The Mosta Archives Banner

Bidu u zvilupp tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Mosta

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Jannar – April 2000


Ir-redendur tal-MostaL-istatwa artistika ta' Gesu Redentur mghobbi bis-Salib.

(p.4) Ghalkemm fil-Mosta l-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira m’ilhiex issir izjed minn 134 sena, l-ewwel hjiel ta’ devozzjoni lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu jehodna lura lejn is-sena 1686. F’dik is-sena kienet twaqqfet fil-Knisja Parrokjali tal-Mosta, il-Kumpanija tal-‘Buona Morte’ jew ta’ l-Agunija taht il-protezzjoni ta’ Gesu Msallab Agonizzanti.


Tifkira ta’ din il-grajja ghad baqghalna l-Kurcifiss ta’ l-injam ta’ artist mhux maghruf, li hemm imdendel fil-gholi fuq il-kaxxarizzi tas-Sagristija ta’ fejn hemm il-‘Bomba’, kurcifiss li kien sar fl-1690 biex jitpogga fil-kappellun tal-knisja parrokjali l-qadima minflok il-kwadru tal-Madonna tal-Grazzja.


Fl-1797 twaqqfet fil-Parrocca l-Via Sagra. L-erbatax-il kwadru taghha ghadna ngawduhom sa llum u tpittru bejn l-1791 u l-1796. L-ewwel zewg stazzjonjiet u l-ahhar tnejn huma xoghol il-pittur Antonio Xerri filwaqt li l-ghaxar kwadri l-ohra huma tal-pittur maghruf Rokku Buhagiar.


Xbiha ohra li tfakkarna fil-Passjoni ta’ Kristu u li x’aktarx ukoll li kienet ivvenerata fil-knisja parrokjali l-qadima kienet dik tal-‘mezzo bust’ ta’ l-‘Ecce Homo’, li llum tinsab fil-kannierja imma li kienet ghamlet zmien ukoll ivvenerata gewwa l-knisja taghna sewwa sew fil-Kappella tal-Madonna tac-Cintura. Barra minn dan ma hemm l-ebda hjiel ta’ xi purcissjoni li kienet issir fil-Parrocca taghna b’xi statwa jew ohra tal-Passjoni.


Tista’ tghid li sa mill-bidu tas-Seklu Dsatax missirijietna kienu bdew jitwebblu li jibnu knisja parrokjali gdida. Mill-1833 ‘il quddiem hsiebhom kien biss li xi darba jaraw lesta r-Rotunda. Ghalhekk insibu li filwaqt li fi tnax-il post iehor f’Malta, il-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira kienu diga bdew isiru, gewwa l-Mosta t-twaqqif ta’ din il-purcissjoni kien ghadu ‘l boghod ghax l-ewwel kellha tkun imwaqqfa r-Rotunda.


Kien ghadha kollha bajda, jigifieri gebel, bla skultura u induratura, b’xi ftit mill-kwadri lesti wkoll u bil-paviment tal-franka meta gewwa l-knisja l-gdida tal-Mosta kienu dehru ghall-ewwel darba fostna l-ewwel zewg statwi tal-Gimgha l-Kbira, dik ta’ Gesu fl-Ort tal-Getsemani u l-ohra ta’ Gesu marbut mal-kolonna, zewg xogholijiet tal-maghruf statwarju Senglean Karlu Darmanin li dak iz-zmien kien fl-aqwa tal-karriera tieghu.


Kienet is-sena 1866, sitt snin biss wara li kien ghadha kemm tlestiet ir-Rotunda, meta ghall-ewwel darba hargu mit-tempju taghna l-ewwel zewg statwi f’dik l-ewwel purcissjoni tal-Passjoni. Il-Kappillan ta’ dak iz-zmien kien Dun Anton Mallia minn Birkirkara, imma l-bniedem li baqa’ jissemma bhala l-‘fundatur’ tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Mosta kien Girgor Vella, is-sagristan tar-Rotunda li nistghu nghodduh ukoll bhala l-ewwel prokuratur.


Izjed xoghlijiet ta’ Darmanin


Dik l-ewwel purcissjoni kellha bidu umli imma zviluppat u kibret malajr hekk li fi ftit tas-snin saret wahda mill-izjed purcissjonijiet maghrufin u popolari f’dawn il-gzejjer taghna.


Fl-1869 zdiedu b’sodisfazzjon kbir tal-Mostin zewg vari ohra mill-izjed artistici, dik ta’ Gesu Redentur mghobbi bis-Salib u l-grupp statwarju stupend tal-Vara l-Kbira. Fis-snin li gew wara, komplew zdiedu l-istatwi ta’ l-Ecce Homo li kien bil-qieghda, tal-Veronika, tal-Monument u tad-Duluri. B’hekk is-sett tat-tmien statwi tradizzjonali kien issa komplut.


Gara, izda, li dawn l-ahhar erba’ statwi li semmejna kienu regghu gew mibdulin matul is-snin, minhabba li ma kinux tal-livell artistiku ta’ l-ewwel erbgha li kienu saru minn Darmanin. L-eccezzjoni kienet l-istatwa ta’ Marija Addolorata li kienet b’anglu zghir maghha li kienet ukoll xoghol Karlu Darmanin, izda nbidlet xorta wahda, ghax kif jinghad, fil-proporzjon kienet xi naqra wahda izghar mill-bqija ta’ l-istatwi l-ohra.


L-istatwi li nbidlu


Insibu li fl-1895 saru mill-gdid permezz ta’ gbir pubbliku l-istatwi ta’ l-Ecce Homo li sar bil-wieqfa u tal-Veronica li saret b’tifla maghha, skont kif kienet ratha l-mistika Germaniza Anna Katerina Emerick f’wahda mir-rivelazzjonijiet privati li kellha fuq il-Passjoni. Dawn iz-zewg statwi hadimhom Karlu Darmanin. Hawn jidher car li missirijietna xtaqu li jkollhom sett jekk jista’ jkun kollu ta’ l-artist Darmanin. Xtaqu wkoll li Darmanin jaghmlilhom Duluri ohra li fid-daqs tkun taqbel izjed mal-bqija ta’ l-istatwi l-ohrajn. Jghidu li Darmanin xtaq ukoll jaghmlilhom ohra tant li skont xi whud li kienu ghadhom jiftakru dan l-istatwarju kien diga hejja l-mudell tal-wicc taghha. Izda din ma lahaqx ghamilha ghax hu miet fl-1909 fl-ghomor ta’ 84 sena.


Kellhom jghaddu tmien snin wara mewtu biex saret id-Duluri li ghandna llum. Din saret mil-lavrant li kellu Darmanin li ma kienx ghajr l-istatwarju Karmnu Mallia. Id-Duluri li tidher akkumpanjata minn San Gwann saret fl-1917 u kienet thallset minn gbir minn fost is-suldati Mostin li kienu ngaggati fir-rigment tal-K.O.M.R.


Nhar Hadd il-Palm ta’ l-1924 izzanzan il-Monument famuz li ghandna li sar flok iehor eqdem minnu. Il-Korp ta’ Kristu mejjet flimkien mat-tmien angli li jzejnuh huma xoghol l-istatwarju msemmi Ghawdxi Wistin Camilleri filwaqt li l-urna ndurata bid-deheb kienet iddisinjata u mahduma b’sengha kbira mill-Vittorjozan Antonio Agius. Dan il-monument hekk sabih kien hallas ghalih il-benefattur kbir tar-Rotunda s-Sur Karm Dimech P.E.P.


L-ahhar vara li saret kienet dik tal-grupp statwarju tat-Tradiment ta’ Kristu, xoghol l-istatwarju Mqabbi Glormu Dingli li kien joqghod ir-Rabat ta’ Malta. L-istatwa kienet izzanznet nhar Hadd il-Palm, 7 ta’ April, 1963.


(p.6) Nistghu nghidu li f’dawn il-134 sena li ghaddew s’issa kemm f’dak li hu tizjin u manutenzjoni ta’ l-istatwi nnifishom u kemm f’dawk li huma zviluppi godda fil-purcissjoni, il-Gimgha l-Kbira baqghet dejjem gejja ‘l quddiem. Saru l-bankuni sbieh tal-gewz u saru bil-fidda, ir-raggieri, id-dijademi u l-oggetti l-ohra li bihom huma mzejnin l-istatwi. L-istatwi stess inzebghu s’issa xi erba’ darbiet, l-ahhar fosthom fl-1952 meta kienu regghu gew mizbughin b’sengha kbira, kif ghadhom sa llumm mill-Kavallier Rafel Bonnici Cali.


Sar is-Salib sabih tal-Via Sagra, disinn u xoghol ta’ l-ebanista msemmi l-iskultur Vittorjozan Emanuel Buhagiar. Fost ix-xoghlijiet ta’ rakkmu ta’ min isemmi l-Bandalora tal-Passju, dik ta’ l-S.P.Q.R. li nhadmet l-Italja fuq id-disinn ta’ Buhagiar u dawk tas-Seba’ Kelmiet li nhadmu Ruma. Dawn saru bil-Malti flok bil-Latin, irrakmati bid-deheb fuq bellus mill-isbah.


Mill-1970 ‘l hawn, il-purcissjoni hadet dehra izjed spettakulari meta minflok it-tfal, bdew jilbsu l-kbar bhala dawk il-persunaggi li jirraprezentaw l-aktar dawk il-protagonisti li kellhom l-izjed x’jaqsmu mal-Passjoni u l-Mewt ta’ Kristu. Dawn il-persunaggi mlibbsin bi lbies ghani ta’ satin u bellus, bi glalen u frenez tad-deheb u dawk is-suldati Lhud u Rumani b’dawk l-elmijiet, korazzi u mantelli taghhom jaghtu lil din il-purcissjoni taghna dehra mhux biss spettakulari izda wkoll serja; serjeta li tithallat ma l-aspett devozzjonali li jaghtu t-tfal lebsin iz-zimarri sbieh u l-fratelli fosthom dawk imghammdin li jkaxkru l-ktajjen wara kull statwa.


Zvilupp iehor li kompla sebbah il-purcissjoni kien is-sehem ta’ banda ohra. Illum barra mill-Banda Nicolo Isouard quddiem il-Vara l-Kbira, bejn l-Ort u t-Tradiment, tiehu sehem ukoll il-Banda Santa Marija. Id-drawwa bis-sehem ta’ zewg baned ilha issa madwar 26 sena li dahlet fil-Mosta.


F’idejn il-Prokuraturi


L-organizzazjoni ta’ din il-purcissjoni kienet tista’ tghid minn dejjem u ghadha f’idejn il-Prokuratur, qassis mahtur mill-Arcipriet tal-Parrocca, dari meghjun minn ghadd ta’ sekulari, illum mill-Kumitat Organizzattiv imwaqqaf apposta u kompost ukoll minn sekulari habrieka. Hawn ma nistghux ma niftakrux fil-hidma tal-prokuraturi in-generali u ta’ xi whud minnhom in partikulari.


Ta’ min jiftakar fil-prokuratur Dun Guzepp Vella li ordna l-Monument ghand Toni Agius. Insemmu lil Monsinjur Anton Muscat li fi zmienu sar is-Salib tal-Via Sagra, regghu nzebghu l-Vari minn Bonnici Cali, tghammru bil-fided li ghandhom, saru xi bankuni godda u saret ukoll il-bandalora ta’ l-S.P.Q.R. Insemmu lil Monsinjur Bert Bezzina li fiz-zmien qasir li ghamel bhala prokuratur, ghalkemm kien Arcipriet ukoll, saret l-istatwa tat-Tradiment kompluta bil-bankun b’kollox. Insemmu lil Dun Karm Mifsud, li fi zmienu, fost affarijiet ohra, saru hafna mill-vestwarju tal-persunaggi l-kbar u r-restawr tal-Monument.


Ma nistghux ma nsemmux il-prokuratur prezenti Dun Stiefnu Fava. Fi zmien dan il-Prokuratur habrieki saru l-Bandalori godda tas-Seba’ Kelmiet minflok il-qodma. Saru l-fracen bil-bankuni taghhom, bosta zimarri sbieh u rikki u n-nicca tant mixtieqa tal-Vara l-Kbira li saret b’sodisfazzjon kbir tal-poplu Mosti. Opra ohra li tibqa’ tifkira ta’ dan il-prokuratur hija dik ta’ tmien bandalori ohra godda u rrakmati li qeghdin isiru biex jimxu wahda quddiem kull statwa fil-purcissjoni. Fl-ahharnett insemmu, imma mhux l-inqas, il-generozita ta’ tant reffiegha u dilettanti ohra ta’ matul is-snin l-imghoddija u ta’ issa u tal-poplu Mosti kollu li dejjem ikkontribwixxa sabiex il-Gimgha l-Kbira tkun fostna dik li hi llum.


Riferenzi

  1. Il-Cumpanja tal-Buona Morte jew Ta L’Agonia (1925) – Ktejjeb – pag. 6.
  2. Taghrif dwar il-Via Sagra mehud minn manoskritti mizmuma fl-Arkivju tal-Knisja Arcipretali.
  3. Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f’Malta u Ghawdex (1992) – 13-il Kittieba Diversi – Pubblikazzjonijiet Indipendenza – pag. 161 sa 164.
  4. Good Friday Procession, Mosta, Malta – Mosta Parish 1986.
  5. L-istatwi Titulari u l-Istatwarji Taghhom – Guido Lanfranco (1999) – pag. 87.
  6. Il-Knejjes Parrokkjali ta’ Malta u l-Festi Taghhom – San Pawl il-Bahar – Pubblikazzjoniiet Indipendenza 1994 – pag. 59.