The Mosta Archives Banner

L-altar ta' San Bastjan

minn Anna Cordeiro


Il-Mosta: Harga Nru. 4 (2007) Format Gdid


It-Titular fil-kappellun ta' San BastjanIt-titular fil-kappellun ta' San Bastjan darba lest mir-restatwr f'Settembru 2019. Juri lil San Bastjan, Santu Rokku u Santa Rozalja. Fejn sieq San Bastjan hemm miktub "Stfanvs Herart Pingebat 1677" li bil-Malti tigi "Stefano Erardi (1630-1716) pitter fl-1677" meta tigi kellu 47 sena. Taht S.Rosalia hemm miktub "Don Ioannes Maria Galia Cappellanvs Ecclesiae Beatae Mariae Virginis Mellechae" li tigi "Dun Gamri Galia Kappillan tal-Knisja tal-Beata Marija Vergni tal-Mellieha" flimkien mal-arma tal-kunjom Galea (jidhirli li l-Mellieha ma kinitx ghada tezisti bhala parrocca wara 1536, forsi kien semplici rettur tal-knisja tal-Ghar?). Ghamel xi zmien prokuratur tal-kappella ta' Wejda. Miet fit-22/05/1688 ta' 67 sena.

(p.39) F’Jannar li ghadda l-habiba tieghi Josette talbitni pjacir. Qaltli li n-neputija taghha Francesca ta’ tlettax-il sena, kellha taghmel essay fuq post ta’ nteress turistiku f’Malta, u hi xtaqet tikteb fuq il-knisja tal-Mosta. Dan ghaliex ghalkemm il-familja toqghod il-Fgura, in-nanna Josette, spiss tkellimha fuq iz-zmien li l-familja ghaddiet fil-Mosta, matul l-ahhar gwerra dinjija.


Ghalhekk is-Sibt, 20 ta’ Jannar, iltqajt ma’ Francesca fuq iz-zuntier u bdejna d-dawra taghna mar-Rotunda. Qattajna aktar minn siegha, ghaliex Francesca ghamlet hafna mistoqsijiet. Wara dhalna wkoll fis-sagristija biex naraw ir-replika tal-bomba li nifdet il-koppla fl-attakk tad-9 ta’ April 1942, ghax in-nanna qaltilha li missierha kien fil-knisja propju fil-hin li waqghet il-bomba.


Ahna u hergin mill-knisja Francesca staqsietni ghaliex kien hemm xemghat mixghula fl-ahhar artal fuq in-naha tax-xellug. Dak il-hin ftakart li propju dak il-jum, 20 ta’ Jannar, il-Knisja tfakkar il-qaddis martri San Bastjan, wiehed mill-qaddisin irraprezentati fil-kwadru ta’ dak l-altar. Ghedtilha wkoll li s-sena l-ohra, kont hadt grupp ta’ Mostin ir-Rabat, biex nassistu ghac-celebrazzjoni li ssir fil-knisja helwa ddedikata lil dan il-qaddis. Is-sena ta’ qabel konna morna nzuru l-parrocca ta’ San Bastjan f’Hal Qormi. Kienet sorpriza ghal Dun Joseph Cilia, mill-Mosta, jara grupp ta’ Mostin jattendu ghall-quddiesa fil-festa liturgika ta’ San Bastjan. X’hin mort id-dar, qghadt nahseb li hi hasra li hafna zaghzagh mill-Mosta m’humiex familjari ma l-opri ta’ l-arti li ghandna fil-knisja taghna, ghalhekk nixtieq naghti xi ftit taghrif u nibda minn dan l-altar li fi zmien l-imghoddi kien jintuza wkoll xi drabi ghac-celebrazzjoni tal-quddies.


L-altar maghruf bhala "ta’ San Bastjan"


Il-pittura fuq l-altar, fil-verita tirraprezenta tliet qaddisin – San Bastjan, San Rokku u Santa Rozalja.


Originarjament dan il-kwadru kien fil-knisja l-qadima (il-knisja parrokjali li kien iddisinja Tumas Dingli ghall-Mosta) u kien impitter minn Stefano Erardi fl-1677 – sena wara l-flagell tal-pesta li laqghat lil Malta. Ghalhekk nahsbu li kien offrut bhala ringrazzjament ghall-helsien minn dan il-flagell, ghaliex it-tliet qaddisin imsemmija huma dawk li lejhom kienu jirrikorru missirijietna fl-imghoddi meta l-gzejjer taghna kienu jintlaqtu mill-pesta.


Iz-zewg kwadri fil-gnub, wiehed jirraprezenta lil San Bastjan quddiem il-Qorti Rumana u l-iehor lil San Rokku jghin li wiehed mill-vittmi tal-pesta. Dawn iz-zewg kwadri huma tal-pittur Rafel Caruana.


Issa naghtu xi taghrif dwar dawn it-tliet qaddisin


San Sebastjan


San Bastjan quddiem l-ImperaturSan Bastjan quddiem l-Imperatur

Sebastjanu kien iben minn familja nobbli u twieled f’Narbona fi Franza. Meta kiber dahal fl-Armata Rumana fiz-zmien meta l-Insara kienu jbatu hafna taht l-imperatur Ruman. Sebastjan kien jghin lill-Insara bil-mohbi u kien fejjaq ukoll il-mara ta’ suldat Ruman, li wara (p.40) tghammed flimkien ma zewgha u suldati ohra. Gie mixli li kien Nisrani u gie moghti s-sentenza tal-mewt. Gie marbut ma sigra u thalla ghal mejjet wara li kien minfud bil-vlegeg. Mara nisranija li riedet tiehu l-gisem ghad-difna, indunat li Sebastjan kien ghadu haj. Iktar tard l-imperatur rega’ ordna li jigi maqtul. Il-gisem tieghu ndifen fil-katakombi ta’ Ruma ma hafna nsara ohrajn. San Sebastjan hu wkoll patrun tas-suldati u l-atleti.


San Rokku


San Rokku jfejjaq marid bil-pestaSan Rokku jfejjaq marid bil-pesta

San Rokku twieled Montepellier fi Franza fl-1295. Missieru kien gvernatur. L-omm talbet biex ikollha tarbija, u skond il-leggenda, meta twieled kellu s-sinjal tas-salib fuq sidru. Wara l-mewt tal-genituri tieghu, iz-zaghzugh Rokku, qassam gidu lill-fqar u beda jghix ta’ pellegrin mendikant.


Mar l-Italja meta l-pajjiz kien milqut mill-pesta. Hu beda jdur bil-morda u fejjaq xi whud minnhom. Meta hu stess intlaqat bil-marda mar jghix go bosk, boghod min-nies. Kien jixrob min-nixxiegha ta’ l-ilma, u kelb tal-kacca ta’ wiehed nobbli kien igiblu hobza zghira biex jitrejjaq. Hekk narawh irraprezentat fil-pittura – liebes ilbies ta’ pellegrin, bis-salib fuq sidru, bil-feriti tal-marda f’saqajh u l-kelb bil-hbejza f’halqu. F’Malta hawn ghadd ta’ knejjes zghar iddedikati lil San Rokku. Isiru celebrazzjonijiet ad unur tieghu fiz-Zurrieq kif ukoll fil-knisja ddedikata lilu f’Birkirkara. Fis-sena 2005 il-grupp taghna tal-Mosta attendejna ghal dawn iz-zewg celebrazzjonijiet.


It-tifkira ta’ Santu Rokku fil-kalendarju tal-Knisja kienet fis-16 ta’ Awissu.


Santa Rosalja


Santa Rosalja twieldet Palermo fi Sqallija fl-1130 minn familja Normanna. Ghexet hajja rtirata fuq Monte Pellegrino u mietet minsija minn kulhadd fl-1166. Fis-sena 1624 il-belt ta’ Palermo ntlaqtet mill-pesta u skond tradizzjoni antika Rosalja dehret lil wahda mara u wkoll lil kaccatur u qaltilhom fejn kienu jinsabu l-fdalijiet taghha. Meta nstab l-ghadam tal-qaddisa, dan gie mehud processjonalment lejn Palermo u matul it-triq dawk milquta mill-pesta gew imfejqa.


Din il-qaddisa hi l-patruna ta’ Palermo u jsiru festi kbar fil-15 ta’ Lulju, jum il-festa taghha.


Tajjeb niftakru f’dawn it-tliet qaddisin bhalma ghamlu missirijietna meta jkun hemm theddid ta’ xi epidemija.