X'niftakar dwar l-Arcipriet Dun Karm Sciberras
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Jannar – Marzu 1993
(p.5) Fi zmienu, jigifieri fl-1944, ghamilt l-ewwel Tqarbina u l-Grizma ta’ l-lsqof u xi sena wara, ghall-habta tal-festa tal-Qalb ta’ Gesu, kont mort ma' ommi ghandu, biex jaghtini l-permess biex inkun nista' nibda nilbes ta' abbati fil-purcissjonijiet li dak iz-zmien kienu izjed numeruzi milli huma llum.
L-idea li baqghet f’mohhi ta’ tifel li kont, ta’ dan l-Arcipriet hi dik li kien sacerdot ta’ serjeta kbira, moghni b'vuci soda u qawwija. Niftakar li meta marad u kienu qeghdin johduh l-isptar smajt lin-nies jithassruh u rajt lil min jibkih.
Niftakar li fl-ahhar zmien ta' hajtu, insejt kif, sibt ruhi nibda nghinu l-quddiesa li kien iqaddes fil-privat fil-knisja ta' San Anton Abbati, li kienet hekk qrib tad-dar fejn kien joqghod hu flimkien ma’ missieru Frangisku u huh Pawlu. Ghal din il-quddiesa kien ikun hemm ix-xwejjah missieru u huh. Sakemm kienet tibda l-quddiesa mhux l-ewwel darba li missieru kien isaqsini fuq in-nannu tieghi Spiru, li kien jigi huh.
Darba, talli kont immur nghinu, kien tani labtu sabih tal-Qalb ta' Gesu maghmul minn hajt abjad u ahmar, ghamla ta' sulla. Niftakar ukoll li darba ohra, billi rajt li ma kellux ostji zghar, jien kont qbadt nibki ghax hsibt li ma kontx ser inkun nista’ nitqarben, izda hu, malli sar jaf il ghala kont qed nibki, qalli biex inserrah mohhi ghax ser iqarbinni mill-ostja l-kbira tieghu. Ftit wara, b'ghafsa ta’ qalb, smajt li kien miet u ghalhekk ma stajtx nghinu izjed. Kien wiehed mill-benefattuh kbar tal-Mosta. L-Oratorju Qalb ta' Gesu jibqa' jixhed b'qawwi ghal dan.
Kif naf lil Dun Karm Sciberras
minn Dun Salv Magro
Il-Mosta: Jannar – Marzu 1993
(p.5) Lil Dun Karm nafu minn mindu kont tifel ta’ sitt snin immur id-duttrina biex naghmel l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma ta’ l-Isqof. Niftakar kont tlabtu biex jaghmilli ta’ parrinu, imma, billi kien jiehu hsieb it-tfal, ma kienx jista’.
Ta’ kuljum kont issibu l-Oratorju qabel kulhadd, jilqa’ t-tfal fil-bieb, kwazi jkellem lil kull wiehed u jghid xi cajta. Imma x’hin tibda l-lezzjoni tad-duttrina kien irid lil kulhadd attent u b’kelma wahda biss kien kapaci jzomm id-dixxiplina. Kull nhar ta’ Sibt wara nofsinhar konna ninzlu ghall-qrar, kju twil ma jispicca qatt, nistennew fil-bitha. Imbaghad l-ghada l-Hadd ningabru fil-kappella biex ikollna l-quddiesa taghna.
Lil Dun Karm nafu bhala Vici Parrokku, jigri bil-Vjatku bil-lejl u bin-nhar. Dak iz-zmien il-Vjatku kien spiss ghax ftit kienu l-morda li jmorru l-isptar. Wara l-Vjatku l-assistenza twila mal-moribond.
Naf lil Dun Karm ghal bicca xoghol kbira li dahal ghaliha: il-bini ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, bicca xoghol kbira ghax kbira u tqila ghax il-mezzi kienu ftit. Jiggerra, jithabat u jittallab xoghol bla hlas minghand il-haddiema; xoghol li kien dasxejn fit-tul, anke ghax biex jobdi lill-Isqof mar ghal zmien konsiderevoli bhala vigarju f’Hat’Attard.
Rajtu kuntent u ferhan meta lestieh u gie l-Arcisqof M. Caruana biex ibierek il-kmamar u t-teatrin. L-ghada l-Hadd gie Mons. Pawlu Mallia, l-eks Arcipriet, li fi zmienu beda l-hsieb li jinbena l-Oratorju. Kien assistit minn Dun Anton Buhagiar tar-Rabat, Kappillan ta’ San Pawl tar-Rabat, u Dun Edgar Salomone, Kappillan ta’ l-Imgarr. It-tnejn kienu diretturi ta’ l-Oratorju qabel Dun Karm. Saret quddiesa solenni u c-cerimonja tat-tberik tal-Kappella.
Dun Karm baqa’ jiehu hsieb l-Oratorju sakemm ha r-riedni tal-parrocca f’idejh.
Naf li Dun Karm bhala Arcipriet, ghalkemm kien nofs sahha minhabba l-incident li kien gralu fil-gwerra. Hadem bla serhan, dejjem lest biex jaqdi lill-poplu, idejh miftuha, bilkemm mhux izzejjed, biex jaghti l-karita. Kien devot ta’ l-ewkaristija. F’nofsinhar beda jghaddi zmien twil quddiem it-tabernaklu qabel ma kien jitla’ d-dar. Gibed hafna nnies ghall-adorazzjoni ta’ nhar ta’ Hamis, ghall-ezercizzi spiritwali ta’ matul is-sena, ghar-ruzarju tax-xahar ta’ Ottubru u ghal funzjonijiet ohra.
Fl-ahhar lil Dun Karm nafu tiela l-kalvarju mghobbi bis-salib tal-mard, li dam igorru b’rassenjazzjoni kbira u sieket mid-19 ta’ Lulju, 1949 sat-22 ta’ Mejju 1950 meta l-Imghallem Divin sejjahjlu biex jaghtih il-hlas ta’ qaddej tajjeb u fidil.
Kif naf lil Mons. Carmelo Sciberras
minn Charles J. Vella
Il-Mosta: Jannar – Marzu 1993
(p.16) Mons. Carmelo Sciberras twieled il-Mosta fis-26 ta’ Novembru, 1893, jigifieri kwazi mitt sena ilu. Kien trabba f’dar fejn il-kappella ta’ Sant’ Anton Abbati, il-Mosta. Dun Karm kien wiehed minn dawk, li fi zmien il-gwerra, f’Awissu, 1942, b’xorti hazina korra serjament f’wahda minn ghajnejh b’bomba farfett (anti-personnel butterfly bomb) waqt attakk mill-ajru fuq il-Mosta mill-ajruplani Germanizi Junkers 88. Dun Karm dam madwar erba’ xhur marid.
Meta rkupra u kien ghadda ghall-ahjar, l-Arcisqof Dom Mauro Caruana K.B.E., hatru Arcipriet tal-Mosta, art twelidu, fit-13 ta’ Jannar, 1943. Biss dan il-mandat ma damx igawdih ghax, wara li sahhtu regghet bdiet sejra lura, ma kellux triq ohra x’jaghzel hlief li jcedi t-tmexxija tal-parrocca f’idejn haddiehor. Dan gara fl-1948, hames snin biss wara. Sentejn wara, fit-23 ta’ Mejju, 1950, Monsinjur Karm Sciberras halla dan il-wied tad-dmugh fl-ghomor ta’ 57 sena u mar jiltaqa’ mal-Mulej Alla fis-sema.
Kien ilni naf lil Dun Karm minn meta kont daqsxejn ta’ tifel ta’ madwar sitta jew seba’ snin, meta kont immur l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, nitghallem id-duttrina. Kont tarah qabel konna nidhlu fil-klassijiet tad-duttrina jilghab iz-zorba maghna bil-bocci tal-hgieg jew idur fost numru kbir ta’ tfal, li dak iz-zmien kienu jattendu ghad-duttrina, joqghod jarahom jilghabu u kultant jghidilhom xi cajta. Kien qisu Don Bosco mdawwar bit-tfal. Biex aktar ihajjarhom lit-tfal u jdahhalhom fl-interess biex jitghallmu d-duttrina kien jorganizzalhom kompetizzjonijiet dwar ir-religjon u biex aktar idahhalhom fl-ispirtu kien jaghtihom rigali tassew sbieh. Jien ghad ghandi kurcifiss tassew sabih li kien ipprezentahuli hu stess ghax kont gejt it-tieni f’wahda mill-kompetizzjonijiet. Dan ghadni nghozzu sallum.
Kien bl-inizjattiva tieghu li bena l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Min jaf kemm seffaq wiccu u kemm sagrificcji ghamel biex jigbor il-fondi necessarji kollha biex jara l-holma tieghu ssir realta.
Kenn ghar-refugjati u s-suldati
Ta’ min isemmi li fi zmien il-gwerra l-Oratorju serva ta’ kenn ghal hafna refugjati u suldati, kif ukoll serva bhala skola, u fil-grawnd ta’ l-istess Oratorju kienu jittrenjaw u jisparaw il-voluntieri, li kollha kienu kaccaturi. Ghal xi zmien wara l-gwerra, fi zmien Dun Karm, serva wkoll, parti minnu, bhala kwartieri ghall-iskawts. Dun Karm, li kellu interess kbir fl-edukazzjoni taz-zaghzagh, kien jiehu nteress kbir ukoll fil-grupp ta’ l-iskawts. Kemm damu hemm l-iskawts kienu jghinu lil Dun Karm billi jehdulu hsieb it-teatrin, ibighulu l-biljetti tad-dhul u anke jgibulu l-kumpaniji u jehdulu hsieb is-sala u l-palk.
Interessanti hafna li nsemmi li lil Dun Karm, anke wara mewtu, bqajt inzomm kuntatt mieghu billi ghal hafna zmien, ghal snin shah, kwazi kuljum, kont narah fil-holm tieghi. Kont kuljum nitlob ghal ruhu biex il-Bambin jaghtih il-paci fil-mistrieh ta’ dejjem u hekk zgur li ghamel ghax l-ahhar holma jew vizjoni li kelli kienet li rajtu jittajjar lejn is-sema.