The Mosta Archives Banner

Artisti li hadmu fir-Rotunda tal-Mosta (3) – Emanuel Buhagiar

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Harga Nru. 5 (2007) Format Gdid


(p.48) Emanuel Buhagiar jibqa' msemmi bhala disinjatur, skultur u ebbanista mill-aqwa. Huwa twieled il-Birgu fl-1876. Sa minn ckunitu nxtehet ghall-iskultura taht is-surmast Saliba tal-Birgu li mieghu tghallem u tharreg f'din l-arti sabiha.


Buhagiar ha l-ewwel tahrig tieghu wkoll minghand mghallmin bhall-ahwa Aristide u Giuseppe Bonnici ta' l-Isla u Arturo Galdes. Tharreg ukoll fid-disinn taht il-pittur Lazzaro Pisani flimkien mal-habib kbir tieghu Abram Gatt ta' Bormla. Baqa' sahansitra maghruf ukoll ghas-sengha ta' l-interzjar; sengha li kien tghallimha minghand il-Vittorjozan bhalu Emanuel Decelis.


Izzewweg lil Ersilia Cali, neputija tal-wisq maghruf pittur Giuseppe Cali u mar joqghod Hal Tarxien fejn kellu l-hanut. Ghal hafna snin ghammar Rahal Gdid fejn miet fl-1962 fl-ghomor ta' 85 sena.


Tista' tghid li fil-bicca l-kbira tal-knejjes parrokkjali taghna, tiltaqa' ma xi bicca xoghol artistika ta' Manwel Buhagiar. Fost l-opri sbieh li hadem ghal diversi knejjes ta' min isemmi l-bradelli tal-parrocca ta' Hal Safi, Hal Gharghur, Had Dingli u l-Gudja, li saru fuq id-disinn tieghu stess. Il-bradelli ta' l-Imqabba u ta' Hal Balzan hadimhom fuq id-disinn ta' Abram Gatt. Tieghu wkoll huwa t-tuzell famuz tal-parrocca taz-Zejtun. Fuq disinn iehor tieghu huma l-gandlieri tal-fidda ta' San Gorg Martri ta' Hal Qormi u dawk ta' Hal Safi.


Barra minn dawn insemmu ghadd ta' ostensorji u relikwarji, ventartali u pedistalli u bosta armar dekorattiv iehor minn dak li naraw fil-knejjes l-aktar fil-festi titulari tal-parrocci taghna.


Id-disinji li baqghu biss fuq il-karti


L-ewwel xoghlijiet ta' Buhagiar ghar-Rotunda kellhom ikunu d-disinn tal-pedistall flimkien mal-bankun ghall-istatwa titulari ta' l-Assunta. Kien disinn wiehed ghal zewg opri tant mixtiqin mill-Mostin ta' dak iz-zmien u t-tnejn marbutin mal-grajja ta' meta, fl-1948, l-istatwa ta' Santa Marija ta' Salvatore Dimech kienet giet modifikata u tista tghid mibdula ghal kollox minn Censu Apap.


Dik il-habta ta' l-ewwel snin ta' wara t-tieni gwerra dinjija, il-Mostin bdew jahsbu biex lill-vara ta' Santa Marija jaghmlulha pedistall tal-fidda u bankun u bradella godda li jixirqu lill-Patruna taghhom. Ghal dan il-ghan kien tqabbad Manwel Buhagiar, disinjatur b'talenti kbar. Dakinhar li zzanznet il-vara, jigifieri nhar it-8 ta' Awissu 1948, kienu zzanznu sett ta' erba' fracen tal-bronz ibbanjati bil-fidda. Dawn kienu saru fuq id-disinn u l-mudelli ta' Buhagiar u kienu gew irregalati lil Santa Marija mis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.


Id-disinji tal-pedistall u tal-bankun li kien ghamel Buhagiar kienu ntghogbu hafna min-nies tal-Mosta, izda l-awtoritajiet ta' l-arti fil-Kurja ta' Malta kienu hasbuha mod iehor, id-disinji ghal xi raguni jew ohra ma kinux ghaddewhom. F'dak iz-zmien li l-Mostin kienu qeghdin joholmu li xi darba jkollhom pedistall tal-fidda, kien inqala' s-Sur Ganni Delicata, refugjat mill-Isla u negozjant tad-drappijiet. Dan kien ta lill-Arcipriet Sciberras 500 lira ghall-pedistall tal-fidda; somma kbira ghal (p.49) dak iz-zmien. Gara imma li l-holma tal-pedistall sfumat fix-xejn ghalkemm snin wara kien hemm attentati ohra li huma wkoll ma rnexxewx. Mhux hekk gara mill-bankun.


Wara l-Arcipriet Dun Karm Sciberras, lahaq Dun Pawlinu Galea li hadem biex solva l-kwistjoni tal-bankun u xtaq anki li wara jaghmel il-pedistall tal-fidda. Dan qabbad lis-Surmast Carmelo Tonna tar-Rabat ta' Malta biex jaghmel disinn hu. Tonna kien maghruf bizzejjed, kemm bhala disinjatur kif ukoll bhala skultur. Fl-ahhar id-disinn ta' Tonna ghadda, wara li kellu hu wkoll jaghmel xi tibdil. Dan il-bankun ta' Tonna zzanzan fl-1957 bis-sodisfazzjon kbir tal-poplu Mosti.


Wahda mill-pilandri li jintramaw f’tarf iz-zuntier  ghall-festa ta' Santa Marija Wahda mill-pilandri li jintramaw f'tarf iz-zuntier ghall-festa ta' Santa Marija

Id-disinji ta' Buhagiar ghall-armar tal-pjazza


Fil-Mosta, l-armar ta' barra ghall-festa ta' Santa Marija kien minn dejjem f'idejn il-Knisja. Fl-1947, xi membri tal-Kazin Santa Marija, bil-permess ta' l-Arcipriet, kienu bil-hsieb li jiehdu l-armar f'idejhom biex b'hekk jaghtu bidu halli l-pjazza ta' quddiem ir-Rotunda jkollha armar li jixirqilha. Ghal dan il-ghan kienu qabbdu lil Manwel Buhagiar biex ihejji d-disinji ghal dan l-armar. Buhagiar kien ghamel id-disinji ghal pilandra, trofew u pedistall ta' statwa. Minn dan kollu saru biss zewg pilandri ghax il-pjan sfratta. Dawn iz-zewg pilandri ghadhom jintramaw ghall-festa quddiem iz-zuntier. Mill-bqija baqa' biss id-disinji originali li kien ghamel Buhagiar li ghadhom mizmumin fil-Kazin Santa Marija.


Ghall-Kazin Nicolo Isouard, Buhagiar iddisinja tnejn mill-isbah bandalori li ghandu dan l-ewwel kazin tal-banda gewwa l-Mosta. Dawn huma mizmumin b'ghozza minn din is-socjeta filarmonika u wiehed jista' jammirhom l-iktar fil-granet tal-festa.


Il-gwarnic tal-ventartal ta' l-altar maggur li jintrama f'xi  festi kbar tal-knisja. Il-gwarnic tal-ventartal ta' l-altar maggur li jintrama f'xi festi kbar tal-knisja.

Disinn ta' gwarnic ta' ventartal u gastri


Ghall-habta tal-bidu tal-hamsinijiet Buhagiar ghamel kemm id-disinn u kemm l-iskultura ghall-gwarnic tal-ventartal ghall-artal maggur li jintuza fil-festi l-kbar tal-Knisja bhall-Ghid il-Kbir, Ghid il-Hamsin, il-Konsagrazzjoni tal-Knisja u ohrajn. Dan il-gwarnic kien sar ghall-habta tal-bidu tal-parrokat ta' l-Arcipriet Dun (p.50) Pawlinu Galea. Hallas ghalih Carmelo Borg maghruf bhala ‘il-qawwi' tant li dan il-gwarnic sabih baqa' maghruf  bhala ‘tal-qawwi'.


Wahda mill-erba’ gastri ta' madwar l-istatwa ta' Marija  Addolorota Wahda mill-erba' gastri ta' madwar l-istatwa ta' Marija Addolorota

Dik il-habta wkoll, fi zmien li l-prokuratur tal-festa tad-Duluri kien Dun Ang Dingli, saru l-erba' gastri skolpiti fl-injam bil-fjuretti b'kollox ghal madwar l-istatwa sabiha u devota tad-Duluri ta' Settembru. Dawn ukoll huma disinn u xoghol ta' l-iskultur Manwel Buhagiar.


Is-salib il-Prim tal-Via Sagra mahdum mill-ebbanu. Is-salib il-Prim tal-Via Sagra mahdum mill-ebbanu.

L-isbah opra


L-isbah opra li hadem Buhagiar ghar-Rotunda taghna l-Mostin hija s-salib il-prim tal-Via Sagra li narawh espost fil-kappella tal-Kurcifiss ghall-festa ta' Santa Marija. Fil-jiem tal-Gimgha l-Kbira jkun espost fil-kappella ta' San Guzepp u narawh ukoll fil-bidu tal-purcissjoni tal-passjoni li tohrog mir-Rotunda nhar il-Gimgha l-Kbira.


Dan is-salib ta' l-ebbanu kien sar fl-1946 fiz-zmien li kien prokuratur tal-Gimgha l-Kbira Dun Anton Muscat, wara Monsinjur. Hallsu ghalih ir-reffiegha tal-Vara l-Kbira. Ghandu matul l-erba' frieghi tieghu, minn wara u minn quddiem, skolpita b'sengha kbira l-warda tal-Passjoni u fih Buhagiar zgur li wera kemm kien ibbanista tassew kapaci.


Is-salib hu mzejjen b'raggi tal-fidda u b'finimenti mill-izjed eleganti. Ghandu wkoll bankun tal-gewz li jixraqlu, u li kien sar xi snin wara, xoghol ukoll ta' l-imsemmi Buhagiar.


Il-bandalora ta' l-S.P.Q.R. fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira Il-bandalora ta' l-S.P.Q.R. fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira

Biex inkunu ghedna kollox dwar ix-xoghlijiet ta' Emanuel Buhagiar ghall-Knisja Arcipretali taghna naghlqu billi nsemmu d-disinn tal-bandalora ta' l-S.P.Q.R. jew ta' 'l-ajkla'. Narawha ta' kull sena zzejjen il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Hija bandalora tal-bellus vjola skur irrakmata bid-deheb u nhadmet Milan fl-1954 flimkien mal-lastri u l-ajkla li ghandha tiddominaha, bit-thabrik tal-prokuratur Dun Anton Muscat.


B'dawn l-opri artistici li semmejna kemm fil-Mosta kif ukoll hafna ohrajn imxerrdin fil-knejjes ta' pajjizna, it-tifkira ta' Emanuel Buhagiar, skultur, disinjatur u ebbanista, zgur li tibqa' hajja fostna ghal hafna u hafna snin.


Riferenzi

  1. R. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali (Malta, 1960), p.64.
  2. D. Schembri, ‘Emanuel Buhagiar (1876-1962)', Ghaqda ta' l-Armar Marija Annunzjata – Tarxien (Malta), p.55.
  3. J.F. Grima – Il-Knisja Parrokjali ta' San Gorg Hal Qormi – Erba' Sekli ta' Storja (Malta), p.90-1.
  4. Hajr lill-Kazin Santa Marija tal-fotokopja tad-disinji originali ta' Emanuel Buhagiar ghall-armar tal-pjazza ta' quddiem ir-Rotunda.