The Mosta Archives Banner

Artisti li hadmu fir-Rotunda tal-Mosta (2) – Paolo Bugeja

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Harga Nru. 4 (2007) Format Gdid


(p.51) Mastru Pawlu Bugeja kien skultur ta' hila kbira kif juru x-xoghlijiet tieghu li ghandu fil-knejjes ta' pajjizna. Ftit irnexxilna niksbu taghrif dwaru hlief li kien mir-Rabat ta' Malta u li hadem bejn wiehed u iehor lejn l-ahhar ghoxrin sena tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu ghoxrin. Opra mill-isbah tieghu li hadem fl-1882 hija l-urna ta' Kristu mejjet fil-Monument tal-Gimgha l-Kbira tal-Knisja Arcipretali tan-Naxxar. Ghamel sahansitra modifikazzjonijiet fuq statwi titulari ta' l-injam bhal fil-kaz ta' Marja Annunzjata ta' Hal Tarxien fl-1885 u dik ta' San Gorg Martri ta' Hal Qormi fl-1896. Niltaqghu wkoll ma pedistall li ddisinja u hadem ghal diversi statwi processjonali tal-parrocci taghna.


Naraw ftit x'hadem ghar-Rotunda taghna l-Mostin. Hawn narawh bhala disinjatur gwapp u xejn inqas bhala skultur fl-injam. Flimkien ma huh (?) Tommaso narawh ukoll bhala nduratur.


Il-pedistall tal-vara ta' San Guzepp Il-pedistall tal-vara ta' San Guzepp

Zewg pedistalli sbieh


Fl-1889, fi zmien l-ewwel Arcipriet tar-Rotunda Dr. Dun Pawl Xuereb ingabet l-istatwa tal-kartapesta ta' San Guzepp mill-fabbrika Franciza ta' Galard et Fils ta' Marsilja. L-istatwa dritt sarilha pedistall li gie tassew jixirqilha. Jispikkaw f'dan il-pedistall l-erba' mensoli maestuzi li ghandu li fuqhom jistriehu erba' angli mill-izjed helwin migjubin sena wara mill-istess fabbrika ta' Galard et Fils. Dan il-pedistall huwa disinn u xoghol ta' Mastru Pawl Bugeja. Is-sena 1889, is-sena li fiha ngabet l-istatwa, tidher sgraffita fuq l-iskudett tal-faccata tan-naha ta' wara tal-pedistall.


Il-pedistall tal-vara tad-Duluri ta' Settembru Il-pedistall tal-vara tad-Duluri ta' Settembru

Disinn u xoghol ukoll ta' Pawlu Bugeja huwa l-pedistall wisq sabih tad-Duluri ta' Settembru. Din l-istatwa ngiebet mill-istess fabbrika ta' Galard et Fils xi sentejn jew tlieta wara li kienet ingiebet dik ta' San Guzepp. Fin-nuqqas ta' dokumenti jkollna dejjem noqghodu fuq dak li kienu jghidu ta' qabilna. Mastru Pawl Bugeja rega' gie mqabbad biex jiddisinja l-pedistall filwaqt li hadmu u zejnu b'dik l-iskultura fina u sabiha li turik bid-deher li ma tista' tkun ta' hadd jekk mhux ta' Bugeja.


Il-ventartal li jintrama fil-Kappella tal-Kurcifiss fil-festa tad-Duluri ta' Settembru Il-ventartal li jintrama fil-Kappella tal-Kurcifiss fil-festa tad-Duluri ta' Settembru

Il-gwarnic tad-Duluri


Ghall-fratellanza tad-Duluri Bugeja ddisinja, filwaqt li hadem ukoll, gwarnic mill-aqwa ghall-uniku ventartal irrakmat li ghandna. Dan il-gwarnic fih skultura mill-isbah ispirata mill-istil barokk. Ghandu wkoll induratura mill-isbah fuq id-deheb u kien u ghadu jintrama fuq l-altar tal-Kurcifiss ghall-festa tad-Duluri tal-15 ta' Settembru. Ghall-festa ta' Santa Marija kienu jarmawh fl-altar ta' Santu Rokku flimkien ma armar iehor tad-Duluri. Illum, ghall-festa ta' Santa Marija, jkun espost taht in-nicca tar-Redentur fis-Sagristija.


Dilettant sewwa tal-knisja taghna smajtu jghid li kien jismaghhom jghidu li l-gwarnic tad-Duluri (p.52) ghamlu l-istess wiehed li ghamel id-disinn tal-gandlieri l-primi ta' l-altar maggur, jigifieri Pawlu Bugeja tar-Rabat. Jaghtik x'tahseb hafna li s-sett ta' gandlieri b'induratura tad-deheb li jintramaw ghall-festa tad-Duluri huma wisq probabbli ta' Bugeja wkoll.


Il-gandlieri l-primi tal-festa li Bugeja ddisinja ghall-altar maggur Il-gandlieri l-primi tal-festa li Bugeja ddisinja ghall-altar maggur

Id-disinn tal-gandlieri ta' l-altar maggur


Id-disinn li hejja Mastru Pawl Bugeja ghall-gandlieri l-primi ta' l-altar maggur tar-Rotunda huwa disinn li jghaxxqek thares lejh biss impingi fuq il-karta. Dan id-disinn huwa merfugh fl-Arkivju tal-Knisja Arcipretali u fih innifsu huwa dokument li dawn il-gandlieri saru fuq id-disinn tieghu, ghax dan l-istess disinn fil-kobor igib il-firma ta' Paolo Bugeja.


Barra d-disinn Bugeja kien ghamel ukoll abbozz ta' l-injam preciz tad-daqs li kellhom jigu l-gandlieri biex jintbaghat ghand il-fabbrikant Clemente Zaffi ta' Turin. B'xorti hazina, il-parti t'isfel biss ta' dan il-mudell ta' gandlieri ghadha tezisti u din tinsab merfugha fl-Arkivju tal-Knisja Arcipretali.


Dawn il-gandlieri wisq sbieh tal-metall saru realta fl-1898 bil-hafna thabrik ta' Dun Glormu Chetcuti, il-prokuratur li kellha r-Rotunda dak iz-zmien. Saru bil-flus migburin bi tbatija minn fost il-Mostin li kienu fil-bicca l-kbira taghhom bdiewa fqajrin, ulied dawk li biss 38 sena qabel kienu, bi tbatija kbira, waqqfu r-Rotunda.


Xoghol ta' induratura


Fl-1927, il-prokuratur Dun Ang Camilleri hareg naqra ta' ktejjeb jismu Tifkira Ghaziza tas-Sac. D. Ang Camilleri. Fih kien ta dettalji ta' l-opri li kien ghamel ghall-knisja taghna matul il-perjodu ta' kwazi 30 sena bhala prokuratur tar-Rotunda. Fost l-ismijiet ta' l-artisti u dekoraturi li hadmu ghall-knisja taghna jissemmew fost l-ohrajn l-induraturi Rabtin Paolo u Tommaso Bugeja.


Fl-1897 l-imghallem Pawlu Bugeja tar-Rabat kien indura dik il-parti ta' l-entratura tal-knisja ta' fejn hemm l-orgni u l-bieb il-kbir. Sena wara jigifieri fl-1898, l-istess induratur indura 6 bibien finti u bejn l-1898 u l-1902 indura l-gwarnicun il-kbir tal-knisja, dak ta' fuq it-twieqi tat-tanbur.


Fl-1902 sar il-lampier il-prim tal-fidda u mieghu sar ukoll il-fjokk li jintrama fuqu. Il-ktejjeb isemmi biss in-nefqa ta' l-induratura tal-fjokk li thallset lil Paolo Bugeja imma min hadem il-fjokk ma (p.53) jissemmiex. Li kieku hadmu xi hadd iehor zgur li kien jissemma' ismu. Jidher allura li min ghamel l-induratura ghamel ukoll il-bqija tal-fjokk.


L-isem ta' Paolo Bugeja jerga' jissemma' bhala dak li argenta l-Appostli tal-Maggur, xoghol ta' Karlu Darmanin, madwar l-1900. L-ahhar darba li jissemma Pawlu Bugeja fil-ktejjeb ta' Dun Ang huwa b'referenza ghall-1908 meta ndura l-pedistall ta' Santa Marija. Jissemma' mbaghad l-isem ta' Tommaso Bugeja tar-Rabat bhala l-induratur tas-16-il tieqa tat-tanbur.


Il-pedistall tar-relikwa li jintrama fuq l-altar ta' San Guzepp ghall-festa tieghu Il-pedistall tar-relikwa li jintrama fuq l-altar ta' San Guzepp ghall-festa tieghu

Opra ckejkna fid-daqs imma mill-izjed artistika hija l-pedistall ckejken li fuqu jitpogga r-relikwarju nhar il-festa ta' San Guzepp fuq l-altar tieghu. Hija wkoll maghduda bhala xoghol ta' Pawlu Bugeja disinjatur, skultur u induratur ta' hila.


Riferenzi

  1. Arkivju Knisja Arcipretali Mosta – Taghrif dwar il-gandlieri ta' l-altar maggur jinsab f'kotba tal-kontijiet.
  2. Tifkira Ghaziza tas-Sac. D. Ang Camilleri madwar 30 sena Procuratur tal Chnisia tal-Mosta li miet fit-8 ta' Settembru tas-sena 1927 (Malta, 1928?).
  3. Festa Marija Annunzjata 2004 – Ktejjeb mahrug mid-dilettanti ta' l-armar ta' Hal Tarxien, p.29
  4. P. Catania u C. Catania, Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, Naxxar (Malta), p.38.
  5. J. Grech, Vari ta' Malta u Ghawdex (Malta, 1998), pp.55, 68, 69, 94.
  6. J. Grech, Il-Vari tal-Gimgha l-Kbira ta' Malta u Ghawdex (Malta, 1999), p.124.
  7. J. F.Grima (ed.), Il-Knisja Parrokjali ta' San Gorg, Hal Qormi (Malta, 1984), pp. 85, 86.
  8. G. Lanfranco, L-istatwi Titulari u l-Istatwarji Taghhom (Malta, 1999), pp. 37, 49, 53, 78.