The Mosta Archives Banner

Mons. Dun Karm Sciberras

Editorjal


Il-Mosta: April – Awissu 1993


L-Arcipriet Dun Karm Sciberras fuq iz-zuntier tal-knisjaL-Arcipriet Dun Karm Sciberras fuq iz-zuntier tal-knisja waqt it-tberik ta’ standardi

(p.3) Wiehed mill-benefatturi kbar li kellha l-Mosta hu bla dubju ta’ xejn Dun Karm Sciberras. Dun Karm kien sacerdot fil-veru sens tal-kelma. Barra l-quddiesa, il-predikazzjoni tal-Kelma t’Alla, zgur li kieku kellu jadatta motto ghalih kien jaghzel “Da mihi animas, cetera tolle”. Dan kien il-motto ta’ San Gwann Bosco: “Aghtini l-erwieh u hu l-bqija.”


Ha hsieb il-Poplu t’Alla meta kien Vici-parrokku, meta sar Arcipriet tal-Mosta; izda l-hidma pastorali tieghu tispikka fil-hidma tieghu mat-tfal u ghat-tfal. Ghalihom habrek biex akkwista art kbira bizzejjed minghand il-Patrijiet Agostinjani u fuq din l-art bena kumpless shih; Kappella fejn it-tfal kienu jingabru kull nhar ta’ Hadd ghall-quddiesa taghhom. Dak iz-zmien il-quddiesa kienet bil-Latin u kien jiehu l-pacenzja biex jittraduci bil-Malti l-Vangelu u jqabbad tifel li maz-zmien kellu jkun sacerdot u wiehed mis-successuri tieghu, biex jaqrah bil-mod u bis-sens u fl-ahhar ta’ l-ispjega dejjem kien ipoggi domanda u risposta ghal xi diffikulta morali.


Kien bniedem aggornat. Meta ghamel l-istatwa tal-Qalb ta’ Gesu fil-kappella pogga fejn Kristu guvni u tifel lebsin bl-ilbies tal-lum.


Bena wkoll ghaxar klassijiet tad-Duttrina u ried li d-Duttrina tkun mghallma tajjeb. Kellu l-istess hsibijiet tal-Papa li ghandna Gwanni Pawlu II. Hemm bzonn li t-tifel ikun jaf certu talb bl-amment. Anke wkoll certi veritajiet. Il-bqija ha jifhem x’ikun qed jisma’. Kien imbaghad jorganizza bhal Jumble Sale: hafna premjijiet u premjijiet sbieh li jintrebhu minn min ikollu l-ikbar numru ta’ punti (kupuni bil-punti). Bena wkoll sala ghat-teatrin u din kienet tkun mimlija bil-kbar u bit-tfal. Il-Hadd kien ikun festa. L-omm tmur bit-tfal maghha u b’basket mimli hobz. Id-drammi u l-fares kienu l-ghaxqa ta’ kulhadd.


Nofs il-kumpless hallieh ground halli t-tfal u z-zaghzagh ikollhom fejn jigru u jilghabu.


Kellna diversi kittieba li qalulna l-esperjenzi taghhom ta’ kif jafu lil Dun Karm, izda wahda mill-isbah kienet is-sens tad-dover, is-sens ta’ rgulija. Gidba ma kienx jiflah ghaliha. Ara jaqbdek f’gidba ghax ikellmek bis-serjeta.


Fit-28 ta’ Novembru fost attivitajiet ohra sejrin norganizzaw akkademja li ghaliha ser ikun mistieden kulhadd. Il-Banda Nicolo Isouard offriet is-servizzi taghha gratis. Ser jiehdu sehem il-Kor Santa Cecilja u l-Kor tat-tfal Pueri Cantores ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu.


Izda nixtiequ li jekk hu possibli anke korijiet ohra parrokjali jinghaqdu u jiehdu sehem. Dun Karm kien is-sacerdot ta’ kulhadd u, jekk hawn xi rgiel u nisa, li jixtiequ jiehdu sehem, nghidulhom li merhba bihom.


Dun Karm twieled mitt sena ilu fis-26 ta’ Novembru, 1893 u ma Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali, jista’ jghid, “non omnis moriar”. Ma mmutx totalment. Xi haga minni baqa'.