L-Oratorju Qalb ta' Gesu jfakkar il-100 sena mit-twelid tal-fundatur Mons. Dun Karm Sciberras
minn Dun Ang Camilleri
Il-Mosta: Settembru – Dicembru 1993
(p.4) Min kien Dun Karm?
- Dun Karm twieled il-Mosta fis-26 ta’ Novembru, 1893 minn genituri twajba, Frangisku u Grazzja, imwielda Azzopardi. Kienu joqghodu f’dar hdejn il-knisja ta’ Sant’Anton.
- Tghammed l-ghada ta’ twelidu, 27 ta’ Novembru, fil-knisja parrokjali, fejn tawh l-isem ta’ Karmelu ghall-Madonna tal-Karmnu.
- Kien it-tieni fost hames ahwa, Guzeppi, Carmelo, Pawlu, Marija u Ganni.
- Ta’ seba’ snin ircieva l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma ta’ l-Isqof. Dak iz-zmien kienu jsiru f’gurnata wahda.
- Tghallem fl-iskola elementari tal-Gvern, il-Mosta, l-iskola sekondarja ghamilha ghand is-Salesjani. Wara mar is-Seminarju, Ghawdex, biex jistudja ghal sacerdot.
- Dun Karm gie ordnat sacerdot nhar il-31 ta’ Mejju, 1921 fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt mill-Isqof Portelli. Ommu mietet ftit qabel.
- Nhar il-11 ta’ Novembru, 1928 tpoggiet l-ewwel gebla ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu u wara tnax-il sena ta’ hidma, is-Sibt, 8 ta’ Gunju, 1940 l-Arcisqof Dom Mauro Caruana inawgura u bierek dan l-Oratorju.
- Fi zmien il-gwerra 1942 Dun Karm ghen kemm felah lir-refugjati u sahansitra sabilhom post fil-klassijiet tad-duttrina.
- Fil-25 ta’ Jannar, 1943 Dun Karm inhatar Arcipriet tal-Mosta. Dam hames snin ghax sahhtu bdiet sejra lura. L-Arcisqof Mikiel Gonzi hatru Monsinjur Onorarju tal-Katidral. Miet mas-sebh tat-23 ta’ Mejju, 1950 fl-eta zghira ta’ 57 sena.
- Mill-passaport li jgib id-data 10 ta’ Awissu, 1930 jidher li siefer darba sa l-Italja. Kien twil hames piedi u tmien pulzieri, ghajnejh kienu kannella u xaghru iswed.
Izda l-aqwa kwalitajiet li ma jidhru fl-ebda ritratt kienu t-tjubija, il-qdusija u l-irgulija.