Dun Ang Dingli (1908-1984), f’gheluq il-15-il anniversarju minn mewtu
minn Ivan Scerri
Il-Mosta: April – Awissu 1999
(p.21) Dun Ang Dingli twieled il-Mosta fit-13 ta’ Settembru 1908, lejliet il-festa ta’ l-Ezaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, minn Guzeppi u Giovanna mwielda Dingli.
Meta kellu erba’ snin emigra lejn l-Awstralja flimkien mal-familja tieghu. Wara li gie lura Malta fl-eta ta’ dsatax-il sena dahal is-seminarju tal-Qalb ta’ Gesu f’Ghawdex biex jibda t-triq biex jiddedika hajtu kollha lil Alla u l-Knisja fis-servizz ta’ qassis.
Gie ordnat sacerdot fit-18 ta’ Gunju 1940 fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann, il-Belt.
Mill-ewwel intefa’ghax-xoghol pastorali fil-parrocca taghna, fejn hadem tul hajtu kollha ghall-gid tal-poplu Mosti. Kien vici parrokku ghal 33 sena. Min jaf kemm zar morda u anzjani biex iqararhom u jqarbinhom f’darhom! Kemm assista nies fl-ahhar mumenti ta’ hajjithom u kemm ghadda sighat twal maghhom, hafna drabi sa tard bil-lejl!
Daru kienet il-knisja f’kull hin kont issibu hemm, jew fil-konfessjonarju jew fis-sagristija, dejjem lest biex jaqdi lill-poplu.
Kien ghal xi zmien prokuratur tal-fratellanza tad-Duluri, rettur tal-Knisja ta’ Sant’Andrija, Targa Gap u tal-Knisja tal-Madonna ta’ l-Isperanza, li tant kien ihobb. Minn din il-knisja Dun Ang flimkien ma huh Dun Karm hadem bis-shih biex ixerred id-devozzjoni lejn il-Madonna taht it-titlu ta’ Lourdes.
Hadem u stinka b’rizq il-parrocca taghna ghax tassew kien sacerdot qaddej ta’ kulhadd.
Dun Ang Dingli miet fis-6 ta’ April 1984 fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara fl-ghomor ta’ 76 sena u jinsab midfuh fil-qabal tal-familja fic-cimiterju tal-Mosta.