Artisti u dilettanti Mostin u x-xoghlijiet taghhom li jfakkru l-Passjoni ta' Kristu
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Jannar – April 1987
(p.5) Fl-okkazjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' din is-sena jixraq li naghtu harsa hafifa lejn dawk l-artisti u dilettanti Mostin u x-xoghlijiet taghhom li jfakkru t-tbatijiet ta' Kristu u tal-Madonna li nhadmu tul dawn l-ahhar zewg sekli li ghaddew.
L-Ecce Homo ta' Haz-Zebbug, xoghol iehor ta' Mifsud in-Najci fl-1826. Dak iz-zmien ahna fil-Mosta konna ghadna bil-knisja l-qadima qed taqa', lanqas biss hlomna bir-Rotunda, ahseb u ara bil-vari tal-Gimgha l-Kbira li bdejna bl-ewwel 2 fl-1866 bil-Marbut u bl-Ort. Din il-vara kienu zdiedula suldat Ruman fl-1987, u Pilatu u tifel fl-1998, xoghol ukoll Michael Camilleri Cauchi. Ara fb post.
Mastru Antonio Mifsud
L-ewwel artist Mosti li jkollna nsemmu huwa Mastru Antonio Mifsud (1760-1830), maghruf bhala "In-Najci." Mifsud kien modellatur u dilettant tal-kartapesta u huwa meqjus bhala l-istatwarju li ppopolarizza t-teknika tal-kartapesta f'pajjizna. Huwa kellu l-hanut tieghu fil-Belt Valletta u bejn l-1824 u l-1826 hadem il-vari tal-Gimgha l-Kbira ta' Haz Zebbug flimkien ma Kurcifiss li kien jintuza ghall-priedka tat-Tliet Sighat f'dik l-istess parrocca. Meta dawn il-vari kienu lesti kien mar jarahom l-Isqof Mattei, li fahharhom u zejjinhom ukoll bl-indulgenzi. Intant, matul il-mixja tas-snin, il-bicca l-kbira ta' dawn l-istatwi kienu gew mibdulin u llum mis-sett originali ta' Mifsud baqa' biss il-Kurcifiss tal-Vara l-Kbira, il-Marbut u l-Ecce Homo.
Zewg statwi ohra li huma maghdudin bhala xoghol Mifsud huma l-Ort (1825) u l-Ecce Homo (1850) fil-knisja ta' Giezu r-Rabat ta' Malta. Fl-1984 l-Ecce Homo li hadem Mifsud kien gie mibdul ma' grupp statwarju gdid mahdum mill-iskultur Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi. Il-qadim, wiehed ghadu jista' jarah gewwa l-Oratorju fejn hemm San Guzepp l-Inkurunat.
Il-Vara l-Kbira li tohrog minn Ta' Giezu l-Belt hi l-unika opra li nsibu tal-Gimgha l-Kbira ta' Salvatore Dimech u li hadem b'4 persunaggi fl-1854. Din kienet hadet post ohra mahduma minn Mastro Saverio Laferla fl-1741.
Mastru Salvatore Dimech
L-artist Mosti l-iehor huwa Mastru Salvatore Dimech (1805-1887), maghruf bhala “Is-Sartx”. Dimech, li meta zzewweg mar joqghod Hal Lija, jibqa' msemmi ghall-ghadd sabih ta' statwi tal-gebel li ghandu mxerrdin ma Malta. Kien hadem ukoll hafna mill-iskultura tat-Teatru Rjal, li waqa' fl-ahhar gwerra, u hadem sahansitra xoghol ta' skultura gewwa l-Kon-Katidral ta' San Gwann il-Belt.
Fl-1854 hadem mill-kartapesta l-grupp statwarju tal-Vara l-Kbira ghall-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-knisja Ta' Giezu tal-Belt Valletta. Sa fejn hu maghruf din hi l-unika statwa li hadem Dimech mill-kartapesta.
Tard f'hajtu hadem ukoll l-istatwi ta' l-injam tal-Lunzjata ta' Hal Balzan (1867), l-ewwel Santa Marija li kellna l-Mosta (1868), u x'aktarx ukoll, l-ewwel statwa ta' Marija Addolorata li kellna fil-parrocca taghna u li jidher li hija wkoll ta' dik l-epoka u li llum wiehed jista' jgawdiha fl-Oratorju Qalb ta' Gesu.
Dilettanti Mostin
Insemmu issa x-xoghlijiet ta' zewg dilettanti Mostin li ghandna gewwa l-Mosta. L-ewwel bicca xoghol hija l-iskultura fl-injam tal-Vergni Marija Addolorata bi Kristu mejjet fi hdana li wiehed jista' jaraha f'nicca sabiha go prospettiva ta' l-injam ukoll li tinsab wara l-altar tal-kappella privata tal-Familja Agius ta' Triq it-Torri. Din il-bicca xoghol hadimha Censu Agius (1862-1939) fuq is-sittin sena ilu u wiehed jista' jgawdiha l-aktar nhar il-festa tad-Duluri (li ssir f'din il-kappella l-gimgha ta' qabel il-Gimgha l-Kbira) u fil-jiem tal-Gimgha l-Kbira, meta din il-kappella tkun miftuha ghad-devozzjoni u l-ammirazzjoni tal-pubbliku.
Dilettant iehor li naraw ix-xoghlijiet tieghu l-aktar fit-toroq tal-Mosta huwa Fabrizio Bartolo, li kienu jghidulu Bizzju. Kien ihobb jiskolpi fil-gebel statwi u medaljuni. Fil-bidu ta' Triq il-Pont naraw zewg medaljuni "mezzo busti" li juru l-Ecce Homo u d-Duluri. Fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, kantuniera ma Triq Gafa niltaqghu ma medaljun iehor ta' l-Addolorata.
Dan id-dilettant Mosti zgur li jibqa' msemmi ghall-mudell wisq sabih tal-gebel tar-Rotunda ghaziza taghna (minn barra) li llum hija l-propjeta tas-Sur Joseph Grech.
Zewg artisti Mostin Kontemporanji
Naghlqu din il-kitba billi nsemmu wkoll zewg artisti Mostin ta' zmienna li, barra milli bix-xoghlijiet taghhom ghamlu gieh lil rahal twelidhom u lil Malta, huma wkoll bl-arti taghhom fakkru l-Passjoni ta' Kristu.
L-ewwel fost dawn l-artisti kompajzana taghna huwa Ganni Bonnici, skultur maghruf ta' zmienna. Fost ghadd sabih ta' xoghlijiet li ghandu fil-knejjes taghna niltaqghu max-xbieha ta' Kristu Msallab li ghandu tiddomina fil-kKnisja Parrokjali ta' San Piju X gewwa Santa Lucija, xoghol tassew artistiku fil-cold-cast bronze li hadem fl-1976. Tieghu wkoll hija l-Via Sacra li ghamel ghall-parrocca ta' San Bastjan gewwa Hal Qormi.
L-artist Mosti l-iehor li fakkar ukoll il-Passjoni, ghalkemm b'mod differenti, huwa Nazzareno Camilleri. Fis-26 ta' Frar, 1976 il-Posta ta' Malta kienet harget sett ta' erba' bolli sabiex tfakkar il-Folklor Malti. Dawn il-bolli kienu saru fuq id-disinn tas-Sur Camilleri. Dik ta' l-ghaxar centezmi tfakkar il-Gimgha l-Kbira. F'din il-bolla wiehed jara grupp ta' reffiegha qeghdin igorru grupp statwarju li juri ‘l Gesu mghobbi bis-salib fi triqtu lejn il-kalvarju.
Riferenzi
- P.P. Castagna, Storja ta' Malta, 1869, pagni 106 u 110.
- Rob. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibblijografiku Nazzjonali, 1960, pagni 179 u 346.
- Gorg Aquilina O.F.M, Il-Gimgha l-Kbira tal-Belt, 1986, pagna 38.
- Luret Vella, Storja ta' Haz Zebbug, pagna 76.
- Il-gazzetta Il-Mosta, Frar-Marzu 1975, Is-sett rebbieh fil-kompetizzjoni tal-bolli, pagna 3.
- Il-gazzetta Il-Mosta, Dic. 1976 – Jan. 1976, V.Caruana, Kurcifiss ta' Ganni Bonnici f'Santa Lucija, pagna 4.
- Il-gazzetta In-…Taghna, 8/4/82, Anthon Casha, Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fir-Rabat.
- Il-gazzetta Il-Mument, 24/2/85 u 10/3/85, Statwarji u Skulturi Maltin tal-Vari tal-Gimgha l-Kbira.