The Mosta Archives Banner

Servizz ta' elettriku fil-Bidnija


Il-Mosta: Dicembru 1965 – Jannar 1966


L-elettriku fil-BidnijaL-elettriku fil-Bidnija

(p.3) L-Onor is-Sur Nikol Muscat, M.P., nhar it-Tnejn, 1 ta' Novembru 1965, filghaxija, inawgura servizz ta' l-elettriku fil-Bidnija, fil-limiti tal-Mosta.


Prezenti ghal din l-okkazjoni kien hemm il-Ministru tax-xogholijiet u Djar, l-Onor. Dott. Joseph Spiteri, in-Nutar Sammy Abela, M.P., u bosta nies tal-lokal.


Meta kellem lill-folla, il-Ministru Spiteri qal li fil-Bidnija saru bosta xoghlijiet mill-Gvern: infethet it-triq li taghti access ahjar ghar-rahal, u s-servizz  ta' l-ilma tjieb ukoll. Issa bi ftit tahbit ingieb ukoll is-servizz ta' l-elettriku. Madwar 35 dar inghataw l-elettriku dakinhar stess u fit-toroq gew mixghul 11-il bozza.