Dawk li bnew ir-Rotunda: Min kienu u x'ghamlu?
minn Carmelo J. Schembri, F.R.S.A.
L-ewwel parti, Il-Mosta: Awissu - Settembru '65
nieqsa
It-tieni parti, Il-Mosta: Awissu - Settembru '65
Rapprezentanti tal-Mostin
(p.1) Fiz-zmien ir-rewwixta tal-Maltin kontra l-hakma Franciza, il-Mostin ghazlu lill-Kappillan taghhom Dun Felic Calleja bhala rapprezentant taghhom biex jitkellem ghalihom fil-Laqgha Nazzjonali jew Kungress kif ahjar kienu jsejhulu. Dan il-Kungress, li l-mexxejja tal-Maltin kienu laqqghu, kien laqgha ta' rapprezentanti jew deputati ta' l-ibliet u ta' l-irhula maghzulin mill-kapijiet tal-familji biex, bhal gvern, imexxu l-Maltin kontra l-Francizi u jitolbu d-drittijiet taghhom.
Ma ghaddiex zmien twil biex dan il-Kungress jinduna bil-gherf u l-ghaqal tal-Kappillan tal-Mosta, ghax Dun Felic Calleja malajr gie maghzul minn din il-laqgha bhala wiehed mit-tliet kappillani deputati fil-kummissjoni biex idahhlu u jgharblu l-memorjali u jaghtu l-pariri taghhom fuq id-digriet. Hekk il-kappillan Calleja baqa' jiehu sehem u jitkellem ghan-nies tal-Mosta f'din il-Laqgha sakemm, wara li l-gzejjer taghna ghaddew mill-hakma Franciza ghal idejn il-Gran Brittanja kif xtaqu l-Maltin, u l-Kungress gie imxolji.
Bhala turija ta' radd il-hajr ghax-xoghol siewi li kien ghamel fil-Kungress bhala rapprezentant tan-nies tal-Mosta matul l-imblokk tal-Francizi, il-Kappillan Calleja kien gie moghti mill-Gvern midalja tad-deheb bil-kitba “Malta Liberata”.
Imma r-raguni ewlenija li l-isem tal-Kappillan Calleja baqa' mnizzel u jibqa' jidher fl-istorja tal-Mosta hija certament ghas-sehem kbir li huwa kellu fil-bini tar-Rotunda. Kien hu li nissel il-hsieb li tinbena knisja gdida, kien hu li heggeg u qajjem il-hrara qalb in-nies tal-Mosta ghal din il-bicca xoghol tal-ghageb u fl-ahharnett kien il-Kappillan Dun Felic Calleja li b'imhabba liema bhala kien halla gidu kollu biex b'hekk ikun jista' jinghata bidu ghal din l-opra hekk kbira u qaddisa.
Htiega ta' knisja gdida
Il-Knisja l-qadima li kienet tlestiet fl-1619 wara li l-Mosta kienet inqatghet mill-matrici tan-Naxxar u saret parrocca ghalija, kienet saret zghira ghan-nies tal-Mosta li kienu qedghin dejjem jizdiedu fil-ghadd taghhom. Barra minn hekk dik il-knisja kienet bdiet iccedi minhabba li kienet mibnija hazin. Il-Kappillan Calleja kien ilu jara l-htiega li tinbena knisja gdida u aktar wiesa minn dik li kien hemm. Ghalhekk f'1815 Dun Felic kien beda jhejji biex din il-bicca xoghol tinqabd fl-idejn. Imma kellu jinqala' l-ghawg ghax faqqet il-kolera! Imhabba dan il-mard ahrax u xkiel iehor, il-Mostin kellhom ta' bilfors u kontra qalbhom iwarrbuh fil-genb, sakemm tghaddi dik il-mewga kerha, kull hsieb li kellhom li jibnu knisja gdida. Minkejja dan kollu huma qatt ma qatghu qalbhom u baqghu jittamaw li jasal iz-zmien meta jkunu jistghu jibdew iwettqu x-xewqa kbira taghhom.
Issa z-zmien kien ghadda gmielu u l-Mosta u n-nies taghha kienu regghu ghalli kienu. Il-Kappillan Calleja kien qieghed jikber sewwa ghax kien ga qaleb it-tmenin sena. Malli hass li kien beda jitlef sahhtu kien hatar lill-vici-parrokku tieghu, Dun Gammari Schembri, bhala Kugitur tieghu biex hekk ikun jista' jghinu u jaghmilha minfloku bhala Kappillan. B'danakollu Dun Felic ma qatax jiesu fil-hsieb tal-knisja l-gdida. Huwa baqa' jahdem u jirsisti ghall-bini taghha ghax issa kellu seba' mitt sena li jara ghallinqas il-bidu tal-holma tieghu. Imma fl-ahhar, kollox jasal bl-ghajnuna t'Alla u lill-Kappillan Calleja kien ukoll wasallu l-hin li jkun jista' jara x-xewqa kbira li kellu tibda (p.2) tintemm.
Fl-ahhar inhazzu l-pjanti ghal din l-imbierka knisja gdida. Minn dawk il-hafna disinji li waslu ghand il-Kappillan, kien hemm wiehed minghand l-Arkitett inginier Gorg Grongnet de Vasse li ma kienx jixbah lill-ohrajn. Dan kien pjanta ta' knisja ta' ghamla tonda, b'koppla kbira li kienet tixbah lil dik tal-Pantheon li hemm Ruma. Dan id-disinn ta' Grongnet mill-ewwel laqat ghajn ix-xwejjah Kappillan Calleja, mhux biss ghall-gmiel u l-qisien imdaqqsa li kellu, imma wkoll ghall-ghamla tonda tieghu, ghax dan kien jaghmlu mhux bhal knejjes l-ohra taghna. Imma minghajr dubju ta' xejn l-izjed haga f'dik il-pjanta li sahhret lill-Kappillan kienet zgur ix-xebh taghha lil dik tal-Pantheon ta' Ruma, dik il-knisja antika li maghha qalbu kienet bir-ragun kollu hekk marbuta ghax, bhalma semmejna qabel, Dun Felic kien ghal aktar minn hamsin sena qabel, gie ordna sacerdot u qal l-ewwel quddiesa tieghu. Min seta' qatt ilum lil dan it-twajjeb Kappillan mimli bil-ghomor li jmur iwarrab il-pjanti l-ohra kollha u jhaddan ma' qalbu u jaghzel dik li kienet tfakkru fl-ghezez jum ta' hajtu meta fl-aqwa ta' zoghzitu kien gie hemm ikkonsagrat qassis t'Alla l-Mulej!
It-tielet parti, Il-Mosta: Dicembru 1965 – Jannar 1966
Kontra knisja ta'ghamla tonda
(p.1) Wara l-ghazla ta' dik il-pjanta, bir-rieda ta' kulhadd, il-Kappillan Calleja ma kellux sabar li jistenna u jitlef zmien izjed. Huwa qabdu genn li jibda x-xoghol minghajr dewmien. Ghalhekk ghajjat malajr laqgha tal-kleru ma' l-ahjar nies tal-parrocca li saret il-Hadd, 5 ta' Awissu, 1832, meta ntghazel kumitat biex imexxi x-xoghol kbir li tempju minn dik is-sura kien jitlob. Gew maghzula l-ufficjali u l-membri u tqassmu x-xogholijiet, kull wiehed ha dak is-sehem l-aktar li jghodd ghalih. M'ghandniex xi nghidu, il-Kappillan Calleja gie maghzul minn kull wiehed bhala l-ewwel kap, il-ghaliex kien huwa l-ewwel wiehed li qanqal din l-opra, li taghha huwa kien benefatur kbir. Mill-ewwel intbaghtu r-rikorsi mehtiega ghand l-Isqof ta' Malta. Ghad li l-Isqof kien diga ta' r-rieda tieghu ghall-bini ta' knisja gdida, kien issa jinhtieg li huwa jwettaq dak kollu li kien ghamel il-kumitat biex jista' jinbeda x-xoghol. Il-Kappillan kien ukoll ha hsieb li jkellem lill-Gvernatur ta' Malta fejn kien gharrfu bil-htiega ta' knisja gdidaa. Dan mill-ewwel wera li ried jghinhom u meta mbaghad il-Kappillan kitiblu u talbu biex jahfrilhom xi drittijiet ta' xi bcejjec art li kienu jmissu lill-Gvern u li kienu mehtiega ghall-bini tal-knisja l-gdida, il-Gvernatur malajr tahom kull ma talbu.
Minn hawn wiehed jista' jara li l-Kappillan Calleja kien issa lesta kollox, kien firex is-sodda sewwa ghal kulhadd biex il-knisja l-gdida, li kienet ilha hekk mistennija, tista' tibda tinbena. In-nies kollha tal-parrocca kienu jaqblu mal-Kappilla fuq hekk. Imma dejjem jinqala' l-inkwiet, ghax ix-xitan dejjem jaf isib fejn ideffes denbu. Inholqu zewg partiti fil-parrocca fuq fejn kellha tinbena l-knisja l-gdida; minn riedha titla' hawn u min riedha hemm. Tghidx x'ghamlu bejniethom biex kulhadd tghaddi tieghu. Imma l-Kappillan kien jaf sewwa kif isib tarf kulhadd u bil-kelma t-tajba rnexxielu jberridhom u bis-sewwa jsikkithom. Mill-banda l-ohra kien hemm min ma ghogbitux knisja ta' ghamla tonda. Fuq dan ukoll saret firda u nsibu li sa l-istess Isqof ta' Malta mar kontra l-hsieb ta' knisja tonda. Milli kien jidher l-Isqof, li dak iz-zmien kien Monsinjur Frangisku Saverju Caruana, riedhom jaghzlu l-pjanta li kien ghamel il-perit tieghu fuq ghamla ta' salib Grieg, li bhala kien hawn knejjes bil-gzuz. Insomma lil dawn in-nies, kif ukoll lil hafna ohrajn, li rnexxielhom ixerrdu qlajjiet u joholqu diffikultajiet u kwistjonijiet mhux tac-cajt, il-Kappillan Calleja gharaf ukoll kif iserrhilhom rashom u jaghalqilhom halqhom ilkoll darba ghal dejjem.
(p.4) Kif qedghin naraw, il-Kappillan Calleja fl-ahhar iltaqa' ma' hafna xkiel u ghawg u ghalhekk huwa ma setax jibda x-xoghol malajr kif gieb u lahaq, ghalkemm hu kien ha hsieb ta' kollox. Minhabba dak li kien inqala' u l-ghajdut li xi nies kienu xerrdu, li l-gebla tal-franka ma kellhiex sahha bizzejed biex tiflah it-toqol ta' koppla hekk kbira bhal dik li kellha tigi, ix-xoghol ma setax jinbeda qabel jaqtghuha l-periti tal-kummissjoni, li l-Gvernatur kien hatar biex dawn jghidu jekk din il-knisja fuq id-disinn ta' Grongnet kenitx tista' ssir jew le.
Ir-raba' parti, Il-Mosta: Frar – Marzu 1966
Destin kiefer
(p.1) Waqt li kullhadd kien qieghed jistenna bla sabar id-decizjoni tal-periti ta' din il-kummisjoni, ix-xwejjah Kappillan Calleja li issa kien imdahhal fiz-zmien u ghajjien bix-xoghol ta' hajja mimlija hidma ghall-erwieh, hass li sahhtu kienet bdiet tonqos sewwa, hekk li fl-20 ta'Jannar, 1833, ghajjat lin-nutar tieghu, Dr. Frangisk Chetcuti, biex quddiemu jaghmel l-ahhar testment tieghu. F'dan it-testment il-mahbub Kappillan Calleja wera ghall-ahhar darba u b'modd l-izjed car kemm kellu ghal qalbu din l-opra kbira u qaddisa u kemm kien verament ihobb il-parrocca u n-nies tal-Mosta. Huwa ghamel testment twil u sabih li fih ftakar f'kulhadd. Beda biex irrikmanda ruhu lil Alla u lil Marija Santissima, lill-Qaddisin u lill-Angli tas-Sema u wara li qal x'kellu jsir minn gismu katavru, haseb fuq il-funeral u ghal dak li kellu jsir ghal ruhu. Bhala wiri ta' qima huwa halla xi haga zghira lill-Gvern ta' Malta, lill-Isqof tad-Djocesi u lill-Kleru tal-parrocca. Wara li tkellem minn niesu u minn dak li kellha x'taqsam id-dar tieghu, huwa zied ighid fuq il-htiega kbira li kien hemm fil-Mosta biex tinbena knisja gdida parrokkjali. Kien jidher bic-car li din kienet haga wisq ghal qalbu ghax fuq hekk huwa kiteb fit-tul u b'herqa liema bhalha. Wara li semma fuq dak kollu li kien sar, mill-kumitati li kienu gew maghzula, mir-reskritti ta' l-Isqof u mill-permessi tal-Gvernatur huwa zied ighid: “Ghalhekk billi opra hekk kbira u ta' nefqa titlob somom kbar ta' flus, dak li qieghed jaghmel dan it-testment (il-Kappillan Dun Felic Calleja) biex ikun ta' bidu u ghajnuna lill-knisja, kif ukoll biex iheggeg u jqajjem il-hrara u t-tjubija tal-Mostin biex jghinu rwiehhom kemm jistghu ghall-bini taghha; bl-ikbar solennita, ghamel u b'lehnu stess ihalli l-imqaddsa fabbrika tal-knisja parrokkjali tal-Mosta bhala werrieta tieghu universali fuq kollu kemm hu l-gid tieghu stabbili u mobbli. Jekk jista' jkun, din il-knisja ghadha tkun ta' ghamla tonda u ghat-twaqqif taghha diga ttiehdu r-rikorsi quddiem is-superjuri tal-Knisja u tal-Gvern biex dawn jaghtu r-rieda taghhom…”
Barra minn dan il-gid imholli f'dan it-testment, il-Kappillan Calleja kien diga waqqaf kaxxa li kienet mizmuma fit-tezor tal-knisja parrokkjali u li kien fiha s-somma ta' 8,423 skud, 2 irbieghi u 8 habbiet, flus ta' Malta li kienu kolonnati Spanjoli u bcejjec ohra Inglizi, Maltin u Sqallin. Dawn il-flus kienu gew moghtijin mill-Kappillan fl-atti li kien ghamel fis-7 ta' Awissu, 1832.
Dan it-testment kien l-ahhar wirja ta' mhabba tal-Kappillan Calleja ghall-knisja parrokkjali tal-Mosta u ghax-xewqa kbira li kellu li tinbena knisja gdida ta' ghamla tonda li ghaliha huwa mhux biss kien nissel il-hsieb u qanqal il-hrara tal-Mostin, imma li bil-hidma u l-hegga tieghu rnexxielu jwitti u jlesti t-triq ghall-bidu ta' din l-opra hekk kbira u qaddisa li ghaliha huwa kien ilu jghix. (p.3) Meta mbaghad ma kien baqaghlu xejn izjed x'jista' jaghti minn sahhtu ghal din l-opra kbira, huwa mar ihalli gidu kollu biex hekk tkun tista tinbeda.
Kien destin kiefer tassew ghall-Kappillan Calleja li wara dan ix-xoghol u tbatija ghall-bini ta' din il-knisja gdida huwa ma kellux ix-xorti li ghallinqas jara titqieghed l-ewwel gebla taghha li issa ma kenitx tidher li kienet fil-boghod. Is-sahha ta' dan ix-xwejjah Kappillan qalbieni u twajjeb baqghet tonqos kuljum sakemm imbaghat fl-20 ta' Frar, 1833, sewwa sew f'gheluq ix-xahar wara li kien ghamel it-testment, ir-ruh qaddisa ta' Dun Felic Calleja nfirdet minn gismu u marret tghib fl-eternita tfittex il-paci u l-mistrieh u biex tgawdi ghal dejjem lil Dak li halaqha.
Il-mewt tal-mahbub kappillan Calleja xehtet il-Mosta f'niket u swied il-qalb kbir. Dun Felic kien ilu jghix 82 sena u kien ghadda l-ahhar 36 sena minnhom jahdem bla mistrieh bhala raghhaj tal-parrocca tal-Mosta, fejn kiseb l-imhabba u l-qima ta' kull Mosti li taghhom kien l-ikbar missier u benefattur. Sarlu funeral kbir kif kien jixraqlu li ghalih il-Mostin kollha marru bil-kotra taghhom. Il-katavru tieghu gie midfun fil-knisja l-qadima. Meta mbaghad inbniet il-knisja gew mill-gdid imqieghda taht il-koppla gholja tar-Rotunda biex hemmhekk jistriehu ghal dejjem u jgawdu fis-skiet il-gmiel u l-wisgha ta' din l-opra grandjuza li taghha l-Kappillan Dun Felic Calleja kien il-bidu u l-awtur kemm ukoll l-aqwa benefattur.
U hekk ikollna issa nhallu warajna l-ewwel u l-aqwa persunagg importanti fl-ewwel fazi ta' l-istorja tar-Rotunda. Il-Kappillan Dun Felic Calleja miet u spicca imma ismu u l-memorja tieghu jibqghu jghixu maghna sakemm tibqa' wieqfa l-opra kbira tal-Pantheon tal-Mosta li taghha huwa kien il-qofol u l-fundatur!
Ir-raba' parti
nieqsa
Il-hames parti
nieqsa
Is-sitt parti
nieqsa
Is-seba' parti, Il-Mosta: Ottubru – Novembru 1966
Id-Direttur Dun Gammari Schembri, Sacerdot u mahtur Kugitur tal-Kappillan
(p.3) Wara li temm il-kors tat-Teologija fis-Seminarju, Dun Gammari Schembri gie ordnat sacerdot fis-16 ta' Gunju, 1821, fil-Katidral ta' l-Imdina minn idejn l-Isqof ta' Malta Monsinjur Frangisku Saverju Caruana. Dan kien jum ta' ferh kbir, mhux biss ghal Gammari, li issa kien ircieva s-sigill tas-Sacerdozju li rabtu ghal dejjem mal-Knisja ta' Kristu, imma ghan-nies kollha tal-parrocca tal-Mosta li f'dan il-qassis gdid u zaghzugh kienu qeghdin jaraw hajja gdida ta' xoghol u qdusija tinbet fil-parrocca ghaziza taghhom.
Bhal ma ghidna, Dun Gammari ma kienx gdid ghal dak li kien xoghol fil-parrocca; huwa kien diga tharreg u thallat gmielu man-nies tar-rahal. Imma issa, li kien sar qassis u beda jqaddes, kien izjed jista' jaqdi dmiru sewwa kif kien jixtieq. Zaghzugh, b'sahhtu u habrieki, Dun Gammari ntefa' kollu kemm hu fix-xoghol u l-qadi tal-Ministeru fil-parrocca, li minn ghandha huwa diga qala' mhabbitha ghall-hidma u z-zelu tieghu. Kien ghadu bil-kemm lahaq qassis meta Dun Gammari sar Vici-Parrokku tar-rahal. F'dan ix-xoghol huwa seta' juza l-energija u l-imhabba kollha li kellu ghall-gid ta' l-erwieh tal-parrocca, li ghalihom dan il-qassis zaghzugh u habrieki kien issa ddedika sahhtu u hajtu kollha.
Kif konna semmejna qabel, il-kappillan tal-Mosta ta' dak iz-zmien – Dun Felic Calleja – kien imdahhal sewwa fil-ghomor u kien beda jghejja bix-xjuhija. Ghalhekk kien talab lill-Isqof biex jaghtih il-ghajnuna billi jaghmillu kugitur biex dan ikun jista' jghinu u jaghmel minfloku s-servizzi tieghu. Bhala kugitur tal-kappillan, gie mahtur il-Vici-Parrokku tar-rahal, Dun Gammari Schembri. Ma setghetx tkun ghazla ahjar. Dun Gammari kien imzejjen b'kollox biex jimla dan il-post, ghalkemm kien ghadu zghir. Minn kitba maghmula l-Belt Valletta, fil-15 ta' Novembru, 1822, quddiem in-Nutar Frangisk Cremona, niehdu li Dun Gammari Schembri laqa' li jkun kugitur tal-Kappillan Calleja, bit-tama li wara jilhaq kappillan hu.
Tigdid ta' Knisja
Issa li kellu fuq min jistrieh, il-Kappillan ix-xih serrah rasu. Reha l-bicca l-kbira tax-xoghol tieghu f'idejn il-Kugitur li kien jaqdih tajjeb, ghax Dun Gammari kien imidd ghonqu ghal kollox u ma kien jaqta' qalbu minn xejn. Funzjonjiet tal-knisja, priedki, qrar, zjarat lill-morda tal-parrocca; dawn kollha kienu xoghol ta' Dun Gammari. Imma, Alla jbierku! Kien donnu firilla; u haga tal-ghageb kif kien ilahhaq ma' kollox f'parrocca li issa kienet kibret gmielha. Hekk baqa' jahdem u jithabat Dun Gammari Schembri mal-Kappillan u minfloku ghall-gid ta' l-erwieh tal-Mosta. Fl-istess hin baqa' dejjem jikber fl-imhabba u l-gieh tal-parruccani gheziez tieghu.
Issa gara li fl-20 ta' Frar 1833, wara hajja twila ta' 82 sena, li l-ahhar 36 minnhomn kienu mghoddija fil-hidma ghall-gid ta' l-erwieh tal-Mosta bhala kappillan taghhom, ix-xwejjah Kappillan Dun Felic Calleja halla din id-dinja biex jistrieh ghal dejjem. L-imsejken ma kellux ix-xorti li ghallinqas jara l-bidu tal-holma tieghu, jigifieri dik l-opra kbira tar-Rotunda li taghha huwa kien il-Fundatur u li ghaliha huwa kien thabat bla heda biex iwaqqaf! Dan ix-xoghol tqil, bil-hsieb kollu u t-tahbit kbir li kien igib mieghu, kellu jghaddi ghal fuq spallejn Dun Gammari Schembri li, wara li kien ilu ghal izjed minn ghaxar snin kugitur-kappillan tal-kappillan Calleja, gie maghzul mill-Isqof ta' Malta bhala l-Kappillan gdid tal-Mosta. Din il-ghazla ta' Dun Gamm bhala r-Raghaj gdid taghhom kienet mixtieqa mill-Mostin kollha daqs kemm kienet mistennija minn kull wiehed minnhom.
Fost il-ferh u l-ghajjat tal-Mostin, il-Kappillan Dun Gammari Schembri ha l-pussess tal-knisja u l-parrocca tieghu fl-10 ta' Marzu, 1833, fil-knisja l-qadima li wara, huwa kellu jqatta' l-bqija ta' hajtu fil-hidma u t-tbatija biex lilha jbiddel f'wahda ikbar u famuza. Issa l-Mostin kienu sejrin itiru bil-ferh, ghaliex huma kellhom Kappillan Mosti bhalhom. Imma kienu ghadhom ma setghux jahsbu ghall-gieh kbir li kellu jaghmel lilhom u lil art twelidu bit-tempju kbir u sabih li kellu jwaqqaf bit-tahbit u qlubija tieghu.
Il-Kappillan Schembri ma kienx ragel kbir fiz-zmien meta lahaq kappillan tal-Mosta, ghax 33 sena biss kull ma kellu.
It-tmien parti, Il-Mosta: Dicembru 1966 – Jannar 1967
It-tqeghid ta' l-ewwel gebla
(p.5) Qabel ha l-pussess tal-parrocca tieghu, il-kappillan il-gdid kien ircieva relazzjoni minn ghand il-periti tal-kummissjoni, fejn dawn gharrfuh li huma kien jidhrilhom li l-pjanta tar-Rotunda mahzuza mill-arkitett Gorg Grongnet setghet tinhadem. Izda wara, sewwa sew fil-21 ta' Marzu, 1833, id-direttur tax-Xoghlijiet Pubblici baghtulu l-permess biex “Jinbeda x-xoghol tal-knisja fuq id-disinn ipprezentat u approvat mill-Gvern”. Il-Kappillan Schembri xejn ma tilef zmien, ghax huwa ma kienx wiehed li jhobb jahli l-hin u joqghod jistenna ghalxejn. Kif kien ghadu frisk u ferhan wara l-festa tal-pussess, mimli mill-gdid hegga u kollu herqa biex ifittex jara l-bidu ta' dik l-imbierka knisja gdida. Dun Gammari issa ried jibda x-xoghol minnufih.
Ftit ghadda zmien u mad-dahla ta' April, il-Kappillan Schembri fetah ix-xoghol li kien hekk mistenni u mixtieq minn kulhadd. Min ihaffer hawn, u min ikejjel hemm, is-sisien tar-Rotunda bdew jitqieghdu f'posthom waqt li l-qalbieni Kappillan Schembri kien dejjem jidher fuq ix-xoghol ihabrek biex ilahhaq ma' dan u ma dak biex jara li kollox kien sejjer miexi sewwa u malajr. Kien il-bidu ta' xoghol kbir u tal-ghageb. Il-Mostin kollha, bil-mahbub kappillan taghhom, kellhom seba' mit sena biex jaraw l-ewwel gebla wieqfa. Ir-rahal kollu, irgiel, nisa u tfal, kull min kien jista' kien imur biex jaghti daqqa ta' id u jahdem mill-ahjar li kien jista'. Issa li x-xoghol tal-bini tar-Rotunda kien beda, f'Malta qamet agha wahda! Ma kontx tisma hlief fuq il-kuragg tal-Kappillan u n-nies tal-Mosta u fuq il-knisja kbira u sabiha li kienu sejrin jibnu.
Bhalma dejjem isir u kif kien tabilhaqq jixraq, il-kappillan haseb biex jissollenizza mill-ahjar li kien jista l-okkazjoni tat-tqeghid ta' l-ewwel gebla tal-knisja l-gdida. Kien jixraq li l-bidu ta' tempju ta' din ix-xorta jigi ccelebrat sewwa u kif kien imur. Ghalhekk il-kappillan Schembri, f'ismu u f'isem il-kleru u n-nies kollha tal-Parrocca tal-Mosta, talab lill-Isqof ta' Malta ghal biex dan ikun jista' jsir. Gharrfu wkoll li kienet ix-xewqa u t-tama umli ta' kullhadd li l-funzjoni tat-tqeghid ta' l-ewwel gebla tal-knisja l-gdida taghhom u t-tberik taghha tigi ccelebrata mill-ghaziz Isqof taghhom personalment.
Il-Hamis, 30 ta' Mejju, 1833
Kien il-Hamis, 30 ta' Mejju 1833 ghal xi l-erbgha ta' wara nofsinhar meta, fost l-ferh, l-ghajjat u t-tizjin ta' kullhad, il-Kappillan Schembri imdawwar bil-Kleru u l-poplu tal-parrocca tieghu ngabru fil-misrah tar-rahal biex jaghtu merhba lill-kbarat u lill-mistednin li kienu ngemghu l-Mosta ghal festa tat-tqeghid ta' l-ewwel gebla tar-Rotunda. Il-kappillan ried, u bir-ragun kollu, li l-bidu ta' din l-opra kbira tkun iccelebrata kif kien jixraq l-okkazjoni, hekk li dak il-jum kbir u ghaziz ghal Mostin ma kienx jghaddi minghajr ma jibqa' miftakar tajjeb. Ghalhekk saret festa gmiela. Il-Gvernatur tal-Gzira, li dak iz-zmien kien Sir Fredrick Ponsomby li ried ikompli juri l-appogg shih tieghu u jaghti l-ghajnuna kollha li seta' biex tinbena r-Rotunda, mar ghal din il-festa importanti u sabha bin-nies kollha ta' madwaru. Il-kappillan u l-Mostin ma naqsux li jroddulu gieh u qima, u ghalhekk ghamlulu laqgha kif kienet tisthoqqlu.
Imma b'ghageb ta' kullhadd u b'ghafsa ta' qalb ghall-Kappillan u n-nies kollha tal-Mosta, l-Isqof ta' Malta l-Monsinjur Frangisku Saverju Caruana, ma riedx imur jaghmel ic-cerimonja huwa stess kif kienu xtaqu u talbu l-Mostin. Dan qal li ma setax imur huwa stess ghax kellu x'jaghmel hwejjeg ohra iktar ta' htiega! Biex ibierek u jqieghed l-ewwel gebla bhala bidu tal-knisja gdida parrokjali, l-Isqof Caruana kien hatar biex imur jaghmilha floku lill-Vigarju Generali tieghu, il-Monsinjur Dun Salv Lanzon, S.Th.D., Arcidjaknu tal-Kattidral. Skond kif jixhdu d-dokument li nkitbu bhala tifkira ta' din l-okkazjoni kienet saret bl-ikbar solennita quddiem gemgha kbira ta' kbara, kleru u nies li lkoll inghaqdu man-nies tal-Mosta f'festa ta' ferh kbir li kienet tassew tixraq bhala wirja ta' bidu ta' opra qaddisa u hekk kbira – ir-Rotunda.
Il-festa tat-tqeghid u t-tberik ta' l-ewwel gebla ghaddiet b'risq il-gid u bhal ma dejjem jigri f'dawn l-okkazjonijiet, din halliet warajha tifkiriet sbieh u gheziez ma' ohrajn li ma kienux ta' min jghozzhom ghal kollox. Kien jum tassew kbir u ghaziz ghall-Mostin kollha, ghax dakinhar huma setghu jaraw jitwettaq il-bidu ta' holma kbira li ghal bosta snin huma kienu ilhom jixtiequ u jistennew b'tant sabar u herqa li tibda issehh.
Imma f'dak il-ferh tal-bidu ftit jew hadd ma kienu dawk li setghu jobsru kemm tbatija, sagrificcji u sahansitra tfixkil kellu jgarrab il-qalbieni Kappillan Schembri biex huwa jkun jista' jzomm miexi bla waqfien dak ix-xoghol kbir. Dun Gwann, b'qalb semplici imma kbira daqs ta' ljun, donnu kien lest sabiex jilqa' u jwarrab dak kollu li seta' jfixkel ix-xoghol u l-bini ta' l-opra kbira tar-Rotunda, li kif sejrin naraw kellha tihodlu l-forzi kollha tal-bqija ta' hajtu!
Kien irid ikollok sahha u kuragg ta' ggant biex jindahal ghal bicca xoghol kbira u ta' tul bhal dik tar-Rotunda. Minn daqshekk, il-Kappillan Schembri zgur li ma kienx nieqes ghax, imbierek Alla, xejn ma kien ifixklu jew jaqtghalu qalbu. Barra l-giri u t-tahbit ta' kuljum ta fuq ix-xoghol, Dun Gwann kien irid jara kif ilahhaqq bil-flus li kellu biex ix-xoghol tal-bini jibqa' sejjer bla ma jieqaf. It-toqol ta' dan il-hsieb kien bizzejjed biex jifni bniedem tal-hadid. Il-bicca l-kbira tan-nies tal-parrocca kienu haddiema tar-raba' u l-qliegh taghhom bil kemm kien bizzejjed ghal biex ilahhaq ghal hajja fqira li kienu jghixu. Ghalhekk, minn ghand dawn il-Kappillan ma setax jistenna flus, ghalkemm huma qatt ma naqsu li jghinuh billi jahdmu minghajr hlas fil-btala taghhom. Kif kellu jiddobba u jgib il-flus biex ihallas lill-haddiema u l-ispejjez l-ohra, kienet problema kbira li qatt ma setghet tinfired minn Dun Gwann! Imma nistghu nghidu wkoll li l-Providenza u l-Hniena t'Alla ma naqsuh qatt.
Id-disa' parti, Il-Mosta: Frar 1967 – Marzu 1967
nieqsa