The Mosta Archives Banner

Harsa lejn drawwiet u armar tal-vari fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Mosta

minn John Dimech


Il-Mosta: Jannar – April 1985


(p.8) "Nadurawk Gesu u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna." Hekk nikkontemplaw kull stazzjon fil-hemda ta' Jum il-Gimgha l-Kbira filghodu. Jum li fih mhux biss infakkru l-Fidwa ta' Sidna Gesu Kristu izda nghaqqdu flimkien it-thejjija u l-indiema li nkunu ghamilna matul l-ahhar jiem tar-Randan.


Il-vara l-kbira kif kienet tintrama quddiem il-Prsebiterju Il-Vara l-Kbira kif kienet tkun imzejna u armata fuq il-Presbiterju.

Ir-Randan


Dari dan iz-zmien ta' thejjija ghall-festa ta' l-Ghid kien jigi osservat b'reqqa ikbar minn dik tal-lum, kemm mill-partecipazzjoni fil-Liturgija u kemm bhala granet ta' penitenza. Il-purcissjoni ta' Hadd il-Palm kienet tohrog u ddur mal-pjazza. Imbaghad il-bibien tal-knisja kienu jinzammu maghluqa u l-qassisin kienu jkantaw minn gewwa filwaqt li ohrajn minn barra kienu jhabbtu tliet darbiet biex jinfetah il-bieb.


Nhar Hamis ix-Xirka l-funzjoni tal-Hasil tar-Riglejn ta' l-Appostli kienet issir filghodu bi tnax-il ragel lebsin il-kunfratija jirraprezentaw lill-appostli. Wara l-funzjoni kienu jintrabtu l-qniepen biex ma jindaqqux qabel is-Sibt fil-Glorja. Is-Sepulkru kien jintrama fil-kappella tar-Ruzarju u xi ftit differenti minn dak tallum. Minflok zewg angli kif naraw illum kienu jintramaw sitta u bejn kull wiehed kien jitpogga bhal tizjin izomm il-gulbiena.


Il-gulbiena kienet ukoll titpogga flimkien ma fjuri bojod u xama' fuq tarag li kien jintrama mill-art ghal fuq l-artal. Illum is-Sepulkru jintrama fil-kappella ta' San Pawl u minflok it-tarag bil-gilbiena narawh imzejjen b'ventartal tal-fidda.


Dan is-Sepulkru kien jigi zarmat nhar il-Gimgha l-Kbira f'xi 10:00am. Kien ukoll jizzarma l-artal maggur.


Imbaghad nhar il-Gimgha l-Kbira fit-3:00pm kienet tibda l-priedka tat-tliet sighat jew, kif kienet maghrufa, bhala tas-Seba' Kelmiet. Fil-funzjoni ta' Sibt il-Glorja kienu jinqraw il-profeziji u mal-kant tal-Glorja kienu jinhallu l-qniepen u jitnehhew il-purtieri li kienu jghattu l-kwadri sagri, inkluz dak titulari. Hekk kif kienet tispicca l-funzjoni kien jibda t-tberik tad-djar u ta' l-iskejjel.


Izda bla dubju l-attrazzjoni ta' dawn il-jiem dejjem tkun il-purcissjoni tal-Gimgha filghaxija.


Sistemi ta' Armar


Il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mir-Rotunda hi maghrufa bhala wahda mill-aqwa manifestazzjonijieet ta' din ix-xorta li jinzammu kull sena.


Is-sett ta' vari sbieh tal-Passjoni jiffurmaw parti integrali u jigbdu l-attenzjoni kemm ghall-kobor u sbuhija u kemm ghall-mod attraenti li bih jintramaw bil-ward. Bir-ragun li ahna l-Mostin ghandna ghax inkunu kburin bis-sett vari li ghandna mhux biss ghax jipprezentaw l-ghola livell li lahqet it-teknika tal-kartapesta izda wkoll ghax sebgha minnhom hadimhom Karlu Darmanin, li hu meqjus bhala l-princep ta' l-istatwarji Maltin.


Saru diversi tibdiliet u arrangament f'dak li hu armar ta' vari minn kemm ilha tigi organizzata din il-purcissjoni fil-Mosta. Illum il-vari jigu armati kollha f'salt, gimaghtejn qabel il-Gimgha l-Kbira. Izda dari kienet tohrog vara kull nhar ta' Gimgha fir-Randan u ssirilha l-priedka skond l-istazzjon x'ikun.


Il-pozizzjonijiet tal-vari kienu wkoll differenti minn dak tallum. Hekk per ezempju, il-Vara l-Kbira kienet tintrama fuq il-presbiterju quddiem l-artal maggur. Il-Monument kien jintrama iktar ‘il barra u l-istess inghidu ghall-vara ta' Gesu fl-Ort, li kienet thares lejn il-bieb principali.


Matul is-snin regghu nbidlu l-pozizzjonijiet, hekk li d-Duluri kellha postha fejn illum hemm il-Vara l-Kbira, u din ta' l-ahhar kienet titpogga fejn hemm id-Duluri llum.


Il-vara ta' Gesu fl-Ort u t-Tradiment ta' Guda wkoll kienu bil-maqlub tal-lum, hekk li Gesu fl-Ort kien jitpogga fil-Kappellun ta' San Bastjan u t-Tradiment ta' Guda fil-Kappellun tac-Cintura.


Illum hija ghaxqa li tidhol il-knisja u tara l-vari kolllha, stazzjon wara l-iehor. Ta' min ighid ukoll li mhux daqstant snin fil-boghod il-vari kienu jizzarmaw hekk kif kienet tidhol il-purcissjoni u jintrefghu wara n-nicca tal-Vara l-Kbira. Dan kien isir biex l-ghada l-knisja tkun ippreparata kmieni ghall-Glorja.


Saru wkoll hafna tibdiliet fit-tizjin tal-vari. Ghall-ewwel kienu jintramaw fuq strippi u kienu jigu mghottija b'faccati ppitturati. Il-bradelli kienu jigu armati b'ornament tal-hadid li kien ikollu xi ghoxrin bokkin ghax-xama' u ghoxrin ohra ghall-bozoz li kienu jinxteghlu wkoll permezz tax-xama'. Mill-bradelli kienu johorgu pavaljuni tad-drapp u kuruni tal-fjuri naturali u artificjali.


(p.11) Matul is-snin inbidlu l-bradelli u bdew jehdulhom posthom il-gmiel ta' bankuni tal-gewz li ghandna llum, xoghol ta' diversi mastrudaxxi Mostin. Mat-tibdil tal-bankuni rajna tizjin iktar pulit. Mill-kontra-bradella kienu johorgu sett brazzi bil-globi mixghulin bix-xama'.


Illum dawn jinxteghlu bil-bozoz permezz ta' batterija li tkun taht il-bradella. F'kull kantuniera tal-bradella kienu jitpoggew angli zghar izommu xi stemmi tal-Passjoni. Fin-nofs ta' kull brazz kienu jitwahhlu wkoll speci ta' fjuretti zghar.


Ricentament dawn l-angli hadulhom posthom sett gastri tan-nickel li huma wkoll xoghol Mosti. Fihom jitpoggew qofini b'arrangamenti ta' fjuri tar-rebbiegha mahduma minn gardinara Mostin. Dawn il-fjuri jithallsu mir-reffiegha stess li ta' kull sena jghaddu kburin bihom mit-toroq taghna.


Il-Purcissjoni


Cimiterji fil-Mosta, tallum u l-antikIl-Monument ghaddej mit-toroq tal-Mosta.

Nistghu nghidu li dawn l-ahhar snin il-purcissjoni hadet spinta sewwa ‘l quddiem. Sar tibdil shih kemm fl-ordni u kemm fil-persunaggi.


Hekk, per ezempju, dari l-hrug tal-purcissjoni kien jithabbar bid-daqq tac-cuqlajta. Fuq quddiem kont tilmah gejjin zewg suldati Rumani jdoqqu t-tanbur u l-fifra u warajhom timxi l-bandalora maghrufa bhala tas-serduq. Quddiem il-vara ta' Gesu fl-Ort kienu jimxu erba' fratelli jgorru fjammi mixghulin bl-isponoz bix-xaham.


Bandalora ohra kbira, dik tal-Passjoni, kienet timxi quddiem l-Imghobbi u zewg suldati maghha jdoqqi l-bugle. Fratell quddiem il-Vara l-Kbira kien igorr ix-Xemx Mikfusa u iehor quddiem il-monument b'fanal f'idu biex jidderiegi fin-nofs lil min ikun qed isuqu. Quddiemu kienu jimxu erbat irgiel lebsin zimarri jxerrdu l-fjuri. Kienu wkoll jiehdu sehem ghadd ta' tfal ikantaw il-Miserere Mei Deus, akkumpanjati mid-daqq tal-vjolini. Numru kbir ta' fratelli mghammdin kienu jimxu bejn vara u ohra jkaxkru l-ktajjen b'turija ta' xi weghda. Wara d-Duluri kienu wkoll jimxu hafna niesa jghidu r-ruzarju.


Illum din il-purcissjoni qed issir f'forma ta pageant. Il-vestwarju rikk tal-personaggi ha post dak tat-tfal. Hekk insibu personaggi b'konnesjoni mal-Passjoni bhala Pilatu u Barabba, suldati Rumani u Lhud, qassisin il-kbar u farizej, l-Appostli u hafna ohrajn.


Il-fratelli li jkaxkru l-ktajjen ma naqsux anzi ghadna naraw numru sabih jiehdu sehem. Ghadhom ukoll jiehdu sehem numeruzi t-tfal li jilbsu ta' Lhud igorru stemmi tal-Passjoni bhal kolonna, frosti, kuruna tax-xewk, il-borza ta' Guda u ohrajn. Tfal ohra jerfghu bandalori sbieh b'kitbiet fuq il-Passjoni. Parti integrali mill-purcissjoni hija l-muzika funebri.


Fil-purcissjoni taghna nsibu diversi gruppi hekk li l-ewwel grupp tal-Mosta Scouts insibuh idoqq it-tnabar mill-bidu tal-purcissjoni u l-iehor quddiem l-Imghobbi jdoqqu l-"Last Post" bil-bugles.


Insibu wkoll zewg baned jiehdu sehem wahda quddiem il-vara ta' Guda u dik lokali quddiem il-Vara  l-Kbira. Il-Monument jimxi akkumpanjat mill-Kleru tal-parrocca u minn kor, li, permezz ta' innijiet funebri, igholli ‘l fuq is-sentimenti taghna ta' niket.


Il-kant ta' l-innijiet u l-vara devota tad-Duluri jwassluna fit-tmiem ta' din il-manifestazzjoni, li kienet, ghadha u tibqa' popolari. Fost dawn id-devozzjonijiet u drawwiet sbieh il-Knisja firxet diversi wirjiet ta' Fidi f'bosta bliet u rhula madwar Malta u Ghawdex. Wirja li ta' kull sena tigi ccelebrata bl-akbar devozzjoni u serjeta fl-ghaziza Mosta taghna.


Nota ta' l-Editur:


Hija hasra li l-vari tal-Gimgha l-Kbira m'ghadhomx johorgu wahda kull gimgha u fuq kull statwa jew misteru ssir priedka. Fiha iktar sens milli johorgu f'daqqa u jservu biex narawhom u nitghaxxqu bihom ahna u l-barranin. Il-grupp organizzattiv tal-Festi tal-Gimgha l-Kbira jmissu jirrimedja din l-anomalija.