. Minbarra l-fatt li l-bomba ma sploditx, dawk minnkom li jaraw ir-ritratti tat-toqba fil-koppla, jista’ jkollhom idea tajba ta’ kemm waqghu knaten minn dak l-gholi kollu. U dawk kollha ma laqtu lil had. Jekk dan mhux miraklu, u li zgur sehh bl-intercessjoni tal-Madonna, ma nafx x’irid ikun.
Victor: X’tiftakar aktar dwar il-gwerra?
Dun Ang: Niftakar tajjeb diversi xelters pubblici, li kienu thaffru mal-Mosta kollha, kwazi f’kull triq. Kien hawn xelters ohra privati fil-gonna u fil-btiehi. Barra minn hekk, xi whud kienu wkoll ihaffru xi karma fil-gnub tal-kurituri tax-xelters pubblici u fiha kienu jpoggu xi soda, banketti, u xi xkafer, kif ukoll xi lampa tal-pitrolju, u flok bieb kien ikollhom bicca purtiera. Ghalkemm in-nies kienu bil-guh, kellhom kuragg kbir.
Ftit passi ‘l boghod mid-dar taghna, fi Triq Gafa, nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu 1942, zewg bombi waqghu fil-bokok tax-xelter Nru. 71 u mietu ghadd kbir ta’ Mostin. Niftakar ukoll meta waqa’ ajruplan tal-gwerra fi Triq Callus fejn joqghod Dun Rafel De Martino, ftit passi ‘l boghod mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Dan nizel jaqbad u kemm kemm skappa dan l-Oratorju. Ftit granet wara waqghu numru ta’ bombi kemm fil-pjazza ta’ quddiem l-Oratorju, kif ukoll fuq diversi djar fil-qrib, u li whud minnhom iggarrfu kompletament. Xi persuni anke tilfu hajjithom f’din il-pjazza. Jien inqis il-fatt li l-Oratorju ma ggarrafx bhala grazzja kbira mill-Qalb ta’ Gesu. Bizzejjed nghidlek li l-bieb il-kbir tal-kappella ta’ l-Oratorju nfetah bil-blast u garrab hsarat kbar. Xhieda ta’ dan, wiehed jista’ jara diversi daqqiet ta’ shrapnel fl-iskultura fis-saqaf tal-kappella fuq l-lartal, kif ukoll l-artal ghandu daqqa mhux hazin fil-bassoriliev tal-bronz li jirraprezenta l-Ahhar Cena u li jinsab taht il-mensola ta’ dan l-artal, kif ukoll fl-irham ta’ warajh.
Victor: Barra milli sacerdot habrieki, int kellek ukoll karriera twila bhala ghalliem. Nixtieqek taghtina aktar taghrif.
Dun Ang: Meta qaddist bdejt u bqajt minn dejjem inservi bhala sacerdot il-Mosta. Biss kwazi malli qaddist bdejt nghallem fl-iskola tal-freres f’Bormla, fejn kienu jistudjaw l-apprentices tad-Dockyard School. Wara komplejt nghallem fl-iskola tad-De La Salle Brothers fil-Gzira. B’kollox ghamilt xi hdax-il sena nghallem Maths, Taljan, Ingliz, u Religjon f’din l-iskola. Hawnhekk kienet harget vacancy ghal Spiritual Director ma’ l-iskejjel governattivi. Jien applikajt u gejt maghzul. L-ewwel ma bdejt kien f’St. Joseph Technical School, Rahal Gdid, li kienet wahda mill-akbar skejjel dak iz-zmien. Hemmhekk kien hem diversi ghalliema mill-Mosta, fosthom il-maghruf skultur is-Sur Ganni Bonnici. Sirna hbieb hafna u kien hadimli z-zewg statwi sbieh li jzejnu l-faccata ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu.
Wahda minn dawl l-istatwi hija ta’ San Tarcisju, li jien iddedikajtha lit-tfal tal-Precett, minhabba li kien miet martri waqt li kien qed igorr lil Gesu Sagramentat. L-istatwa l-ohra hija ta’ Santa Marija Goretti bhala simbolu tal-Grizma ta’ l-Isqof, ghax uriet kuragg kbir meta mietet martri.
Wara hafna snin f’din l-iskola kbira, komplejt f’din il-kariga sa ma spiccajt mis-Servizz Pubbliku bl-eta tal-pensjoni f’diversi skejjel bhal Mosta, il-Mellieha u San Pawl il-Bahar, kif ukoll fit-Technical School, in-naxxar. B’kollox ghamilt erbgha u ghoxrin sena bhala Spiritual Director.
Victor: (p.41) Dun Ang, int zgur se tibqa’ msemmi bhala Dun Ang ta’ l-Oratorju u dan jixraqlek tassew. Xi tghidilna dwar il-hidma kbira tieghek fl-Oratorju ghall-kwazi hamsin sena?
Dun Ang: L-Oratorju minn dejjem kien il-mimmi t’ghajnejja. Hdimt mill-qalb u kull m’ghamilt wettaqtu bl-ghajnuna t’Alla, tal-Madonna u bl-ghajnuna ta’ hafna voluntieri u benefatturi generuzi. Sena wara li qaddist bdejt niehu hsieb l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Jien hadt din il-kariga wara Dun Pawl Calleja, li wkoll kien hadem hafna f’dan il-post.
Mill-ewwel bdejt naghmel xi tibdiliet u tiswijiet mehtiega. Jiena bdilt is-siggijiet tas-sala tat-tejatrin, li kienu qodma u tal-hadid. Dawn xtrajnihom mill-Mikado Cinema ta’ San Pawl il-Bahar, li kien ghalaq. Kien hem cinema projector (35mm) li billi kien qadim spiss kien jigrilu l-hsara. Ghalhekk konna xtrajna projector aktar modern (16mm). Wara hafna xtrajna zewg projectors moderni (35mm) li ghadhom jahdmu sal-lum. Dak iz-zmien ma tantx kien hawn fejn tmur tiddeverti. Ghalhemm hadt hsieb li nirranga l-palk bi switchboard modern, kif ukoll xeni u dwal godda. Kienu jigu l-aqwa kumpaniji tat-tejatrin f’Malta, fosthom is-Sliema Dramatic Company, iz-Zurrieq Dramatic Company, il-Kumpanija Unjoni tal-Mosta u aktar tard il-Mosta Dramatic Company. Konna wkoll nuru films sbieh addattati ghall-familja kollha.
Victor: Minbarra x-xoghol fis-sala tat-Teatrin, saru diversi xogholijiet ohra li ma ghidtilna xejn dwarhom. X’kienu dawn?
Dun Ang: Dawn kienu hafna u ma nafx minn fejn se nibda nghidlek. Bdejna klassijiet godda ghad-duttrina fuq, u wessajna xi klassijiet isfel, u ghamilna Billiards Room u Table Tennis Room fis-section il-gdida. Minn zmien ghal zmien saru diversi xogholijiet fis-sala tat-teatrin u konna wessajna l-palk minhabba l-films Cinemascope. Dan l-ahhar qabel ma rtirajt minhabba sahhti, kien bi hsiebni nibdel is-siggijiet tas-sala, li kienu qdiemu, ghal ohrajn aktar komdi. Sar xoghol kbir fil-ground li nkesa bl-artificial turf, kif ukoll floodlighting biex ikun jista’ jsir il-loghob tal-futbol fl-ghaxija.
Bdilna l-hadid kollu li kien spicca ta’ madwar iz-zuntier, kif ukoll sar pavement gdid tieghu. Kienu saru wkoll il-bankijiet godda fil-kappella, u din giet imzejna b’pitturi sbieh mis-Sur George Apap. Naturalment biex saru dawn ix-xoghlijiet kelli ghajnuna kbira minn diversi benefatturi kemm minn Mostin lokali u minn Mostin mill-Amerika u mill-Kanada. Fost il-Mostin-Amerikani li ghenu hafna lill-Oratorju nsibu lis-Sur Tony Camilleri u s-Sinjorina Grace Sciberras. Ninsab wisq grat lejhom, specjalment lejn is-Sur Charles J. Vassallo, Konslu Generali f’San Francisco, li barra milli hu nnifsu hallas bosta opri fl-Oratorju, kien strumentali hafna biex ingabu flus mill-Mostin ta’ San Francisco bhala ghajnuna lill-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Il-hidma tieghi f’dan l-Oratorju spicca fi Frar 2005, meta kelli nirtira minhabba sahhti.
Victor: Dun Ang, ghadek ma semmejtli xejn dwar il-Young Students League jew kif kienet maghrufa wkoll L-Ghaqda Studenti Mostin.
Dun Ang: Veru, izda tant staqsejtni affarijiet li xi haga trid tinsa. Jiena kont waqqaft din l-Ghaqda fl-1958 u kienet tigbor fiha student mill-iskejjel sekondarji. Il-motto taghha huwa ‘In Scientia Et Virtute,’ li tfisser fl-Gherf u fil-Virtu. L-Ghaqda titmexxa mid-Direttur ta’ l-Oratorju flimkien mal-Kumitat ta’ l-istess Ghaqda. Kien ikollna l-laqgha ghall-membri kollha kull nhar ta’ Hadd fl-10:00a.m. fl-oratorju. Din l-Ghaqda kienet torganizza attivitajiet religjuzi, kulturali u sportive. Din l-Ghaqda tellghet bosta drammi ghall-pubbliku ta’ Shakespeare kif ukoll diversi operetta. Diversi studenti li kienu membri ghal diversi snin f’din l-Ghaqda hadu formazzjoni tajba, akkwistaw self-confidence, tharrgu fil-public speaking u leadership. Numru sabih minn dawn ghamlu success fil-karriera taghhom, u illum issibhom f’kull qasam bhal ghalliema, tobba, periti, sacerdoti, u kappillani. Tnejn milli kienu Presidenti ferm attivi ta’ din l-Ghaqda llum huma Membri Parlamentari. Dawn huma l-Onor. Angelo Farrugia u l-Onor. Is-Sur Edwin Vassaallo.
Victor: Jiena li nafek tajjeb, naf illi ghalkemm qatt ma waqaft mill-hidma tieghek, meta kont izghar, anzi sa ftit snin ilu, kellek zewg passatempi sbieh, tista’ tghd wiehed ghas-Sajf u l-iehor ghax-Xitwa.
Dun Ang: (p.42) Iva kif taf tajjeb int, id-delizzju tas-Sajf kien dak ta’ l-ghawm u tas-sajd. Kont inhobb nghum hafna u noghdos ghal xi qarnita. Barra minn hekk kelli frejgatina u kont inhobb immure nistad bin-nases ghall-vopi. Il-passatemp l-iehor, jew tax-xitwa, kienet l-imhabba tieghi ghall-arti. Kont inhobb naqra hafna fuq l-arti, u npingi tista’ tghid b’kull medja. Kont inpingi bil-lapes, bil-karbonella, u biz-zebgha taz-zejt. Kienu isahhruni it-tpingijiet ta’ Giuseppe Cali fir-Rotunda. Ma kont nixba’ nhares lejhom qatt. Kont inhobb nesperimenta hafna bil-pinzell u bil-kuluri.
Victor: Jiena kont nigi ghandek hafna, l-aktar minhabba l-involviment tieghi fil-gazzetta Il-Mosta u kont niehu gost nammira x-xoghlijiet tieghek. Int kont turini l-kollezzjoni sabiha ta’ bebbux tal-bahar, li inti tellajt minn qiegh il-bahar matul is-snin, meta kont toghdos. Joghgbuni hafna t-tpingijiet tieghek kif ukoll il-ftit xoghlijiet tieghek fic-ceramika. Jiena cert li din ta’ l-ahhar nibtet mill-hbiberija tieghek mas-Sur Ganni Bonnici, li hu barra milli hu skultur maghruf, huwa ceramista mill-aqwa.
Dun Ang: Li qed tghid hu kollu minnu.
Victor: X’kien l-involviment tieghek fic-celebrazzjonijiet ta’ l-Inkurunazzjoni fl-1975?
Dun Ang: Jien inqis ol-grajja ta’ l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari li jinsab fir-Rotunda bhala wiehed mill-aqwa avvenimenti fl-istorja tal-Mosta. Ma ninsa qatt dak li gara fl-10 t’Awissu fis-7:40p.m. meta giet inkurunata x-xbieha ta’ l-Assunta. Il-Presbiterium Parrokkjali jigifieri l-kleru tal-Mosta taht it-tmexxija tal-W.R. Arc. Dun Bartilmew Bezzina kien inharigat li jorganizza l-festi interni. Dak iz-zmien dan kien jikkonsisti minn erbgha u ghoxrin sacerdot Mosti u jien kont wiehed minnhom. Ix-xoghol originali tat-tribuna li fuqha kellha ssir l-Inkurunazzjoni tal-kwadru kien f’idejja. Jiena kelli l-ghajnuna tas-Sinjuri J.J. Camilleri, Francis Tonna, Philip Caruana, u voluntiera ohra. Fuq it-tliet faccati tat-tribuna, kien hemm xoghol sabih ta’ l-injam fuq l-arkett, li kienu jirraprezentaw l-aktar grajjiet importanti fl-istorja tal-Mosta.
Victor: Kif gietek l-ideja li tohrog il-gazzetta Il-Mosta?
Dun Ang: Meta kont nghallem mal-Freres, il-Gzira, kien hem qassis minn Hal Lija, certu Dun Anton Ebejer, li kien johrog il-gazzetta Villa Lija, u kien hu li hajjarni naghmel xi haga simili, izda fl-istess hin differenti. Din kont nohrogha bl-ghajnuna tas-Sur Joe Bezzina, bniedem habrieki hafna u li kien jghinni hafna fit-tmexxija ta’ l-Oratorju. Aktar tard inghaqad maghna s-Sur Tony Camilleri, guvni bravu wkoll, izda li sfortunatament miet ta’ eta zghira. B’hekk ix-xoghol rega’ waqa’ fuqi u fuq Joe Bezzina. Nixtieq insemmi lilek, li ghentna hafna ghal bosta snin kemm bhala fotografu u artikolista. Kontributuri ohra regolari kienu l-istoriku s-Sur Joseph Borg u l-fotografu s-Sur Joseph A. Vella.
Victor: Meta harget l-ewwel darba Il-Mosta?
Dun Ang: L-ewwel darba li harget kien f’April 1965 u bdiet tohrog kull xahrejn, bil-faccata black and white. Aktar tard zidna l-pagni, bdiet tohrog kull tliet xhur u aktar tard kull erba’ xhur, b’aktar pagni u bil-faccata tal-kulur. Din il-gazzetta lokali, li kienet l-unika wahda bil-format partikolari taghha fil-Gzejjer Maltin, kienet popolari hafna kemm mal-Mostin kif ukoll mal-Mostin emigrant. Permezz ta’ kontributuri bhalek, tista’ tghid li zammejna l-istorja ta’ dak kollu li gara fil-Mosta dawn l-ahhar erbghin sena. L-ahhar wahda li harget bil-format il-qadim kienet il-harga tal-Milied 2005 u kienet Numru 188. Nawgura lill-bord editorjali l-gdid, immexxi minn Dr. George Cassar kull success.
Victor: Dun Ang, f’isem il-Mostin kollha, nirringrazzjak tal-hidma kbira tieghek fil-parrocca tal-Mosta, kif ukoll tal-hidma siewja tieghek fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Kien tassew xieraq meta fis-26 ta’ Settembru 1998, il-Kunsill Lokali Mosta onorak bl-Onorificenza ‘Gieh il-Mosta.’ Nawgurawlek aktar sahha u jiem ta’ mistrieh tant misthoqqa, wara hajja tant attiva. Grazzi tal-pacenzja li hadt bija ghal din l-intervista.
(Nota: Grazzi hafna lil Ms. Pauline, oht Dun Ang, u lis-Sur Joe Bezzina ta’ l-ghajnuna taghhom ghal din l-intervista. L-intervista saret ma Dun Ang fid-Dar tal-Kleru, Fleur De Lys, nhar il-Hamis 19 t’ Ottubru 2006.)