The Mosta Archives Banner

50 sena mid-Domma ta' l-Assunta

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Jannar – April 2001


Il-kwadru tal-Papa Piju XII fejn l-istatwa ta' Santa MarijaL-istatwa titulari fil-knisja flimkien mal-kwadru tal-Papa Piju XII

(p.5) Fl-ewwel ta’ Novembru 1950, il-Papa Piju XII iddefinixxa solennament id-Domma ta’ l-Assunta ta’ Sidtna Marija. Dakinhar fir-Rotunda sar Te Deum bhala ringrazzjament lil Alla. Kien hemm ghadd kbir ta’ nies fosthom il-Prim Ministru ta’ Malta ta’ dak iz-zmien Dr. Enrico Mizzi, li miet ftit wara fl-20 ta’ Dicembru 1950.


Erba’ snin qabel, nhar il-Hadd 22 ta’ Settembru 1946 kien sar l-ewwel Kungress Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija fir-Rotunda. Eluf kbar ta’ nies attendew quddiesa solenni mill-E.T. Mons. Arcisqof Sir Michael Gonzi. Wara saret petizzjoni nazzjonali lill-Qdusija Tieghu l-Papa Piju XII sabiex ifittex jiddefinixxi bhala Domma tal-Fidi t-Tlugh fis-Sema ta’ Sidtna Marija bir-Ruh u l-Gisem.


Billi s-sena 2000 kienet gheluq il-Hamsin Sena mid-Definizzjoni ta’ din id-Domma, gie organizzat programm kommerattiv fil-Parrocca tal-Mosta. Ghal dan il-ghan regghet inharget l-Istatwa Titulari minn gon-nicca u tpoggiet fil-knisja bhalma tkun fi zmien il-festa. Hdejha tpogga l-kwadru kbir u sabih tal-Papa Piju XII impitter mill-pittur Giuseppe Fiorentino fl-1960 u li postu huwa fis-sagristija. Fil-Kappella ta’ San Pawl kien hemm wirja zghira ta’ ritratti antiki kommemorattvi li ghandhom x’jaqsmu ma’ din il-grajja. Din il-wirja giet organizzata mis-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu.


Il-programm fetah nhar il-Hadd 29 ta’ Ottubru meta fil-quddies kollu saret spjega dwar xi tfisser “Domma tal-Fidi.” Kull kappella madwar il-Mosta zzejnet bix-xbieha ta’ l-Assunta. Nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru saret celebrazzjoni ghat-tfal kollha tal-parrocca fil-knisja arcipretali bit-tema tad-Domma ta’ l-Assunta. It-tfal kollha nghataw rigal ta’ tifkira.


Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru fil-ghodu saret celebrazzjoni b’quddiesa mill-istudenti ta’ l-iskola sekondarja “Gilju tal-Wied.” Fis-6:30 p.m. saret quddiesa komunitarja fil-knisja arcipretali minn Mons. Bartolomeo Bezzina, ex-Arcipriet. Wara sar pellegrinagg aux flambeau bl-istatwa titulari ta’ l-Assunta mit-tarf ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku sal-knisja. Matul it-triq inghad ir-Ruzarju u talb iehor Marjan. Mal-wasla fil-knisja inghatat tislima specjali lill-Madonna u l-Barka Sagramentali.


L-Arcipriet  Dun Joe Carabott waqt l-omagg lill-Papa Piju XIIL-Arcipriet Dun Joe Carabott waqt l-omagg lill-Papa Piju XII nhar il-5 ta' Novembru.

Nhar l-erbgha 1 ta’ Novembru, “Gheluq il-Hamsin Sena mid-Domma ta’ l-Assunta” fl-10 ta’ fil-ghodu saret quddiesa fil-knisja arcipretali li ghaliha kienu mistiedna b’mod specjali t-tfal kollha tal-parrocca. Fis-6:30 p.m giet iccelebrata quddiesa kantata mill-Arcipriet Dun Joe Carobott. Nhar il-Hamis 2 ta’ Novmebru kien iddedikat ghat-tifkira u ghat-talf b’suffragju ta’ l-gheziez mejtin tal-parrocca. Nhar il-Gimgha 3 ta’ Novembru fil-kappelli kollha tal-Mosta fejn issir il-Quddiesa ta’ fil-ghaxija giet imfakkra d-definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunta. Fir-Rotunda fis-6:30 p.m. saret quddiesa u adorazzjoni.


Nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru fis-5:45 p.m. inghad ir-Ruzarju meditat mill-Moviment Marjan. Mons. Giuseppe De Piro, il-fundatur tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl, ried li l-membri tas-Socjeta tieghu jqimu lil Marija fil-Misteru tat-Tlugh taghha fis-Sema bir-Ruh u bil-Gisem. Ghal din ir-raguni l-membri ta’ din is-Socjeta hassew li ghandhom jiccelebraw il-50 sena mid-Definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunta. Dan ghamluh b’koncelebrazzjoni fil-Knisja Arcipretali f’din l-istess gurnata fil-quddiesa ta’ fil-ghaxija. Mexxa l-koncelebrazzjoni Dun Bernard Mangion (mill-Mosta) li ftit ilu gie nnominat Superjur Generali ta’ din is-Socjeta. Ha sehem ukoll il-Kor Sine Macula ta’ Hal Safi.


Nhar il-Hadd 5 ta’ Novembru fid-9:15 a.m. saret l-koncelebrazzjoni mill-Arcipriet Dun Joe Carabott. Wara l-quddiesa sar omagg b’tifkira tal-Papa Piju XII quddiem l-istatwa tieghu li ntramat apposta fil-pjazza. Din l-istatwa, li saret dawn l-ahhar snin, hija xoghol mill-isbah ta’ l-iskultur is-Sur Ganni Bonnici. Din inhadmet flok wahda li saret hafna snin ilu mis-Sur G. Bonnici meta kien ghadu guvnott fil-bidu tal-karriera brillanti tieghu. Din l-istatwa originali nbidlet wara li kien gralha hafna hsara matul iz-zmien.


Dawn il-festi kommemorattivi ghalqu f’din l-istess gurnata b’lejla muziko-letterarja fis-sala tal-komunita tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.