Il-“GHANJA TAL-GHARUSA TAL-MOSTA” b’xi żieda
Guze Cassar Pullicino
(p.26) Waħda mill-eqdem ghanjiet li għandha Malta hija dik li tfakkar fil-ġrajia tal-“Għarusa tal-Mosta.” Din l-għanja sabiha taż-zmenijiet l-imghoddija dari kienet magħrufa bosta, imma llum mhux la kemm issib min għadu jafha. B'xorti tajba, qabel ma ntilfet għal kollox, sabet min itawwlilha daqsxejn ħajjitha bil-kitba. L-ewwel ma dehret kelma b'kelma kien fl-“Archivio Glottologico Italiano”1 mill-Professur Luigi Bonelli li kien semagħha hawn Malta, aktarx minn għand Preca. Fl-1904 imbagħad, wara I-mewt ta’ Annibale Preca, is-Sur Fons M. Galea, ħareġ il-ktieb ta’ Preca “Malta Cananea” li fih reġgħet dehret l-“Għanja tal-Għarusa tal-Mosta” (paġni 171-175). Bħal ma jgħid Preca nnifsu, huwa kien ħa l-għanja mill-manuskritt li kien tah ħabibu Dun Pawl Chetcuti mill-Mosta, u dan kien ħa l-għanja minn fomm zitu xiħa. Billi mill=”Malta Cananea” ma kienux ħarġu ħlief elf kopja u għalhekk illum mhux la kemm tiltaqa' miegħu, tħajjart kieku nerġa’ nġib din il-Ghanja Maltija, biż-żjieda ta’ żewġ strofi li ma jidhrux f’dik li tana Preca, u li jiena smajt minn ghand ommi li kienet tghallmitha minn għand nannitha, minn Ħal Għargħur. Għal dik li hi punteġġjatura u tifsir aħjar wiehed iġib dak li kiteb Preca, li nizzel kollox kif lilu ġie mfisser, jew kif kienu jfissruh in-nies fi żmien meta l-għanja kienet għadha hajja f’ħalq il-poplu,
“IL-GHARUSA TAL-MOSTA”
Argument. Ma ghandna l-ebda taghrif fuq din il-ġrajja storika. Tradizjoni li tinsab f’din il-ghanja tghid biss li nsterqet gharusa friska, mill-Mosta, nhar it-tieġ, mit-Torok, f'wahda mill-habtiet tagħhom ta’ sikwit, u meħuda lsira fil-Barbarija. Iz-żmien jista’ jkun f’nofs is-Seklu XV; imma xejn m’hu magħruf sewwa. Ighidu li s-serqa saret għall-habta ta’ Mejju, għax il-bejjiegħa tal-frott ilaqqghu dan il-fatt mal-Iewż frisk: “Tal-Gharusa tal-Mosta l-lewz.”
Riferenzi
- Ara A. Cremona “Is the Maid of Musta a Myth?” paġ. 4 - 1934.
L-ghanja tal-Gharusa tal-Mosta
(p.27) Għaliha l-Gharusa tal-Mosta
X'sebhilha nhar ta' Tnejn!
Gew it-Torok u haduha,
U ħsiebhom ma kellha xejn.
Meta ġew il-ħaljin Torok,
Beda jidden is-serduq
ll-ħaddara kienet isfel,
Will-Gharus fil-għorfa fuq.
Ħaduha u marru biha
Dawwrulha wiċċha lejn il-Lvant
Nezzgħuha kisjet Malta,
U xeddewlha t-turbant.
(Varjanti)
Ħaduha u sejrin biha
U qegħduha fuq il-poppa;
Nezzgħuha kisjet Malta,
U xeddewlha l-ħalja ġobba.
Għaliha l-Għarusa tal-Mosta,
X'sebhilha nhar ta' Tnejn!
Qalbha ttaqtaq minn ġewwa,
Kif għaddietu dak il-lejl.’
Qabduha u ħaduha,
lrrigalawha lill-Baxan,
Huma lkoll ferħu biha,
Daru magħha kbar u żgħar.
“Hu l-mant u omxot dlielek,
Hu l-muftieħ, ixrob u kul,”
- “Jiena ikel le ma niekol,
Qabel raħli, il-Mosta, mmur.
Dlieli le ma nomxothom,
Qabel immur raħli, il-Mosta,
Tomxothomli l-ħanina ommi,
U tidforhomli z-zija Kozza.”
“Għarusa, la ssewwidx qalbek,
Nagħmluk sultana ta' Girba”
- "X'jiswieli li nkun sultana,
La wqajt f'idejn l-Ibirba?”
(Varjanti)
“Gharusa, la ssewwidx qalbek,
Nagħmluk sultana ta' l-ibliet.”
- “X’jiswieli li nkun sultana,
La wqajt f'idejn l-iklieb?”
“Ja Sidti, la ddejjaqx qalbek;
Hawn il-hwejjeġ ilbes u zzejjen”
- “Nilbes? - Nazza għal wiċċek
Jien ilsira kelli nsir għal dejjem!”
(Varjanti)1
“Ilbes, binti, ilbes,
Hemm is-senduq, ilbes u zzejjen.”
“Nilbes? - Għobra għala wiċċi
Waqajt ilsira għala dejjem!”
(Varjanti ohra)1
“Orqod, binti, orqod,
Hemm is-sodda, irpoza, strieh”
- “Nirpoza?-- Għabra għala wiċċi,
Waqajt ilsira għand il-klieb!”
(p.28) - “Morru ghidu ‘l ommi l-hanina,
Li l-fidwa tiegħi hi seba’ mija.”
- (“Aħjar seba’ mija fis-senduq
Inkella binti mifdija”)
- “Morru ghidu liz-zija Kozzi
Li l-fidwa tiegħi hi seba' mija”
- (“Aħjar seba’ mija fis-senduq
Inkella bint oħti mifdija.”)
- “Morru għidu ‘l Gharus tiegħi,
Li l-fidwa tiegħi hi seba’ mija”
(“Inbiegħ il-għalqa ‘l flienja,
Imbasta gharusti mifdija”)
G. CASSAR PULLICINO.
Riferenzi
- Dawn iż-żewġ strofi smajthom jiena (G.C.P.) u nizzilthom biex inġib l-ghanja sħiħa. Il-kelmiet, li jinsabu fihom it-tnejn, “għobra għala wiċċi” fissruhomli hekk “X’mizerja waqajt fiha jien.” Tajjeb wiehed ikun jaf li flok il-kelma “għobra” Preca jġib “Nażża” imma mbaghad huwa nnifsu jgħid li ma jafx fiz-zgur jekk kenitx din il-kelma tal-manuskritt li minnu ħa l-għanja, għax ma setgħax jagħrafha. Kif niżżilha Preca, il-vers jiehu tifsira ta’ sahta, bħal meta ngħidu “jiżżi għalik.” Kif smajtha jien, bit-tifsira li tawni, il-vers inissel fina aktarx mogħdrija (għall-għarusa) milli saħta, u mibeghda (għal min qed igħidilha l-kliem).