The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (9): Harsa lejn il-faccata tar-Rotunda minn fuq iz-zuntier taghha

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Jannar – April 2003


San Guzepp fuq iz-zuntier tar-RotundaSan Guzepp, wahda mill-istatwi ta' fuq iz-zuntier

(p.4) Mid-dalma ta’ qiegh il-kannierja nsibu ruhna ghad-dawl ta’ barra fuq iz-zuntier li jinfirex hekk sabih quddiem ir-Rotunda. Minn fuqu nibdew biex indur wkoll il-knisja minn barra, biex hekk id-dawra madwar il-knisja Arcipretali taghna tkun kompluta. Minn fuq iz-zuntier nitpaxxew bid-dehra maestuza tal-faccata ta’ dan it-tempju wisq ghaziz ghalina. Zgur imma, li mill-faccata kollha, harsitna taqa’ u tieqaf fuq il-portiku helu u fl-istess waqt imponenti. Id-dettalji li naraw f’din il-faccata flimkien mal-portiku, x’aktarx li jfakkruna f’dawk l-imghallmin kbar qodma ta’ l-arti klassika li l-arkitett inginier tar-Rotunda zgur li xorob mill-ghejjun ta’ l-arti safja taghhom biex wasal jaghtina xoghol hekk monumentali.


Iz-Zuntier


Iz-zuntier kif inhu llum sar fl-1928 flok dak li kien hemm qablu li kien kollu mtarrag. Sar bi flus il-poplu Mosti u bit-thabrik ta’ Dun Karm Gauci, il-prokuratur il-gdid li lahaq flok Dun Ang Camilleri li miet nhar il-Vitorja ta’ l-1927. Dan iz-zuntier sar fuq id-disinn kif jidher fuq il-pjanta ta’ Grongnet, ghalkemm f’dawk li huma qisien kellu jiccekken xi ftit minn quddiem minhabba li l-pjazza ma kinietx tippermetti bizzejjed.


Huwa zuntier uniku mdawwar b’ripar tal-gebel u hadid li ghandu disinn semplici li jolqtok u li wiehed jista’ jarah ripetut fil-gallariji li hemm gewwa u barra l-knisja. Titla’ghalih minn tliet fethiet b’turgien eleganti u baxxi tal-qawwi. Pilastri b’soprabank fuqhom iduru dawramejt mieghu, filwaqt li dawn izommu fuqhom balal kbar tal-gebel.


Izejnu z-zuntier fuq quddiem naraw l-istatwi wisq artistici ta’ Santa Marija u San Guzepp li saru fl-1931 mill-maghruf skultur ta’ zmienna Censu Apap. Lejn in-nofs taz-zuntier hemm fuq kull naha, zewg pilandri sbieh tal-hadid, xoghol il-haddiem Carmelo Micallef li hadimhom fuq disinn tal-katalgu. Kien gabar ghalihom Dun Ang Camilleri flimkien mas-Sur Karm Dimech u kienu wahda mill-ahhar tifkiriet li hallielna Dun Ang Camilleri qabel miet.


Illum, b’xorti hazina, iz-zuntier ghandu bzonn kbir ta’ restawr mill-aktar fis possibli. Wiehed jittama li ghad nergghu narawh restawrat mill-gdid ghas-sodisfazzjon tal-Mostin kollha.


Taht il-Portiku


Nitilghu issa t-tliet targiet ta’ fuq iz-zuntier. Wahda kull naha, bejn il-pilastri tal-faccata naraw l-istatwi ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl bil-pedistalli taghhom jistriehu fuq l-ewwel tnejn mit-tliet targiet li jaghtu ghall-portiku. Zgur li l-ewwel ma jolqtuna taht il-portiku huma l-istatwi sbieh tal-kumplament ta’ l-ghaxar Appostli l-ohra. Dawn huma xoghol mill-aqwa fil-gebel ta’ l-imsemmi skultur Qormi Marku Montebello li hadimhom bejn l-1966 u l-1974 fi zmien u bit-thabrik ta’ l-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina bi flus ta’ diversi benefatturi Mostin.


L-istatwi fihom mat-tmien piedi kull wahda u huwa kkalkulat li jiznu madwar zewg tunnellati ‘l wahda. L-ewwel erbgha, dawk tan-nicec ta’ fuq, kienu swew Lm115 kull wahda. L-erbgha l-ohra ta’ tahthom flimkien ma dawk tal-gnub qamu Lm130 kull wahda. San Pietru u San Pawl bil-pedestall b’kollox qamu hafna izjed.


Jixirqu ferm l-istatwi ta’ dawn l-Appostli mal-kolonni junici tal-portiku, ghax kif nafu l-Appostli kienu s-sisien tal-Knisja Mqaddsa. Iktar u iktar jixirqu ghax jinsabu fid-dahla li taghti ghal dan is-Santwarju Marjan ta’ Marija Assunta. Ma ninsewx li madwar il-Madonna l-Appostli kienu migburin nhar l-ewwel Ghid il-Hamsin u skont it-Tradizzjoni, madwarha ngabru wkoll f’mewtha u madwar il-qabar glorjuz taghha.


Taht il-portiku naraw ukoll l-iskrizzjoni tat-tmien irhamiet bojod kbar bil-kliem bil-Malti tal-Magnificat, l-innu ta’ hajr lil Alla, li hareg mill-fomm tal-Vergni Marija fiz-zjara taghha lil qaribtha Santa Elizabetta. Dawn saru bit-thabrik ta’ l-Arcipriet prezenti Dun Joe Carabott fl-1985 fl-okkazjoni ta’ l-Ghaxar Anniversarju ta’ l-Inkurazzjoni ta’ l-Assunta.


Kienu saru mid-ditta Montebello Artworks Ltd. u swew Lm190 kull wahda. Hallsu ghalihom diversi benefatturi Mostin. Dawn l-iskrizzjonijiet barri milli jzejnu l-portiku, jixirqu hafna ‘l tempju ddedikat lill-Assunta ghax zgur li wahda mill-hwejjeg kbar li l-Mulej ghamel mal-Madonna kienet dik li tellaghha s-Sema bir-ruh u bil-gisem.


Sabiha wkoll hija l-iskultura fina li zzejjen lil dan il-portiku. Ma nistghux ma nsemmux it-tliet bibien tar-Rotunda li saru lejn is-sena 1860, hekk kif tlesta l-bini tal-knisja. Dejjem inghad fostna li dawn saru n-Naxxar u kienu gabuhom fuq karru apposta.


Id-disinn taghhom xejn komuni huwa mehud minn disinji li kien hejja Grongnet innifsu biex b’hekk sal-bibien ikunu jaqblu ma’ l-istil ta’ l-ornamenti li naraw f’din il-knisja.


Harsa lejn il-faccata


Il-faccata tar-RotundaIl-portiku b'dehra ta' l-istatwi ta' l-Appostli u ta' l-iskrizzjoni tal-friz ta' fuq il-kolonni

Nohorgu minn taht il-portiku u nkomplu naghtu daqqa t’ghajn lejn il-faccata. Bejn l-erba’ pilastri li jinsabu tnejn kull naha tal-kolonnar tal-portiku niltaqghu ma’erba’ lapidi, tlieta bil-Latin u wahda bil-Malti.


Bejn il-pilastri ta’ taht il-kampnar tal-qanpiena l-kbira, hemm fil-gholi taht tieqa l-lapida b’kitba Latina fuqha li tfakkar fil-hidma kbira tal-Kappillan Dun Gammari Schembri biex waqqaf dan it-tempju nobbli, mibdi fl-1833 taht l-arkitett Gorg Grongnet de Vasse u mwassal fit-tmiem bla hadd kien jistenna fl-1860, bil-flus imhollija mill-Kappillani Dun Felic Calleja u Dun Gammari Schembri u bil-flus ukoll migburin mill-Mostin.


Isfel, bhal f’go bieb, sewwa sew wara l-istatwa ta’ San Pietru hemm il-lapida bil-Malti li tfakkar l-Inkurazzjoni Solenni tal-kwadru ta’ l-Assunta mill-Arcisqof Mikiel Gonzi b’digriet tal-Papa Pawlu VI li sehhet fl-10 ta’ Awissu 1975. Din l-iskrizzjoni, li kelli x-xorti niktibha jien li qed naghti dan it-taghrif, tbierket mill-Isqof Benedittin l-Abbati Don Angelo Mifsud, sewwa sew fl-ewwel anniversarju ta’ l-Inkurazzjoni.


Taht it-tieqa ta’ bejn il-pilastri ta’ taht il-kampnar tal-qanpiena l-fustanija, hemm il-lapida li tfakkar fil-bini tal-lanterna sabiha ta’ fuq il-koppla li nbninet fl-1889 bit-thabrik ta’ l-ewwel Arcipriet li kellha l-Mosta, is-Senglean Dr. Dun Pawl Xuereb. Isfel, wara l-istatwa ta’ San Pawl, hemm il-lapida b’kitba Latina twila fuqha, xoghol tal-Professur Dun Frangisk Sciberras. Din tfakkar fil-jiem memorabbli ta’ l-24, 25 u 26 ta’ April ta’ l-1913 meta r-Rotunda tal-Mosta kellha l-unur kbir u rari tilqa’ fiha l-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali migbur mid-dinja kollha ghall-gieh ta’ Gesu Ostja.


Imma forsi, l-aktar skrizzjoni li taghmel unur lilna l-Mostin hija dik li naraw minquxa fl-gholi fil-friz li jghaddi ‘l fuq mill-kapitelli ta’ still juniku ta’ fuq is-sitt kolonni tal-portiku. Hija skrizzjoni Latina mahsuba li titnaqqax hemm milll-istess Grongnet li tghid: Virgini Syderibus Restitutae T.H. Mustenses F.F. A.S. M.CCM.LVII li bil-Malti tfisser Lill-Vergni Mtellgha fis-Sema dan it-tempju l-Mostin bnew fis-sena 1857 u mhux is-sena 1860 li fil-bidu taghha kien intem il-bini tar-Rotunda!


Il-frontispizju


‘Il fuq mill-gwarnicun li jaghlaq dan l-ewwel ordni tar-Rotunda minn barra, jitla’u jaghlaq helu helu f’nofs il-faccata il-frontispizjzu. Dan huwa mzejjen bl-antifissi li niltaqghu maghhom barra u gewwa jzejnu diversi mikejjen tal-knisja taghna.


(p.6) L-antifissi huma ornament Grieg li wiehed kien jarahom l-aktar fil-bini ta’ diversi tempji antiki ta’ stil klassiku. Mhux ta’ b’xejn li din il-faccata tfakkrek f’dik tat-tempju qadim ta’ Diana gewwa Efesu.


Fuq l-antifissi tan-nofs tal-frontispizju jiddomina s-Salib ghax ir-Rotunda hija fuq kollox knisja Nisranija, anzi monument tal-Fidi Nisranija. Wara l-Kungress Ewkaristiku ta’ l-1913, kienet nibtet ix-xewqa fost hafna Mostin li flok dak is-salib issir sfera Ewkaristika b’tifkira ta’ dik il-grajja kbira ghax ir-Rotunda bid-dritt kollu tista’ tissejjah il-knisja tal-Kungress Ewkaristiku minhabba l-konnessjonijiet kbar li kellha ma dik il-grajja memorabbli.


Kampnari u Qniepen


Whud mill-qniepen fir-RotundaIl-Qniepen tal-Angli u l-Mewt fir-Rotunda

Il-kampnari li naraw fiz-zewgt itruf tal-faccata jitilqghu minn fuq l-ewwel ordni. Ghandhom bhala bazi pedistallata kwadra b’pilastri baxxi fil-kantunieri taghhom. Ghal dawn il-pilastri Grongnet dahhal il-kapitelli ‘Egizji’ li sfortunatament dawk biss tal-faccata huma skulturati bhalma hi f’dan ir-rigward mil-bqija tal-faccata kollha.


Dawn iz-zewg pedistallati jinkludu fihom iz-zewg arloggi. Dak ta’ taht il-qanpiena l-kbira juri l-granet u x-xhur. L-iehor ta’ taht il-qanpiena l-fustanija juri l-hin tal-jum. Dan ta’ l-ahhar huwa xoghol l-arluggar famuz Malti Mikielang Sapiano u sar fl-1890 bi flus it-tabib Oreste Grech Mifsud.


Minn fuq dawn il-pedistallati jitla’ ordni juniku bil-fruntuni fuqhom li huma mzejnin ukoll bl-antifissi.


Il-kampnari tar-Rotunda jaghlqu bi speci ta’ turretta mdawra b’gallarija tal-hadid. Grongnet, li f’zghozitu hadem bhala inginier militari fis-servizz ta’ Napuljun Bonaparti bena fortizzi fi Franza u fl-Egittu, jista’ jkun li kien dan li webblu biex jaghlaq il-kampnari tal-knisja taghna b’dawn it-turretti, biex b’hekk bhalli kieku jenfasizza izjed id-dehra ta’ qawwa li kellha toffri din il-knisja minn barra, knisja li kienet frott ta’ l-gherf mhux komuni tieghu.


Fiz-zewg kampnari hemm b’kollox seba’qniepen. Il-kbira fosthom li tinsab fuq il-kampnar tal-Punent ghaliha, hija msemmija ghall-gmiel ta’ tonalita li ghandha. Din saret f’Genova fil-funderija ta’ l-ahwa Boero fu Venanzio u giet imbierka, ikkonsagrata u msemmija Maria Assumpta mill-Isqof Gaetano Pace Forno fid-29 ta’ Dicembru, 1864.


Fuq il-kampnar tal-Lvant hemm sitt qniepen ohra li l-kbira fosthom hija l-fustanija li naraw fuq quddiem. Din saret mill-funditur Bormliz Gulju Cauchi u kienet ikkonsagraha wkoll l-Isqof Pace Forno nhar it-18 ta’ Ottubru, 1863. Hemm imbaghad dik li nghidulha ‘Tas-Salib’ li saret fl-1784 mill-fundituri l-ahwa Triganza. Dik li nghidulha ‘L-Gdida’ (1878) u l-ohra li nghidulha ‘Tal-Mewt’ (1879) kif ukoll id-Dumnikana (1881) huma t-tlieta ta’ Gulju Cauchi.


Fl-ahharnett hemm iz-zghira li nghidulha ‘Ta’ l-Angli’ li ma fiha ebda data fuqha. Ta’ min jghid li fost ix-xbihat qaddisa li jidhru fuq dawn il-qniepen, fuq hamsa minnhom hemm ix-xbieha ta’ Marija Assunta, Patruna tal-Mostin.


Naghlqu billi mmorru u naghtu harsa hafifa lejn il-faccata ta’ wara tar-Rotunda. Din hija mzejna b’pilastri b’bibien u twieqi bejniethom. Tispicca bi frontispizju sabih li l-Arcipriet Bezzina kien ha hsieb li jinbena, sabiex b’hekk il-knisja, f’dak li hu bini, tkun ghal kollox kompluta


Dan ix-xoghol kien inbeda f’April ta’ l-1968 mill-‘Gatt Bros.’ tal-Mosta. Sar kollox fuq il-pjanta ta’ Grongnet. Id-disinn imkabbar tal-frontispizju sar mid-disinjatur is-Sur Carmelo Tonna tar-Rabat ta’ Malta u l-iskultura tieghu kien qattaghha s-Sur Karmnu Cini miz-Zebbug ta’ Ghawdex.


L-istess skultur qatta wkoll l-ittri ta’ l-iskrizzjoni Latina li tidher fil-friz. Din tghid: Sunt Tibi Tot Dotes Virgo Quot Sidera Coeli li bil-Malti tfisser: Lilek O Vergni gew moghtija tant virtu daqs kemm hemm kwiekeb fis-sema. Skrizzjoni f’postha tassew li bhal qisu trid ixxandar minn din in-naha tal-knisja santwarju taghna il-glorji tal-Vergni Marija.


Riferenzi

  1. Musta – Memories and Charms (1991”), Rev. Edgar Salamone, pagni 22,23.
  2. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha (1930), E.B.Vella, pagni 144, 147, 156,195.
  3. Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u ohrajn (1972), pagni 164, 170, 178, 179, 182, 225, 638-640, 453-454.
  4. Il-Mosta Nru.9: Lulju/Awissu 1966.
  5. Il-Mosta Nru.56: Gunju/Lulju 1974.
  6. Dizzjunarju Bijo-Biblografiku Nazzjonali (1960), Rob. Mifsud Bonnici, pagna 274.
  7. Fuljett Parrokjali – Awissu 1985.
  8. L-istatwi titulari u l-istatwarji taghhom (1999), Guido Lanfranco – Vincent Apap, pagna 72.