The Mosta Archives Banner

Apprezzament, Anthony Camilleri B.A. (Hons.), Dip. Educ. Mgt & Admin. (Cum Laude)


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2001


Apprezzament

minn Oliver Friggieri


Is-Sur Anthony CamilleriIs-Sur Anthony Camilleri.

(p.8) Bhall kull min kien jaf lil Anthony Camilleri, ninsab mahsud bil-mewt tieghu u nhoss in-nuqqas li persuna genjali bhalu thalli warajha.


Kont ili nafu ghall-inqas mill-1985, minn meta sar “Pawlu ta’ Malta,” u minn dak in-nhar stajt nara kemm kien bniedem li jaf japprezza u jirrispetta lill-ohrajn. Maz-zmien stajt nifhem ukoll kemm kien iddedikat fil-hidma tieghu fil-Mosta.


L-ahhar li ltqajt mieghu kien f’Awissu 2000. Daki in-nhar tani kopja tal-ktieb tieghu “Il- Hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda tal-Mosta,” xoghol li juri kemm kien serju u mimli reqqa fit-tiftix storiku tieghu. Ma stajtx nobsor li dik kellha tkun l-ahhar darba li ltqajt mieghu. Bil-hegga tipika tieghu, bil-gentilezza, b’dik it-tjieba li ma tintesiex, kellimni dwar kemm kien hadem biex hejja dak l-ktieb. Qaghad jirrakkontali xi rqaqat storici, u kemm hadem biex bena dak it-taghrif kollu.


Nafu bhala bniedem li xtaq jaghti dehnu kollu ghall-Mosta, ghat-tixrid tat-taghrif dwarha. Fost dawk li kien jafuh u li gharfuh bis-sehem tieghu f’ ‘Il-Mosta,’ it-tifkira tieghu tibqa’ dejjem kwadru ta’ qalb tajba u generuza, mimlija fidi, herqana li tkun ta’ fejda.


Din il-mewt bikrija kellha toftmu minn dak l-ambjent li kien tant ihobb. Il-Mulej issa jaghtih il-mistrieh ta’ dejjem.


Il-Mosta tilfet bniedem storiku u patrijott

minn Alfred Conti Borda


(p.8) Fl-4 ta’ Mejju 2001, il-Mosta tilfet wiehed minn uliedha meta s-Sur Anthon Camilleri halliena biex imur fi hdan il-Mulej. Dun Ang Camilleri waqt l-omelija tal-quddies f’giehu, iddeskrivih bhala bniedem storiku u patrijott Mosti, fost l-ohrajn.


Tony twieled fil-25 ta’ Awissu 1946 u attenda l-iskola elementari tal-Mosta. Minn hemm ghadda ghall-ezami ghal-Liceo, il-Hamrun. Wara li kiseb il-lawrija fl-Ingliz (Hons.), hu ntbaghat mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni biex jghallem l-Ingliz fil-Form V Secondary Technical School Ghawdex, bejn l-1968 u l-1969. Imbaghad ghallem l-istess suggett fil-Liceo tas-Sixth Form Ghawdex ukoll.


Dawn l-ahhar sittax-il sena ghallem fl-iskola primarja B ta’ Birkirkara fejn lahaq Assistent Kap ta’ l-Iskola. Hemmhekk kien stmat minn kullhadd, ibda mill-amministrazzjoni, ghalliema, skrivana, studenti, purtinara u genituri. Huwa kien maghruf hafna ghax kien jghil lill-proxxmu tieghu minn qalbu.


Barra minn hemm, kellu karigi differenti fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu fejn hadem id f’id ma’ Dun Ang Fosthom President Ghaqda Studenti Mostin.


Fl-1996 ha d-Diploma Educ. (Admin & Mgmt) summa cum laude. Ta’ min jghid ukoll li f’hajtu ghamel hafna donazzjonijiet lill-Istituti u assocjazzjonijiet filantropici.


Kiteb numru xieraq ta’ artikli dwar l-istorja tal-Mosta. Wiehed minnhom hu ‘Is-Sena 1942: Il-Mosta fl-ghar siegha tal-Gwerra’ u ‘Il-Mosta llum – 1980’ ghall-ktieb ‘Storja tal-Mosta ta’ E.B. Vella u Ohrajn.’ Hejja wkoll indici dettaljat ghall-istess ktieb. Kiteb dwar l-istorja mghoddija u kontemporanja tal-Mosta f’ ‘Il-Mosta’ u f’gurnali u rivisti ta’ l-ghaqdiet filarmonici Mostin.


Izda l-ktieb tieghu ‘Il-hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda tal-Mosta,’ trattat storiku, tekniku u informattiv tal-bombi li waqghu fuq il-maqdes taghna fid-9 ta’ April 1942, kien il-qofol ta’ l-istudju u ricerka tieghu fuq l-istorja tal-Mosta li kien tant ihobb u jghozz. Kien beda t-traduzzjoni ta’ dan il-ktieb ghall-Ingliz meta ghajjatlu l-Mulej.


Naghtu l-ghomor lill-familja tieghu u nitolbu ghalih.


Tifkira ta' Anthony Camilleri

minn Victor B. Caruana


(p.9) Nhar is-Sibt 9 ta’ Gunju 2001, il-Kunsill Lokali tal-Mosta organizza serata kommemorattiva f’gieh is-Sur Anthonh Camilleri (19+46-2001), li miet fl-4 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Is-Sur Anthony Camilleri kien kittieb maghruf ta’ poeziji, proza u ghamel ricerki kbar dwar bosta suggetti, izda l-aktar dwar il-grajja tal-Mosta matul is-snin. Il-kitbiet tieghu dehru f’diversi gurnali kemm bl-Ingliz kif ukoll bil-Malti.


Huwa ghamel ricerka kbira dwar il-Mosta fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija, bl-konnessjoni specjali mal-bomba li nifdet il-koppla. Dan kollu gie ppublikat fi ktieb mimli taghrif interessanti li hareg propju ftit gimghat qabel ma miet. Is-Sur Anthony Camilleri kellu ghal qalbu hafna l-pubblikazzjoni tal-gazzetta ‘Il-Mosta’ u flimkien ma’ Dun Ang Camilleri u s-Sur Joe Bezzina kien jaghti sehmu biex din il-gazzetta tkun success.


Is-Sur Camilleri hadem hafna fil-kamp ta’ l-edukazzjoni li kien ghal qalbu hafna. Wara zmien twil bhala ghalliem, huwa spicca l-karriera tieghu f’dan il-qasam bhala Assistent Kapt fl-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, fejn hu kien mahbub hafna, karriera li kellu jtemm hesrem minhabba ragunijiet ta’ mard.


Is-serata bdiet b’diskors ta’ introduzzjoni u apprezzament mis-Sindku s-Sur Joe Demartino. Inqara profil tal-hajja tieghu minn Miriam Dalli. Inqraw diversi siltiet mix-xoghlijiet tieghu minn Margaret Agius, George Lewis, Dorothy Schembri u Josette Farrugia.


Indaqqu diversi xoghlijiet serji adatti ghall-okkazjoni minn Albert Garcia A(MUS) TCL fuq il-pjanu u Stephen Dimech ALCM LLCM fuq il-klarinett. Dawn kienu jinkludu xoghlijiet ta’ Freddie Mizzi, Fredrick Chopin, Johann Sebastian Bach, Paul Abela u Alfred C. Sant. Is-serata ntemmet b’diskors ta’ gheluq ta’ Joseph Borg: “Kif niftakar lil Tony Camilleri,” li nqara minn Manuel Schembri.


Fost ix-xoghlijiet insibu din il-poezija li Anthony Camilleri kiteb fit-28 ta’ Frar 2001, Ras ir-Randan, ftit gimghat qabel ma miet:

"Int Madonna ta’ kull grazzja
Mertu tieghek jekk jien hlist
Mill-ghajb u l-jasar u l-inkwiet
U l-ghaziza ommi ergajt bist.
"


Is-serata kienet ipprezentata minn Miriam Dalli u Manuel Schembri. Id-disinn tas-sala kien f’idejn Joe Bonnici u Martin Bonnici, waqt li l-arrangamenti tal-fjuri saru minn Carmen Dalli. Koordinazzjoni tas-serata keinet f’idejn John A. Sant, meghjun minn Loretu J. Dalli. Is-Sur Joe Camilleri ghem billi pprovda materjal ta’ l-ghaziz huh Tony.