The Mosta Archives Banner

Il-Mosta ssellem lill-Arcisqof ta' l-Inkurunazzjoni, Mons. Arcisqof Emeritu Mikiel Gonzi


Il-Mosta: Frar – April 1984


L-Arcisqof tal-Inkurunazzjoni Mikiel Gonzi, Mosta L-Arcisqof Emeritu Mikiel Gonzi waqt it-Tberik tal-Kuruna li ftit wara kellha titpogga fuq Ras l-Assunta

(p.4) Il-Hadd, 22 ta' Jannar, 1984, ghall-habta tas-7:30am, it-tokki funebri sollenni tal-qniepen tar-Rotunda habbru l-mewt ta' l-Arcisqof Mikiel Gonzi. F'dawk il-waqtiet pjetuzi, fost il-hafna memorji li kellhom tieghu, il-Mostin l-aktar li ftakru fih bhala l-Arcisqof ta' l-Inkurunazzjoni.


In-nies minnufih bdew jesprimu l-apprezzament taghhom bit-talb u bl-offerta tal-quddies u, b'turija ta' luttu, bosta kienu l-hwienet li kellhom faxxa sewda mal-bieb u bosta kienu dawk l-individwi, ghaqdiet religjuzi, kazini u ufficini li tajjru l-bnadar mezz'asta. Dawn is-sinjali esterni ta' luttu baqghu jidhru sa jum il-funeral, 24 ta' Frar, kif baqghu jinstemghu l-moti funebri f'nofsinhar u fl-Ave Maria.


Zewg Grajjiet


Il-Mosta tista' tqis ruhha ixxurtjata li kienet imdahhla f'zewg mumenti saljenti ta' l-episkopat ta' Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi. Wahda habtet tista' tghid mal-bidu tal-hidma tieghu bhala l-ewwel Arcisqof Metropolitan ta' Malta (appuntat fl-1 ta' Jannar 1944) u l-ohra ma'  tmiemha (1976).


Infatti, bhal fiz-zerniq tal-jum, hekk ukoll fil-bidu tal-Arciveskovat tieghu, wahda mill-ewwel hidmiet pastorali kbar tieghu kienet il-petizzjoni nazzjonali ghad-definizzjoni tad-Domma ta' l-Assunta. Il-Hadd, 22 ta' Settembru, 1943, eluf ta' Maltin fgaw ir-Rotunda biex jassistu ghall-quddiesa djalogata mill-Arcisqof u l-prezentazzjoni tal-firem biex jitressqu lill-Q.T. il-Papa Piju XII. L-okkazzjoni l-ohra giet fl-ghabex ta' l-Arciveskovat tieghu meta, sena qabel ma fada r-riedni ta' l-Arcidjocesi f'idejn aktar zaghzugha u meta kellu 90 sena, nhar l-10 ta' Awissu, 1975, f'isem u bl-awtorita appostolika tal-Papa Piju VI, inkuruna x-xbieha tal-Vergni Marija Assunta, titular tal-parrocca taghna. Kien l-Arcisqof Gonzi li insista li l-Inkurunazzjoni tinghata b'digriet tal-Kapitlu Vatikan1.


Mons. Arcisqof Gonzi mhux biss inkuruna lill-Assunta, izda tul it-thejjija ghal dik il-grajja glorjuza interessa ruhu. U, meta qorob iz-zmien hareg Pastorali li nqrat fil-quddies tal-precett tas-Sibt, 19 u l-Hadd, 20 ta' Lulju, 1975.2


Hidma Pastorali


Nistghu nghidu li Mons. Arcisqof Gonzi xi ftit jew wisq dahal f'kull familja Mostija. Ma kienx jitlef Grizma ta' l-Isqof. Hafna mis-sacerdoti taghna gew ordnati minnu. Ha sehem f'funzjonijiet ta' Santa Marija. Ghamel tliet Vizti Pastorali, l-ahhar wahda fl-1969. Zar l-Oratorju Qalb ta' Gesu. Fl-1 ta' April, 1969 zar il-Qasam tas-Subien tal-Museum. Kien mistieden tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bosta drabi, l-izjed ghall-festa ta' Santa Marija. Is-socji anzjani jiftakruh jinawgura l-festi li saru fl-okkazjoni tal-75 anniversarju tas-Socjeta. Fl-1969 kien wiehed mix-xhieda waqt il-qlugh tal-fdal ta' Patri Avertan Fenech, sacerdot Mosti ta' fama qaddiesa li hafna jixtiequ jarawh bejatifikat, u d-difna tieghu f'qabar gdid.


Istituzzjonijiet


Fid-19 ta' Marzu, 1952 Mons. Arcisqof Gonzi (p.6) qieghed l-ewwel gebla tal-kunvent tas-Sorijiet Agostinjani u fit-12 ta' Awissu, 1954 bierku u inawgurah ufficjalment. Qieghed l-ewwel gebla ta' Mount St. Joseph, Targa Gap, il-Hadd, 14 ta' Gunju, 1961 u bierek u fetah il-post ufficjalment fl-20 ta' Dicembru, 1964.3 Fit-12 ta' Awissu, 1975, fl-okkazjoni tal-festi ta' l-Inkurunazzjoni, bierek u fetah l-Oratorju Marija Immakulata.4


L-ahhar funzjoni li mexxa Mons. Arcisqof Gonzi kienet lejliet Santa Marija 1979 meta mexxa t-Translazzjoni Sollenni tar-Relikwija tal-Madonna Assunta.


Tifkira


Nhar l-Erbgha, 8 ta' Frar saret quddiesa koncelebrata, preseduta mill-Arcipriet Dun Joe Carabott, ghal ruhu. Minkejja t-temp, il-knisja kienet mimlija sewwa. Waqt l-omelija l-Arcipriet semma l-hidma kbira ta' l-Arcisqof Gonzi u fakkarna f'meta rajnieh fostna, u specjalment meta inkuruna lill-Madonna. Il-Mostin urew l-approvazzjoni taghhom ghad-diskors ta' l-Arcipriet, il-bicca l-kbira tieghu moqri fid-dawl ta' xemgha u bla ghajnuna ta' loudspeakers, minhabba li nqata' l-kurrent elettriku, b'capcipa spontanja u qawwija.


Il-kant sar mis-sorijiet u  fuq il-presbiterju kien hemm, kwadru kbir ta' l-Arcisqof Gonzi n-naha tal-Vangelu. Tqassmet santa b'ritratt tal-mument sollenni ta' l-Inkurunazzjoni u tahta dan il-kliem:


Il-Parrocca tal-Mosta ssellem lill-E.T. Mons. Mikiel Gonzi Arcisqof Emeritu ta' Malta fid-dahla tieghu fl-eternita 22.1.84 u tibqa' tiftakru b'ghozza ghax kien hu li pogga l-kuruna tad-deheb fuq ix-xbieha tal-Assunta meqjuma fir-Rotunda.


Fuq in-naha ta' wara kien hemm siltiet mill-omelija li ghamel Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca.


Monument


Ikun xieraq li fil-Knisja jsir monument jew kwadru li jfakkar lil Mons. Arcisqof Gonzi u li fil-Mosta tissemma triq ghalih.


Riferenzi

  1. Il-Mosta, Nru 54, Frar-Marzu 1974, p.1.
  2. Storja tal-Mosta, p.619.
  3. Il-Mosta, Nru. 61, p.12.
  4. Il-Mosta, Nru. 64, p.15.