The Mosta Archives Banner

Storja tad-Dar tal-Kleru – il-konnesjoni Mostija

minn ?


Il-Mosta: Harga Nru. 4 (2007) Format Gdid


Dun Salv Magro libes is-suttana u l-kappell Dun Salv Magro, bis-suttana u l-kappell tal-qassisin meta llum rari tara qassis bis-suttana, ahseb u ara bil-kappell – f’Malta Dun Salv biss ghadu jilbsu.

(p.67) Id-dar tal-kleru ‘Kristu Sacerdot’ hija xhieda ta’ l-imhabba tal-Mulej ghas-sacerdot Malti u ghal pajjizna. Kemm hija tassew kbira l-providenza ta’ Alla li tigi mwettqa f’kull zmien, qasam u htiega! Ta’ dan infahhru u nirringrazzjaw dejjem lil Alla. Il-Providenza Divina ma naqsitx li ddahhal fil-pjan taghha infinit beneficcju kbir ghas-sacerdoti Maltin, u li taghti lill-komunita ekklesjali ta’ pajjizna dar ghall-htigijiet tas-sacerdoti.


Ghal dan il-pjan il-Mulej inqeda b’sacerdot qaddis u zelanti fil-ministeru sacerdotali tieghu, u li kellu wisq ghal qalbu kull interess spiritwali u temporali tas-sacerdot. Dan il-hsieb kien dahal sew fil-qalb sensittiva tieghu, u l-Mulej inqeda bih biex din l-opra qaddisa tieghu jkollha l-bidu u tilhaq l-iskop taghha. Dan is-sacerdot mimli hegga biex jahdem ghall-glorja ta’ Alla u bi spirtu qalbieni ghall-appostolat, kien Dun Salv Grima miz-Zejtun. Kien propju hu li ndahal bhala medjatur ghas-sacerdoti hutu. Illum il-gurnata id-Dar tal-Kleru ‘Kristu Sacerdot’, li nbniet bil-hsieb, bit-thabrik, u bis-sagrificcju tieghu, hija monument haj u rigal memorabbli li huwa halla bhala wirt lill-Knisja u lis-sacerdoti Maltin.


Dun Salv dejjem xtaq li jkun ta’ ghajnuna ghas-sacerdoti, u l-Mulej, fil-providenza tieghu, ipprezentalu l-okkazjoni. Kien fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Ix-xoghol ta’ hutu s-subien bhala kuntratturi kien perikoluz hafna f’dak iz-zmien, izjed u izjed li kellhom f’idejhom xoghol ta’ kostruzzjoni fl-ajruport ta’ Hal Far. Huh il-kbir, Anglu, li kien l-imghallem, intebah bil-periklu li kienu jinsabu fih il-haddiema tieghu. Ghalhekk ghamel weghda li kemm-il darba l-familja u l-impjegati, li kienu jahdmu mieghu, jghaddu miz-zmien tal-gwerra b’wicc il-gid u qawwijin u shah, hu jibni kappella lil Santa Rita, li taghha kien devot hafna, bhala radd il-hajr.


It-twettiq tal-Providenza ntwera bic-car ghax il-gwerra spiccat u l-familja Grima ma garrbet ebda telf, la fil-persuni u lanqas fil-bini. Anglu kompla l-weghda li ghamel u halla f’idejn huh, Dun Salv, biex jiehu hsieb il-bini ta’ din il-kappella ddedikata lil Santa Rita.


Dun Salv qasam dan il-hsieb ma wahda penitenta tieghu, Koncetta Galea, minn Bormla, membru tal-MUSEUM, li fi zmien il-gwerra kienet marret mal-familja taghha bhala refugjata z-Zejtun. Bhala konfessur taghha, Dun Salv kellu fiducja kbira fl-ispiritwalita profonda u fil-qdusija tal-hajja taghha.


Koncetta mdawla u meghjuna minn Alla, meta semghet bil-hsieb ta’ Dun Salv hassritlu mill-ewwel ghaliex diga kien hemm diversi kappelli ddedikati lil Santa Rita. Tatu parir li flok kappella lil Santa Rita, iktar kien hemm htiega, li bl-istess flus, tinbena dar ghas-sacerdoti, fejn meta dawn jikbru jkollhom fejn jingabru u min jiehu hsiebhom. Sa dak iz-zmien kien ghad m’hawn ebda dar bhal dik f’Malta.


Dun Salv intlaqat minn dan il-hsieb. F’mohhu bdiet ghaddejja t-tifkira ta’ grajja li kien iltaqa’maghha zmien qabel, meta kien qed jivvjagga fuq vapur lura lejn Malta mill-Italja. Hemmhekk kien iltaqa’ ma sacerdot anzjan u marid, Dun Vincenz Caruana, mill-Mosta, li kien gej lura Malta wara li ghadda hafna snin fil-missjoni. Dun Salv tghidx kemm thassru meta sema’ li ma kellux dar fejn joqghod u li kellu jmur jghix fil-kampnar tal-knisja tal-Mosta. B’din il-grajja tberren f’mohhu, flimkien mal-proposta ta’ Koncetta, Dun Salv mar ghand huh Anglu u qallu bil-hsieb tieghu.


Anglu, li kellu mhabba u rispett kbir lejn Dun Salv, kemm bhala sacerdot kif ukoll bhala huh ghaziz, halla kollox f’idejh skond ix-xewqa u l-pjan tieghu. L-ghada stess b’sentimenti ta’ ferh u ta’ radd il-hajr ‘l Alla, Dun Salv mar ghand l-Arcisqof Mikiel Gonzi u qallu bil-hsieb tieghu li xtaq jibni dar (p.68) ghas-sacerdoti. L-Arcisqof mhux biss laqa’ u accetta dan kollu, imma offrielu bicca art tal-knisja fl-inhawi ta’ Fleur-de-Lys, f’Birkirkara, biex tintuza ghall-bini ta’ din id-dar. Ix-xoghol tal-bini ma damx wisq ma beda u b’hekk it-twettiq tal-Providenza ta’ Alla ntweriet bic-car.


Minbarra li d-Dar tal-Kleru tilqa’ sacerdoti anzjani, morda, u dawk li jisfaw wehedhom, kellha sservi wkoll bhala dar ta’ l-irtiri ghall-kleru u bhala istitut ta’ studji pastorali. Id-Dar tal-Kleru nghatat l-isem ta’ ‘Kristu Sacerdot’ u kellha tkun ta’ htiega kbira ghall-ghajnuna tas-sacerdoti Maltin kollha.


Hija l-Id tal-Providenza li tmexxi kollox f’kull zmien. Wara 11-il sena, il-bini tad-dar tlesta. Kien jonqos issa tigi mghammra bl-affarijiet kollha mehtiega sabiex tista’ tilhaq l-iskop li ghalih inbniet. U hawnhekk ukoll il-Providenza ta’ Alla ma naqsitx, ghaliex instabu diversi benefatturi generuzi li offrew l-ghajnuna taghhom sabiex id-dar tkun kompluta b’kollox b’mod li tkun tista’ tilqa s-sacerdoti.


B’radd ta’ hajr lil Alla d-Dar tal-Kleru lahqet l-iskop qaddis li ghaliha nbniet u bhalissa hemm jghixu fiha hamsin sacerdot. Il-Qaddejja tac-Cenaklu, imwaqqfin ukoll minn Dun Salv, offrew hajjithom b’dedikazzjoni shiha f’qadi generuz ta’ mhabba u ferh lejn dawk is-sacerdoti li jehtiegu l-ghajnuna u l-kura taghhom. Ghalhekk naraw kif il-Providenza Divina hasbet mhux biss ghad-dar tas-sacerdoti, imma pprovdiet ukoll persuni b’sejha partikulari biex jiehdu hsieb id-dar u s-sacerdoti li hemm fiha.


Grazzi Mulej, tad-Dar tas-Sacerdoti u tal-Qaddejja tac-Cenaklu; huma tieghek, nafdawhom it-tnejn fil-Qalb Sacerdotali tieghek biex kuljum tnizzel fuqhom, b’mod gdid, il-barka tieghek u l-grazzji tieghek. Dan ghall-akbar glorja tieghek u ghall-qdusija tas-sacerdoti u tal-Qaddejja tac-Cenaklu.


Ta’ min jghid li d-Dar tal-Kleru laqghet hafna sacerdoti mill-Mosta li ghaddew l-ahhar granet taghhom fil-paci u l-mistrieh ta’ din id-dar imbierka. Fil-prezent id-Direttur tad-Dar huwa Mons. Norrie Bonavia, li huwa wkoll mill-Mosta u fost is-sacerdoti li jghixu f’dan il-post hemm ukoll il-qassis habrieki Mosti Mons. Angelo Camilleri.