Il-Vara l-Kbira u l-Monument tal-Mosta fuq bolli godda ta' Malta
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Harga Nru. 1 (2006) Format Gdid
(p.55) Nhar it-12 ta’ April li ghadda, il-Maltapost plc harget sett ta' hames bolli li juru celebrazzjonijiet tradizzjonali tal-Gimgha Mqaddsa f'pajjizna.
Il-bolla tas-7 centezmi turi zewg fratelli mghammdin libsin l-ahmar skur igorru fuq spallejhom slaleb kbar bhala penitenza f'wahda mill-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira.
Dik tal-15-il centezmu turi l-Vara l-Kbira tal-Mosta, xoghol mill-isbah ta’ Karlu Darmanin, merfugha minn ghaxar fratelli u b'xi ohrajn warajha jkaxkru l-ktajjen filwaqt li n-nies iharsu hi u ghaddejja l-purcissjoni.
Fil-bolla tat-22 centezmu jidher il-Monument imsemmi tal-parrocca taghna b'zewg qassisin quddiem bil-kappa hamra jzommu t-truf tal-faldrappa li tghatti r-roti li fuqhom jimxi waqt din il-purcissjoni.
Il-bolla tas-27 centezmu turi l-istatwa sabiha ta’ Kristu Rxoxt tal-Parrocca ta' Bormla, aktarx xoghol ta' Spanja ta' l-1741, waqt il-girja tradizzjonali li ssir hemmhekk nhar l-Ghid il-Kbir filghodu. Fl-ahhamett, fil-bolla tat-82 centezmu naraw is-Sepulkru jew l-Artal tar-Repozizzjoni tal-Parrocca tal-Birgu armat fl-okkazjoni ta’ Hamis ix-Xirka.
Huwa ta' sodisfazzjon kbir ghalina l-Mostin li mill-vari l-iktar imsemmijin tal-parrocca taghna, tnejn dehru fuq dan is-sett ta’ bolli. Ta' dan wiehed ghandu ghax jifrah filwaqt li jirringrazzja lil Maltapost tal-hsieb sabih taghha li tfakkar l-aktar gimgha ghaziza ghalina l-Insara matul is-sena.
Skond nota bl-Ingliz li dehret fis-Souvenir Folder li jakkumpanja s-sett tal-hames bolli l-godda, l-urna tal-Monument hija disinn ta’ Wistin Camilleri. Fil-fatt Wistin Camilleri hadem biss ix-xbiha ta' Kristu mejjet u t-tmien angli li jzejnu dan il-Monument. L-urna ddisinjaha u skolpiha l-Vittorjozan Antonio Agius.
Issa li sentejn ohra, jigifieri fl-2008, il-parrocca ghaziza taghna sejra taghlaq 400 sena mit-twelid taghha, ikun tassew floku li kieku l-Posta ta’ Malta joghgobha tohrog sett ta' zewg bolli li jfakkru din il-grajja. Is-suggett ta’ dawn il-bolli jkun il-knisja monumentali, glorja tal-Mosta u ta' Grongnet u l-kwadru titulari nkurunat ta’ l-Assunta, xoghol ta’ Pasquale Buhagiar, ivvenerat fil-Parrocca tal-Mosta sa mill-1678.
S'issa din hija x-xewqa ta’ hafna u hafna Mostin; jalla dan ghad isehh ukoll.